European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/233

12.1.2026

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni koperti mill-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/254, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/88, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/287, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2026/87 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Gwatemala

(C/2026/233)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/254 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/88 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/287 (3), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2026/87 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Gwatemala.

L-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2024/287 jeħtieġ li l-persuni, l-entitajiet jew il-korpi elenkati jirrappurtaw, fi żmien sitt ġimgħat mid-data tal-elenkar tagħhom fl-Anness I, fondi jew riżorsi ekonomiċi fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru li jappartjenu lilhom, huma proprjetà tagħhom, jinżammu jew huma kkontrollati minnhom, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu dawk il-fondi jew riżorsi ekonomiċi. Jeħtieġ li jikkooperaw mal-awtorità kompetenti nazzjonali fi kwalunkwe verifika ta' din l-informazzjoni. Nuqqas ta' konformità ma' dawn l-obbligi ser titqies bħala ċirkomvenzjoni tal-miżuri dwar l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi.

Jeħtieġ li l-informazzjoni li għandha tiġi rrappurtata tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti, permezz tas-sit web tagħha kif indikat fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2024/287.


(1)   ĠU L, 2024/254, 15.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/254/oj.

(2)   ĠU L, 2026/88, 12.1.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/88/oj.

(3)   ĠU L, 2024/287, 15.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/287/oj.

(4)   ĠU L, 2026/87, 12.1.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/87/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/233/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)