|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6747 |
19.12.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12230 – EIM / PDVH)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/6747)
1.
Fil-11 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Elliott Investment Management L.P. (“EIM”, l-Istati Uniti), |
|
— |
PDV Holding, Inc. (“PDVH”, l-Istati Uniti). |
EIM se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ PDVH.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
EIM hija maniġer tal-investiment li tuża approċċ ta’ negozjar b’diversi strateġiji li jinkludi firxa wiesgħa ta’ strateġiji, inklużi, mingħajr limitazzjoni: ekwità, ekwità privata u kreditu privat, titoli f’diffikultà, dejn mhux f’diffikultà, ħeġġ/arbitraġġ, titoli relatati mal-proprjetà immobbli, kummerċ ta’ komoditajiet u protezzjoni tal-volatilità tal-portafoll, |
|
— |
PDVH hija l-unika azzjonista ta’ CITGO Holding, Inc., li min-naħa tagħha hija l-unika azzjonista ta’ CITGO Petroleum Corporation (flimkien mas-sussidjarji tagħha l-“Grupp CITGO”). Il-Grupp CITGO huwa raffinatur, kummerċjant, trasportatur u bejjiegħ ta’ fjuwils tat-trasport, lubrikanti, prodotti petrokimiċi u prodotti industrijali oħra bbażat fl-Istati Uniti. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12230 — EIM / PDVH
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6747/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)