|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/159 |
12.1.2026 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d’appello di Roma (l-Italja) fis-6 ta’ Novembru 2025 – Questura di Roma vs SG
(Kawża C-706/25, Comeri (1) )
(C/2026/159)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte d’appello di Roma
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Questura di Roma
Konvenut: SG
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 4(3) TUE, l-Artikolu 3(2) TFUE u l-Artikolu 216(1) TFUE, li jipprovdu li l-Unjoni għandha kompetenza esklużiva li tikkonkludi ftehimiet internazzjonali, meta din il-konklużjoni tkun prevista f’att leġiżlattiv tal-Unjoni jew tkun neċessarja sabiex l-Unjoni tkun tista’ teżerċita l-kompetenza interna tagħha, jew sa fejn il-konklużjoni tagħha tista’ tolqot regoli komuni jew tbiddel il-kamp tal-applikazzjoni tagħhom, b’tali mod li, skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, is-setgħa li tikkonkludi ftehimiet ma’ Stati terzi, li jaffettwaw jew ibiddlu l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ regoli komuni jew li jaffettwaw qasam kopert b’mod eżawrjenti mir-regoli [tal-Unjoni Ewropea] u li jaqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni, huma ċċentralizzati fl-Unjoni stess — jipprekludu l-konklużjoni minn Stat Membru ta’ ftehim internazzjonali ma’ pajjiż terz għall-ġestjoni tal-flussi migratorji bħall-Protokoll konkluż bejn l-Italja u l-Albanija? |
|
2) |
fil-każ ta’ risposta negattiva għal din id-domanda, id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari:
jipprekludu l-kondotta u l-permanenza taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, li jkun ukoll applikant għall-ażil, f’żoni li jinsabu barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea skont ftehim internazzjonali tat-tip tal-Protokoll konkluż bejn l-Italja u l-Albanija?. |
(1) L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.
(2) Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) (ĠU 2013, L 180, p. 60).
(3) Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) (ĠU 2013, L 180, p. 96).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/159/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)