|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6760 |
19.12.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Diċembru 2025
li tissostitwixxi membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-Irlanda
(C/2025/6760)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni (UE) 2025/2802 (2), il-Kunsill ħatar membri u membri supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-perjodu mill-1 ta' Ġunju 2025 sal-31 ta' Mejju 2028. |
|
(2) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Jane Ann DUFFY sar vakanti siġġu ta' membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi. |
|
(3) |
Il-Gvern tal-Irlanda innomina kandidata għas-siġġu vakanti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sa Úna NÍ DHUBHGHAILL hija maħtura membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi minflok is-Sa Jane Ann DUFFY għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-31 ta' Mejju 2028.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
M. HEUNICKE
(1) ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Mejju 2025li taħtar membri u membri supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, (ĠU C, C/2025/2802, 19.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2802/oj)
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6760/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)