|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/1160 |
25.2.2026 |
Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)
(C/2026/1160)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)
“Verdicchio dei Castelli di Jesi”
Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-IT-A0482-AM05 — 1.12.2025
1. Isem il-prodott
Verdicchio dei Castelli di Jesi
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IĠP |
|
☐ |
IĠ |
3. Settur
|
☐ |
Prodotti agrikoli |
|
☑ |
Inbid |
|
☐ |
Xarbiet spiritużi |
4. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
L-Italja
5. Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard
Isem
Il-Ministeru għall-Agrikoltura, għas-Sovranità tal-Ikel u għall-Forestrija
6. Kwalifika bħala emenda standard
Huwa kkonfermat li l-approvazzjoni u l-komunikazzjoni ta’ din l-emenda standard jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ emenda standard skont ir-Regolament (UE) 2024/1143 u d-dispożizzjonijiet adottati skont dan.
Din l-emenda taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ “emenda standard” stabbilita fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) Nru 2024/1143 minħabba li:
|
— |
ma tinkludix bidla fl-isem jew fl-użu tal-isem, jew fil-kategorija ta’ prodott jew prodotti identifikati bl-indikazzjoni ġeografika; |
|
— |
ma tirriskjax li xxejjen ir-rabta maż-żona ġeografika msemmija fid-dokument uniku; |
|
— |
ma tinvolvi ebda restrizzjoni oħra fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott. |
7. Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i
Titolu
Introduzzjoni tat-tip ta’ nbid Verdicchio dei Castelli di Jesi Spumante Riserva [riżerva spumanti] (Kategorija 5)
Deskrizzjoni
B’din l-emenda, żdied it-tip Spumante Riserva. L-ispeċifikazzjoni tal-inbid tad-DOP Verdicchio dei Castelli di Jesi minn Jesi ġiet approvata għall-ewwel darba aktar minn 50 sena ilu. Issa jeħtieġ li tiġi emendata biex tidħol fi swieq ġodda.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikoli 1, 4, 5, 6, 7 u 8 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Tikkonċerna wkoll it-taqsimiet “Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed” u “Rendimenti massimi” tad-dokument uniku.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Introduzzjoni tat-tip ta’ nbid Verdicchio dei Castelli di Jesi Superiore [superjuri] (Kategorija 1)
Deskrizzjoni
B’din l-emenda, żdied it-tip Superiore fil-Kategorija tal-inbid. It-tip Superiore diġà kien inkluż fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott għaż-żona tal-produzzjoni fejn seta’ jintuża t-terminu tradizzjonali “Classico”. B’din l-emenda, iż-żona tal-produzzjoni għat-tip Superiore ġiet estiża biex tinkludi wkoll iż-żona fejn qabel ma setax jintuża t-terminu tradizzjonali “Classico”, sabiex tiżdied il-firxa tal-kwalità li għandha tiġi offruta lill-konsumatur.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikoli 1, 4, 5, 6, 7 u 8 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Tikkonċerna wkoll it-taqsimiet “Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed” u “Rendimenti massimi” tad-dokument uniku.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Żieda fin-numru ta’ dwieli għal kull ettaru
Deskrizzjoni
L-emenda żiedet in-numru minimu ta’ dwieli għal kull ettaru minn 2 200 għal 2 700.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Din l-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Żieda tar-rendiment għal kull ettaru għat-tip Superiore u żieda tal-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum għat-tip Superiore u għat-tip Spumante Riserva
Deskrizzjoni
Ir-rendiment għal kull ettaru ġie stabbilit għal 11-il tunnellata għat-tip Superiore.
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ġiet stabbilita għal 11,50 % skont il-volum għat-tip Superiore u għal 9,00 % skont il-volum għat-tip Spumante Riserva.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Tikkonċerna wkoll it-taqsima “Rendimenti massimi” tad-dokument uniku.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Riformulazzjoni tal-paragrafu dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija b’deroga
Deskrizzjoni
Il-paragrafu dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-produzzjoni tal-inbid, għat-tqaddid u għat-tiqdim barra miż-żona tal-produzzjoni ġie riformulat b’tali mod li jipproteġi l-awtorizzazzjonijiet li diġà ngħataw.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Din l-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Stabbiliment tal-eċċess tar-rendiment tal-għeneb/tal-inbid u tad-data tar-rilaxx għall-konsum għat-tip Passito [imqadded]
Deskrizzjoni
Għat-tip Passito ġie stabbilit rendiment eċċessiv ta’ 5 % tal-għeneb/tal-inbid.
