European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/796

16.2.2026

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2025 – Melnichenko vs Il-Kunsill

(Kawża T-1113/23)  (1)

(Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-organi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Restrizzjonijiet fil-qasam tal-ammissjoni fit-territorju tal-Istati Membri - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi suġġetti għal restrizzjonijiet fuq id-dħul fit-territorju tal-Istati Membri - Żamma ta’ isem ir-rikorrenti fil-lista - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Kunċett ta’ “vantaġġ miksub minn negozjant influwenti li jeżerċita l-attivitajiet tiegħu fir-Russja” - Artikolu 2(1)(g) tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK - Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Żball ta’ evalwazzjoni - Drittijiet fundamentali - Proporzjonalità)

(C/2026/796)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Aleksandra Melnichenko (Saint-Moritz, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Miron, D. Müller, H. Bajer Pellet, R. Piéri, A. Beauroute, avukati, u C. Zatschler, SC)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen, aġent, assistit minn S. Remy u B. Maingain, avukati)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Siberian Coal Energy Company AO (SUEK) (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: N. Montag u M. Krestiyanova, avukati), EuroChem Group AG (Zoug, l-Isvizzera) (rappreżentant: N. Montag, avukata)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1767 tat-13 ta’ Settembru 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2023, L 226, p. 104), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1765 tat-13 ta’ Settembru 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2023, L 226, p. 3), it-tieni nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/847 tat-12 ta’ Marzu 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L, 2024/847), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/849 tat-12 ta’ Marzu 2024 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L, 2024/84), it-tielet nett, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2456 tat-12 ta’ Settembru 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L, 2024/2456, rettifika fil-ĠU L, 2025/90125), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2455 tat-12 ta’ Settembru 2024 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L, 2024/2455, rettifika fil-ĠU L, 2025/90123), u, ir-raba’ nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/528 tal-14 ta’ Marzu 2025 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L, 2025/528), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/527 tal-14 ta’ Marzu 2025 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L, 2025/527), sa fejn dawn l-atti jikkonċernawha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Aleksandra Melnichenko għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Siberian Coal Energy Company AO (SUEK) u EuroChem Group AG għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)   ĠU C, C/2024/766, 22.1.2024.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/796/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)