|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/641 |
9.2.2026 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2025 – Bategu Gummitechnologie vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-219/23) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Komponenti għall-karreġġjata - Deċiżjoni li tiċħad ilment - Regolament (UE) Nru 1302/2014 - Speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-vetturi ferrovjarji - Żball ta’ liġi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Użu ħażin ta’ poter - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)
(C/2026/641)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.
Partijiet
Rikorrent: Bategu Gummitechnologie GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Maderbacher, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Keidel u J. Szczodrowski, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-konvenut: Siemens AG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Steinle, I. Bodenstein u J. Langguth, avukati), Stadler Deutschland GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Heinichen u C. Laitenberger, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2023) 1205 final tal-15 ta’ Frar 2023 li tiċħad l-ilment tagħha dwar il-proċedura “AT.40492 – Fire Protection Bogies” adottata skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 u 102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Bategu Gummitechnologie GmbH għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Siemens AG. |
|
3) |
Stadler Deutschland GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/641/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)