L-inbejjed Passito ma jistgħux jiġu rrilaxxati għall-konsum qabel l-1 ta’ Diċembru tas-sena ta’ wara s-sena tal-ħsad.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Din l-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Indikazzjoni tal-karatteristiċi kimiċi, fiżiċi u organolettiċi għat-tipi l-ġodda Superiore u Spumante Riserva
Deskrizzjoni
Ġew deskritti l-karatteristiċi kimiċi, fiżiċi u organolettiċi għat-tipi l-ġodda Superiore u Spumante Riserva.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Tikkonċerna wkoll it-taqsima “Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed” tad-dokument uniku.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Introduzzjoni ta’ isem ġeografiku usa’
Deskrizzjoni
L-emenda tikkonċerna ż-żieda tal-isem “MARCHE” mat-tikketta bħala żona ġeografika usa’, bl-għan li jiġi indikat il-post ġeografiku tad-denominazzjoni u li dan isir ċar għall-konsumaturi.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Tikkonċerna wkoll it-taqsima “Rekwiżiti oħra applikabbli” tad-dokument uniku.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Żieda tal-possibbiltà li tintuża l-indikazzjoni “Vigna” segwita minn isem il-post jew il-vinja fuq it-tikketta
Deskrizzjoni
It-terminu “Vigna” [vinja] segwit minn isem il-post jew il-vinja jista’ jintuża fit-tikkettar u fil-preżentazzjoni tal-inbejjed imsemmija fl-Artikolu 1, f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Din l-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Bidliet fit-tipi ta’ mballaġġ u fl-indikazzjoni tas-sistemi tal-għeluq
Deskrizzjoni
Jistgħu jintużaw biss kontenituri tal-ħġieġ li jesgħu sa 3 litri, u sa 1,5 litru għat-tip “Passito”, għall-imballaġġ tat-tipi Classico u Superiore tal-Verdicchio dei Castelli di Jesi.
L-użu ta’ formati speċjali ta’ 6, 9 u 12-il litru huwa limitat għal skopijiet promozzjonali u mhux kummerċjali.
Il-mezzi tal-għeluq tal-fliexken huma dawk permessi mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ, minbarra t-tappini li jinqalgħu.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Tikkonċerna wkoll it-taqsima “Rekwiżiti oħra applikabbli” tad-dokument uniku.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Aġġornament tad-dettalji tal-korp ta’ kontroll
Deskrizzjoni
Wara l-emendi li saru fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2024/1143, ma għadux meħtieġ li l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet jew tal-korpi li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-kompiti speċifiċi tagħhom jiġu indikati fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Barra minn hekk, l-Artikolu 40(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143 issa jeħtieġ li l-Istati Membri jippubblikaw l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti, tal-korpi delegati u tal-persuni fiżiċi li jissemmew fl-Artikolu 39(3) ta’ dak ir-Regolament għal kull prodott deżinjat b’indikazzjoni ġeografika, u li huma jżommu dik l-informazzjoni aġġornata.
Għalhekk, ġie emendat l-artikolu b’referenzi għall-korp ta’ kontroll, u l-informazzjoni fih ġiet sostitwita b’referenza għall-pubblikazzjoni fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 10 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Din l-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emendi editorjali tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li ma jaffettwawx il-kontenut tat-test
Deskrizzjoni
Saru emendi formali fl-artikoli tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li ma jaffettwawx il-kontenut tat-test. Huma aġġornamenti għal referenzi legali, bidliet fit-titoli tal-artikoli, korrezzjonijiet ta’ żbalji ortografiċi u riformulazzjoni tal-paragrafi biex it-test isir eħfef biex jinqara.
Din l-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
DOKUMENT UNIKU
Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbid
“Verdicchio dei Castelli di Jesi”
Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-IT-A0482-AM05 — 1.12.2025
1. Isem/Ismijiet
“Verdicchio dei Castelli di Jesi”
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IĠP |
|
☐ |
IĠ |
3. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita
L-Italja
4. Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143
|
2204 – |
Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009 |
5. Kategoriji tal-prodotti tad-dielja kif elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
|
1. |
Inbid |
|
5. |
Inbid spumanti ta’ kwalità |
6. Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed
Prodott tad-dwieli
Verdicchio dei Castelli di Jesi
Karatteristiċi organolettiċi
Kulur: isfar ċar lewn it-tiben.
Fwieħa: delikata, distintiva.
Togħma: xotta, armonjuża, b’togħma pjaċevolment morra li tibqa’ fil-ħalq.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
L-inbejjed li jinħażnu f’kontenituri tal-injam jista’ jkollhom kemxejn togħma ta’ injam.
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
— |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
— |
|
Aċidità totali minima: |
4,50 |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
fi grammi għal kull litru bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
— |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
— |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 %.
Estratt minimu mingħajr zokkor: 14,0 g/l.
