|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/352 |
26.1.2026 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2025 – Țopa et vs Il-Kummissjoni u EISMEA
(Kawża T-805/25)
(C/2026/352)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Partijiet
Rikorrenti: Vasile Țopa (Cluj-Napoca, ir-Rumanija), Universitatea Tehnică din Cluj-Napoca (Cluj-Napoca), Iulia Consuela Prodan (Cluj-Napoca) (rappreżentant: L.-E. Chiorean, avukata)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea, L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tikkonstata l-illegalità tad-Deċiżjoni bir-referenza Ares(2025)7604783 tal-11 ta’ Settembru 2025 u tannullaha; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta tirrikonoxxi l-ispejjeż iddikjarati eliġibbli fl-ammont ta’ EUR 240 886,16 fil-kuntest tal-proġett BIGALPS; |
|
— |
tiddeċiedi dwar l-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi.
|
— |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jinvestigaw il-fatti b’mod komplet u korrett u li jimmotivaw l-att amministrattiv. |
|
— |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. |
|
— |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ oġġettività fl-evalwazzjoni u ta’ amministrazzjoni tajba. |
|
— |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-obbligu tal-istituzzjoni li tanalizza kompletament il-fatti. |
|
— |
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali. |
|
— |
Is-sitt motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dmir ta’ imparzjalità u tad-dritt għal amministrazzjoni tajba (Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea). |
|
— |
Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
|
— |
It-tmien motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 12 tal-Horizon Europe Model Grant Agreement u tal-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju tal-Unjoni Ewropea (EU, Euratom 2018/1046). |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/352/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)