|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/602 |
9.2.2026 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ Diċembru 2025 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – ir-Rumanija) – X vs Russmedia Digital SRL, Inform Media Press SRL
(Kawża C-492/23 (1) , Russmedia Digital u Inform Media Press)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tad-data personali - Regolament (UE) 2016/679 - Punt 7 tal-Artikolu 4 - Kunċett ta’ “kontrollur” - Responsabbiltà tal-operatur ta’ suq online għall-pubblikazzjoni ta’ data personali li tinsab f’reklami mqiegħda fis-suq online tiegħu minn utenti li jirreklamaw - Artikolu 5(2) - Prinċipju ta’ responsabbiltà - Artikolu 26 - Responsabbiltà konġunta ma’ dawn l-utenti li jirreklamaw - Artikolu 9(1) u (2)(a) - Reklami li jinkludu data sensittiva - Legalità tal-ipproċessar - Kunsens - Artikoli 24, 25 u 32 - Obbligi tal-kontrollur - Identifikazzjoni minn qabel tar-reklami li jinkludu tali data - Verifika minn qabel tal-identità tal-utent li jirreklama - Rifjut tal-pubblikazzjoni ta’ reklami illegali - Miżuri ta’ sigurtà li jistgħu jipprekludu l-ikkopjar tar-reklami u l-pubblikazzjoni tagħhom fuq siti tal-internet oħra - Kummerċ elettroniku - Direttiva 2000/31/KE - Artikoli 12 sa 15 - Possibbiltà li tali operatur jinvoka, fir-rigward ta’ ksur ta’ dawn l-obbligi, l-eżenzjoni mir-responsabbiltà ta’ intermedjarju li jipprovdi servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni)
(C/2026/602)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Cluj
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: X
Konvenuti: Russmedia Digital SRL, Inform Media Press SRL
Dispożittiv
|
1) |
Kemm l-Artikolu 5(2) kif ukoll l-Artikoli 24 sa 26 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), għandhom jiġu interpretati fis-sens li: l-operatur ta’ suq online, inkwantu kontrollur responsabbli, fis-sens tal-punt 7 tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament, għall-ipproċessar tad-data personali li tinsab f’reklami ppubblikati fis-suq online tiegħu, huwa obbligat, qabel il-pubblikazzjoni tar-reklami u permezz ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa,
|
|
2) |
L-Artikolu 32 tar-Regolament 2016/679 għandu jiġi interpretat fis-sens li: l-operatur ta’ suq online, inkwantu kontrollur responsabbli, fis-sens tal-punt 7 tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament, għall-ipproċessar tad-data personali li tinsab f’reklami ppubblikati fuq is-suq online tiegħu, huwa obbligat li jimplimenta miżuri ta’ sigurtà tekniċi u organizzattivi xierqa sabiex jipprekludi li reklami ppubblikati fuq l-imsemmi suq u li jinkludu data sensittiva, fis-sens tal-Artikolu 9(1) tal-imsemmi regolament, jiġu kkopjati u ppubblikati illegalment fuq siti oħra tal-internet. |
|
3) |
l-Artikolu 1(5)(b) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku), u l-Artikolu 2(4) tar-Regolament 2016/679, għandhom jiġu interpretati fis-sens li: l-operatur ta’ suq online, inkwantu kontrollur responsabbli, fis-sens tal-punt 7 tal-Artikolu 4 tar-Regolament 2016/679, għall-ipproċessar tad-data personali li tinsab f’reklami ppubblikati fuq is-suq online tiegħu, ma jistax jinvoka, fir-rigward ta’ ksur tal-obbligi li jirriżultaw kemm mill-Artikolu 5(2) kif ukoll mill-Artikoli 24 sa 26 u 32 ta’ dan ir-regolament, l-Artikoli 12 sa 15 ta’ din id-direttiva, dwar ir-responsabbiltà tal-intermedjarji li jipprovdu servizzi. |
(1) ĠU C, C/2023/1126.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/602/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)