|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/596 |
24.2.2026 |
P10_TA(2025)0099
L-istandards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda għas-snin kalendarji mill-2025 sal-2027
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Mejju 2025 dwar il-proposta għar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 biex jinkludi flessibbiltà addizzjonali fir-rigward tal-kalkolu tal-konformità tal-manifatturi mal-istandards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda għas-snin kalendarji mill-2025 sal-2027 (COM(2025)0136 – C10-0062/2025 – 2025/0070(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2026/596)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2025)0136), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 u l-Artikolu 168(4), il-punt b, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C10-0062/2025), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta’ April 2025 (1), |
|
— |
wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 60 u 170 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali
P10_TC1-COD(2025)0070
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta’ Mejju 2025 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2025/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 biex jinkludi flessibbiltà addizzjonali fir-rigward tal-kalkolu tal-konformità tal-manifatturi mal-istandards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda għas-snin kalendarji mill-2025 sal-2027
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2025/1214.)
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/596/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)