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
Prodott tad-dwieli
Verdicchio dei Castelli di Jesi Classico [klassiku]
Karatteristiċi organolettiċi
Kulur: isfar ċar lewn it-tiben.
Fwieħa: delikata, distintiva.
Togħma: xotta, armonjuża, b’togħma pjaċevolment morra li tibqa’ fil-ħalq.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
L-inbejjed li jinħażnu f’kontenituri tal-injam jista’ jkollhom kemxejn togħma ta’ injam.
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
— |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
— |
|
Aċidità totali minima: |
4,5 |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
fi grammi għal kull litru bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
— |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
— |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 %.
Estratt minimu mingħajr zokkor: 15,0 g/l.
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
Prodott tad-dwieli
Verdicchio dei Castelli di Jesi Superiore [superjuri]
Karatteristiċi organolettiċi
Kulur: isfar lewn it-tiben.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,00 %.
Estratt minimu mingħajr zokkor: 16,0 g/l.
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
Prodott tad-dwieli
Verdicchio dei Castelli di Jesi Classico Superiore

Verdicchio dei Castelli di Jesi Passito [imqadded]
Karatteristiċi organolettiċi
Kulur: minn isfar skur lewn it-tiben sa ambra.
Fwieħa: distintiva, intensa.
Togħma: minn ħelwa mezzana sa ħelwa, armonjuża, bellusija u distintiva.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
L-inbejjed li jinħażnu f’kontenituri tal-injam jista’ jkollhom kemxejn togħma ta’ injam.
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
— |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
12 |
|
Aċidità totali minima: |
4 |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
fi grammi għal kull litru bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
25 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
— |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 15,00 %.
Estratt minimu mingħajr zokkor: 22,0 g/l.
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
Prodott tad-dwieli
Verdicchio dei Castelli di Jesi Spumante [spumanti], inkluż Riserva [riżerva]
Karatteristiċi organolettiċi
Ragħwa: fina u persistenti.
Kulur: isfar lewn it-tiben b’intensità li tvarja, possibbilment bi ħjiel ta’ aħdar ċar.
Fwieħa: distintiva, delikata, fina, estensiva u kumplessa.
Togħma: minn extra brut sa xotta, mimlija, friska, fina u armonjuża.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
L-inbejjed li jinħażnu f’kontenituri tal-injam jista’ jkollhom kemxejn togħma ta’ injam.
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
— |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
— |
|
Aċidità totali minima: |
4,5 |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
fi grammi għal kull litru bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
— |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
— |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 %.
Estratt minimu mingħajr zokkor: 15,0 g/l.
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
7. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
7.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed u r-restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tagħhom
Mhux applikabbli
7.2. Rendimenti massimi
L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha
Verdicchio dei Castelli di Jesi
Rendiment massimu
|
Rendiment massimu: |
14 000 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru |
L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha
Verdicchio dei Castelli di Jesi Classico
Rendiment massimu
|
Rendiment massimu: |
14 000 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru |
L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha
Verdicchio dei Castelli di Jesi Classico Superiore
Rendiment massimu
|
Rendiment massimu: |
11 000 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru |
L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha
Verdicchio dei Castelli di Jesi Passito
Rendiment massimu
|
Rendiment massimu: |
14 000 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru |
L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha
Verdicchio dei Castelli di Jesi Superiore
Rendiment massimu
|
Rendiment massimu: |
11 000 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru |
L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha
Verdicchio dei Castelli di Jesi Spumante u Spumante Riserva
Rendiment massimu
|
Rendiment massimu: |
14 000 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru |
8. Indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li minnhom jiġi prodott l-inbid jew jiġu prodotti l-inbejjed
|
— |
Verdicchio Bianco B. — Verdicchio |
9. Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika definita
Iż-żona tal-produzzjoni tal-inbid bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Verdicchio dei Castelli di Jesi tinkludi t-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin:
Fil-provinċja ta’ Ancona:
Arcevia, Barbara, Belvedere Ostrense, Castelbellino, Castelplanio, Castelleone di Suasa, Corinaldo, Cupramontana, Maiolati Spontini, Mergo, Monte Roberto, Montecarotto, Morro d’Alba, Ostra, Ostra Vetere, Poggio San Marcello, Rosora, San Marcello, San Paolo di Jesi, Senigallia, Serra de’ Conti, Serra San Quirico u Staffolo.
Fil-provinċja ta’ Macerata:
Apiro u Cingoli.
