European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/918

23.2.2026

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2025 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Ordinario di Firenze – L-Italja) – Proċeduri kriminali kontra HG

(Kawża C-325/24  (1) , Bissilli  (2) )

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Direttiva 2014/41/UE - Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea f’materji kriminali - Artikolu 3 - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Kunċett ta’ “miżura investigattiva” - Għan - Kumpilazzjoni ta’ xhieda - Artikolu 10 - Rikors għal tip differenti ta’ miżura investigattiva - Artikolu 11 - Raġunijiet għal nuqqas ta’ rikonoxximent jew nuqqas ta’ infurzar - Drittijiet fundamentali - Artikolu 22 - Trasferiment temporanju tal-persuna f’detenzjoni lejn l-Istat Membru emittenti għall-finijiet tat-twettiq ta’ miżura investigattiva - Artikolu 24 - Smigħ permezz ta’ vidjokonferenza tal-persuna akkużata - Artikolu 24(2) (b) - Prinċipji fundamentali tal-liġi tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni)

(C/2026/918)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet fil-kawża prinċipali

Tribunale Ordinario di Firenze

Partijiet fil-proċedura kriminali prinċipali

HG,

fil-preżenza ta’: Procura della Repubblica presso il Tribunale di Firenze,

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 3, 22 u 24 tad-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

l-awtorità ġudizzjarja ta’ Stat Membru tista’ toħroġ Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew li għandha bħala suġġett, jiġifieri t-trasferiment temporanju, lejn it-territorju tagħha, ta’ persuna detenuta fi Stat Membru ieħor, sabiex tipproċedi bis-smigħ tagħha bħala persuna akkużata matul il-proċess tagħha, jew l-organizzazzjoni, mill-awtoritajiet ta’ dan l-aħħar Stat Membru, ta’ smigħ permezz ta’ videokonferenza ta’ din il-persuna f’din l-istess kwalità matul il-proċess tagħha, anki jekk l-eżekuzzjoni ta’ din il-miżura timplika wkoll id-dehra ta’ din il-persuna f’din il-kawża, sakemm l-imsemmija miżura jkollha għan probatorju u sakemm l-eżekuzzjoni tagħha ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkisbu provi.

2)

L-Artikolu 10, l-Artikolu 11(1)(h) u l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2014/41

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

awtorità ta’ Stat Membru tista’ tirrifjuta li teżegwixxi Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew li għandha bħala suġġett l-organizzazzjoni, matul proċess kriminali, ta’ smigħ permezz ta’ videokonferenza tal-persuna akkużata minħabba li din il-miżura ma tkunx disponibbli fil-kuntest ta’ proċedura nazzjonali simili.

3)

L-Artikolu 11(1)(f) tad-Direttiva 2014/41

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-fatt li r-raġuni għal rifjut prevista f’din id-dispożizzjoni ma tipprekludix l-eżekuzzjoni ta’ Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew li għandha bħala suġġett l-organizzazzjoni, matul proċess kriminali, ta’ smigħ permezz ta’ videokonferenza tal-persuna akkużata ma jipprekludix lill-awtorità ta’ eżekuzzjoni milli tirrifjuta l-eżekuzzjoni tagħha abbażi ta’ raġuni oħra prevista minn din id-direttiva.

4)

L-Artikolu 24(2)(b) tad-Direttiva 2014/41

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludi li awtorità ta’ Stat Membru tirrifjuta l-eżekuzzjoni ta’ Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew li għandha bħala suġġett l-organizzazzjoni, matul proċess kriminali, ta’ smigħ permezz ta’ videokonferenza tal-persuna akkużata abbażi biss ta’ direttivi ġenerali maħruġa minn dan l-Istat Membru, mingħajr ma twettaq eżami li jieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha tal-każ.


(1)  ĠU C, C/2024/4575.

(2)  L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/918/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)