European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/414

21.1.2026

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(C/2026/414)

Image 1

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Finlandja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1) bil-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti. F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009  (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż emittenti: Il-Finlandja

Suġġett tal-kommemorazzjoni: Finland–Sweden Athletics International

Deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn fih żewġ saqajn f’moviment u milwijin, u linji miksura li jirrappreżentaw track tal-ġiri. Id-disinn jikkommemora l-100 anniversarju tal-Finland–Sweden Athletics International, u jiċċelebra kemm it-tradizzjoni sportiva Finlandiża kif ukoll l-ispirtu kollettiv tal-avveniment. Fin-naħa ta’ fuq, is-sena “2025” tintwera orizzontalment. Il-marka taz-zekka tidher fiċ-ċentru fuq ix-xellug taż-żona tal-immaġni, u l-ittri “FI” jinsabu fuq fiċ-ċentru fuq il-lemin.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd stmat ta’ muniti li se jinħarġu: 204 000

Data tal-ħruġ: Ħarifa 2025


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, pp. 52).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/414/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)