10. Rabta maż-żona ġeografika
Kategorija ta’ prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
Sommarju tar-rabta
Hemm traduzzjoni ta’ kultivazzjoni tad-dwieli u ta’ produzzjoni tal-inbid li ilha sekli sħaħ fit-territorju li fih jiġu prodotti l-inbejjed tad-DOP Verdicchio dei Castelli di Jesi. Hemm ukoll traduzzjoni qadima ħafna ta’ produzzjoni ta’ nbejjed spumanti, li hija ddokumentata sew, u ta’ produzzjoni tal-inbejjed Passito [minn għeneb imqadded]. Tul is-sekli, il-fatturi umani wasslu biex id-dwieli tal-Verdicchio jintgħażlu bħala l-varjetà li għandha tiġi kkultivata fiż-żona. Dawn kellhom ukoll impatt fuq il-metodi ta’ tħarriġ tad-dwieli u fuq il-prattiki enoloġiċi użati. L-interazzjoni bejn il-fatturi naturali (ir-riljiev, il-klima u l-ħamrija) u l-fatturi umani hija dik li tagħti lill-inbejjed tad-DOP Verdicchio dei Castelli di Jesi l-karatteristiċi kwalitattivi u organolettiċi distintivi uniċi tagħhom li ma humiex riproduċibbli bnadi oħra.

11. Rekwiżiti oħra applikabbli
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga
Informazzjoni dwar is-sena tal-vendemmja
Qafas legali
Leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga
Is-sena tal-vendemmja trid tkun indikata fuq it-tikketti tal-inbejjed tad-DOP Verdicchio dei Castelli di Jesi, Verdicchio dei Castelli di Jesi Classico, Verdicchio dei Castelli di Jesi Classico Superiore, Verdicchio dei Castelli di Jesi Superiore, Verdicchio dei Castelli di Jesi Passito, Verdicchio dei Castelli di Jesi Spumante Riserva u Verdicchio dei Castelli di Jesi Spumante.
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga
Imballaġġ, ibbottiljar u projbizzjoni ta’ ċerti sistemi tal-għeluq
Qafas legali
Leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga
Jistgħu jintużaw biss kontenituri tal-ħġieġ li jesgħu sa 3 litri għall-imballaġġ tal-Verdicchio dei Castelli di Jesi Classico.
Jistgħu jintużaw biss kontenituri tal-ħġieġ li jesgħu sa 1,5 litru għall-imballaġġ tal-Verdicchio dei Castelli di Jesi Passito.
Jistgħu jintużaw biss kontenituri tal-ħġieġ li jesgħu sa 3 litri għar-rilaxx għall-konsum tal-Verdicchio dei Castelli di Jesi Superiore u tal-Verdicchio dei Castelli di Jesi Classico Superiore.
Jistgħu jintużaw kontenituri alternattivi ta’ materjal ieħor għajr il-ħġieġ, li jikkonsistu f’borża tal-inbid magħmula minn materjal tal-plastik tal-polietilen jew tal-poliester b’diversi saffi magħluqa f’kaxxa tal-kartun jew ta’ kwalunkwe materjal riġidu ieħor, li ma tistax tkun tesa’ inqas mill-kapaċità minima stabbilita mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
L-użu ta’ formati speċjali ta’ 6, 9 u 12-il litru huwa limitat għal skopijiet promozzjonali u mhux kummerċjali.
Il-mezzi tal-għeluq tal-fliexken użati għall-imballaġġ tal-inbejjed imsemmija fl-Artikolu 1 huma dawk permessi mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ, bl-eċċezzjoni tat-tappini u tat-tappijiet biċ-ċirku li jinġibed.
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga
Żieda ta’ referenza għall-unità ġeografika usa’ fuq it-tikketta
Qafas legali
Leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga
Il-produtturi individwali jistgħu jindikaw l-unità ġeografika usa’ “Marche” fuq it-tikketta b’ittri tal-istess tip, stil, spazjar, sfumatura u intensità kolorimetrika bħal dawk użati għall-kliem “Verdicchio dei Castelli di Jesi”.
Barra minn hekk, it-terminu “Marche” jrid jidher bl-istess ittri kapitali u/jew żgħar uniformi bħal dawk użati għall-kliem “Verdicchio dei Castelli di Jesi”, u fuq sfond uniformi għas-sekwenza kollha tal-indikazzjonijiet elenkati fil-paragrafu preċedenti, u l-ittri ma jistgħux ikunu akbar mid-daqs użat għall-kliem “Verdicchio dei Castelli di Jesi”.
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga
Żieda tat-terminu “Vigna” mat-tikketta.
Qafas legali
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga
It-terminu “Vigna” [vinja] segwit minn isem il-post jew il-vinja jista’ jintuża fit-tikkettar u fil-preżentazzjoni tal-inbejjed tad-DOP Verdicchio dei Castelli di Jesi, f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ.
Referenza elettronika (URL) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.masaf.gov.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/23529
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1160/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)