European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/90096

3.11.2025

Rettifika tal-Kawża T-483/25

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C, C/2025/5083, id-29 ta’ Settembru 2025 )

Il-Kawża T-483/25, Wölken vs Il-Kummissjoni, hija fformulata b’mod korrett kif ġej:

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2025 – Wölken vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-483/25)

(C/2025/5083)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Tiemo Wölken (Osnabrück, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Zatschler, Senior Counsel, u M. Sánchez Rydelski, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjonijiet impliċiti tal-konvenuta tat-30 ta’ Mejju 2025 u tal-4 ta’ Lulju 2025 li permezz tagħhom il-konvenuta, skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (1)ċaħdet it-talbiet tar-rikorrent għal aċċess għal diversi dokumenti relatati mal-proċedura leġiżlattiva, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar privattivi essenzjali standard u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1001 (2);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha u għal dawk sostnuti mir-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 296 TFUE.

Il-konvenuta ma weġbitx fit-terminu mogħti għal żewġ talbiet konfermatorji tar-rikorrent ta’ aċċess għad-dokumenti, li, skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, wassal sabiex it-talbiet jitqiesu miċħuda. Tali rifjut ta’ aċċess preżunt jimplika, mid-definizzjoni tiegħu stess, assenza totali ta’ motivazzjoni u għalhekk ma jissodisfax l-obbligu ta’ motivazzjoni li għandhom l-istituzzjonijiet tal-Unjoni skont l-Artikolu 296 TFUE.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

(2)  Proposta tas-27 ta’ April 2023 (COM (2023) 232 final).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5083/corrigendum/2025-11-03/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)