European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/106

5.1.2026

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Novembru 2025 – Aurelia Stiftung vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-565/23)  (1)

(Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva glifosat - Applikazzjoni għat-tiġdid ta’ sustanza attiva - Estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni - Dewmien fl-iżvolġiment tal-proċedura ta’ tiġdid - Raġunijiet li l-applikant ma jkollux kontroll fuqhom - Talba għal eżami mill-ġdid intern - Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Deċiżjoni li tiċħad it-talba - Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009)

(C/2026/106)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Aurelia Stiftung (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Willand u A. Mostler, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Becker, D. Milanowska u M. ter Haar, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenut: Bayer Agriculture (Anvers, il-Belġju) (rappreżentanti: H. Posser, F. Geber u T. Römhild, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti qiegħda titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares(2023) 4611321 tat-3 ta’ Lulju 2023 li tiċħad it-talba għal eżami mill-ġdid intern li hija kienet ressqet fir-rigward tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2364 tat-2 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 f’dak li għandu x’jaqsam mal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat (ĠU 2022, L 312, p. 99).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares(2023) 4611321 tat-3 ta’ Lulju 2023 li tiċħad it-talba għal eżami mill-ġdid intern li hija kienet ressqet fir-rigward tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2364 tat-2 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 f’dak li għandu x’jaqsam mal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti minn Aurelia Stiftung.

3)

Bayer Agriculture għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)   ĠU C, C/2023/988, 27.11.2023.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/106/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)