European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/928

23.2.2026

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fl-4 ta’ Novembru 2025 – KJ vs Slovensko zavarovalno združenje

(Kawża C-696/25, Slovensko zavarovalno združenje)

(C/2026/928)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: KJ

Konvenut: Slovensko zavarovalno združenje

Domandi preliminari

1)

Korp responsabbli għall-għoti ta’ kumpens fis-sens tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (1), li, bħala l-fond ta’ garanzija ta’ Stat Membru li fih vettura mhux assigurata tkun normalment ibbażata, jintalab iħallas kumpens għal dannu materjali kkawżat minn din il-vettura fi Stat Membru ieħor huwa wkoll assiguratur fis-sens tal-Artikolu 11(1) u tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (2)?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

Fil-każ li jiġi ppreżentat rikors kontra l-korp responsabbli għall-għoti ta’ kumpens fis-sens tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2009/103, sabiex ir-rikorrent ikun jista’ jinvoka b’suċċess il-ġurisdizzjoni speċjali prevista fl-Artikolu 11(1) u fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament Nru 1215/2012, huwa biżżejjed li jsostni li għandu dritt ta’ azzjoni diretta kontra dan il-korp u li dan tal-aħħar ma jikkontestax l-ammissibbiltà ta’ din l-azzjoni diretta?


(1)   ĠU 2009, L 263, p. 11.

(2)   ĠU 2012, L 351, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/928/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)