European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/1115

17.2.2026

Avviż għall-attenzjoni ta' persuna soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

(C/2026/1115)

L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni ta' Ali Reza KHANCHI, persuna elenkata fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (1) u fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (2) dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.

Il-Kunsill biħsiebu jżomm fis-seħħ il-miżuri restrittivi kontra l-persuna msemmija hawn fuq b'dikjarazzjoni ġdida tar-raġunijiet u informazzjoni. Din il-persuna hija b'dan infurmata li tista' tippreżenta talba lill-Kunsill biex tikseb l-informazzjoni relatata maż-żamma fis-seħħ tal-miżuri restrittivi, qabel il-25 ta' Frar 2026 , fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu


(1)   ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.

(2)   ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1115/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)