European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/540

23.1.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Jannar 2026

li tissostitwixxi membru supplenti tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għal Malta

(C/2026/540)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Jannar 2019 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tat-28 ta' Marzu 2023 (2), il-Kunsill ħatar membri u membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għall-perjodu mill-1 ta' April 2023 sal-31 ta' Marzu 2027.

(2)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Mario CARDONA, sar vakanti siġġu bħala membru supplenti fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-gvern.

(3)

Il-Gvern ta' Malta ddeżinja kandidat għas-siġġu vakanti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Stephen VELLA huwa maħtur membru supplenti tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali minflok is-Sur Mario CARDONA għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-31 ta' Marzu 2027.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KERAVNOS


(1)   ĠU L 30, 31.1.2019, p. 90.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Marzu 2023 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) (ĠU C 116, 31.3.2023, p. 15).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/540/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)