|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/1057 |
2.3.2026 |
Sentenza tal-Qorti (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2025 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal du travail francophone de Bruxelles – il-Belġju) – CJ vs Service fédéral des Pensions (SFP)
(Kawża C-776/24 (1) , Bopuis (2) )
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Uffiċjali - Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea - ANNESS VIII - Pensjonijiet - Drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni Ewropea - Trasferiment lejn l-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea - Talba għat-trasferiment tal-ħaddiem - Irrevokabbiltà ta’ dan it-trasferiment - Arrikkiment indebitu)
(C/2026/1057)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal du travail francophone de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: CJ
Parti oħra fil-proċedura: Service fédéral des Pensions (SFP)
Dispożittiv
L-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, kif emendati mir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 571/92 tat-2 ta’ Marzu 1992, u l-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE
għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha d-deċiżjoni tal-uffiċjal tal-Unjoni Ewropea li jittrasferixxi lill-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea d-drittijiet tiegħu għall-pensjoni miksuba fi skema nazzjonali ta’ pensjoni qabel id-dħul tiegħu fis-servizz tal-Unjoni hija irrevokabbli, meta din il-leġiżlazzjoni ma tipprevedix it-trasferiment effettiv ta’ tali drittijiet għall-pensjoni fid-data ta’ din id-deċiżjoni, iżda tipprevedi tali trasferiment permezz tas-surroga tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni f’dawn id-drittijiet miksuba mid-data li fiha l-uffiċjal jista’ jitlob il-pensjoni tal-irtirar tiegħu, sakemm id-drittijiet tal-pensjoni ttrasferiti jiġu effettivament ikkunsidrati fil-kalkolu tal-ammont tal-pensjoni mogħtija.
(1) ĠU C, C/2025/1213.
(2) L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1057/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)