|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6565 |
8.12.2025 |
Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)
(C/2025/6565)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)
“Monterrei”
Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-ES-A1114-AM03 - 12.9.2025
1. Isem il-prodott
Monterrei
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☐ |
IĠP |
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IĠ |
3. Settur
|
☐ |
prodotti agrikoli |
|
☑ |
inbejjed |
|
☐ |
xarbiet spiritużi |
4. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
Spanja
5. Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard
Isem
Il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Ikel. Id-Direttorat Ġenerali għall-Ikel. Is-Sottodirettorat Ġenerali għall-Kontroll tal-Kwalità tal-Ikel u l-Laboratorji Agroalimentari.
6. Kwalifika bħala emenda standard
L-awtorità kompetenti jidhrilha li l-bidliet kollha li saru f’din l-emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għad-DOP Monterrei jikkostitwixxu emenda standard tagħha, peress li ma tistax titqies bħala emenda tal-UE billi li ma tikkorrispondi għall-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24(3) tar-Regolament 2024/1143 dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi. Dan ifisser li: ma tinkludix bidla fl-isem jew fl-użu tal-isem, jew fil-kategorija ta’ prodott jew prodotti deżinjati mill-indikazzjoni ġeografika; ma tinvolvix riskju li tixxejjen ir-rabta maż-żona ġeografika; ma tinvolvix restrizzjonijiet ġodda fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.
7. Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i
Titolu
INTRODUZZJONI TAL-INBEJJED ROŻÈ
Deskrizzjoni
L-inbejjed rożè ġew introdotti taħt il-kategorija 1, l-unika kategorija koperta minn din id-DOP. Għalhekk, ġew deskritti l-karatteristiċi analitiċi u organolettiċi tagħhom, u ġew stabbiliti r-rekwiżiti tal-produzzjoni (minimu ta’ 85 % tal-għeneb tal-varjetajiet ħomor, it-taħlit tal-għeneb ta’ kulur differenti wara l-konsenja jew l-użin fl-imwieżen) u r-rendiment tal-produzzjoni. Fir-rabta, żdiedet referenza għal dawn l-inbejjed u ma hemmx riskju li din tixxejjen.
Din l-emenda tikkonċerna l-punti 2, 3, 5 u 7.2 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punti 6 u 7.1 tad-dokument uniku.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
BIDLIET FIL-LIMITI ANALITIĊI
Deskrizzjoni
Il-limitu massimu tad-diossidu tal-kubrit għall-inbejjed bojod żdied minn 160 għal 200 mg/l.
Il-limitu minimu tal-aċidità totali tal-inbejjed ħomor tnaqqas minn 4,5 għal 4 g/l.
Ir-referenza leġiżlattiva li tiddeskrivi l-inbejjed “xotti”, l-uniċi nbejjed koperti mid-DOP, ġiet aġġornata. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, żdiedet sentenza li tiddikjara li għal-limiti tal-parametri analitiċi l-oħra mhux inklużi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, se japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni ġenerali.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 2 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 6 tad-dokument uniku.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
TNEĦĦIJA TAR-RESTRIZZJONI FUQ IL-VARJETAJIET UŻATI
Deskrizzjoni
Id-distinzjoni bejn varjetajiet “preferuti” u “awtorizzati” tħassret. Dan ineħħi wkoll ir-rekwiżit li l-inbejjed iridu jsiru b’mill-inqas 60 % tal-għeneb tal-varjetà preferuta. Għalhekk, tħassru ż-żewġ aspetti li kienu inklużi fil-formulazzjoni tar-rabta, u ma hemm l-ebda riskju li r-rabta tixxejjen.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 3, 6 u 7.1 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 7.1 tad-dokument uniku.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
TNEĦĦIJA TA’ RESTRIZZJONIJIET OĦRA
Deskrizzjoni
Dan li ġej tneħħa:
|
— |
Ma jistgħux jintużaw biċċiet tal-injam tal-ballut fil-produzzjoni u fil-proċessi sussegwenti, inkluż il-ħżin, tal-inbejjed protetti mid-denominazzjoni. |
|
— |
Il-most jew l-inbejjed ta’ ħsad partikolari jistgħu jitħalltu ma’ nbejjed ta’ ħsad preċedenti, sa limitu ta 15 %, biex jiġu kkoreġuti l-karatteristiċi tagħhom. Eċċezzjonalment, u soġġett għal rapport preliminari dwar il-kwalità tal-prodott, f’xi snin jista’ jiġi awtorizzat it-taħlit mal-most jew l-inbejjed taż-żewġ staġuni ta’ ħsad preċedenti, sal-istess limitu ta’ 15 %. |
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 3 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 7.1 tad-dokument uniku.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
ESPANSJONI TAŻ-ŻONA DEMARKATA
Deskrizzjoni
Iż-żona ġeografika demarkata ġiet estiża, b’tali mod li jħares ir-rabta tad-DOP, biex tinkludi ċerti parroċċi li jmissu maż-żona attwalment demarkata. B’mod speċifiku, it-territorju ġie estiż għal diversi parroċċi tal-muniċipalitajiet ta’ Monterrei, Cualedro u Laza. Barra minn hekk, xi parroċċi tal-muniċipalità ta’ Ríos, li sa issa kienu inklużi biss parzjalment, issa ġew inklużi fl-intier tagħhom. Iż-żona estiża, li relattivament mhijiex kbira ħafna, għandha karatteristiċi klimatiċi u tal-ħamrija simili għal dawk tat-territorju attwalment demarkat.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 4 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 9 tad-dokument uniku.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
BIDLIET FIR-RENDIMENTI TAL-PRODUZZJONI
Deskrizzjoni
Id-differenza fir-rendiment bejn il-varjetajiet preferuti u dawk awtorizzati tneħħiet, peress li din il-klassifikazzjoni ma għadhiex tapplika u l-limiti tar-rendiment għal kull ettaru nbidlu skont il-kulur tal-għeneb.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 5 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 7.2 tad-dokument uniku.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
BIDLA B’RABTA MAL-VARJETAJIET
Deskrizzjoni
Tneħħiet id-distinzjoni bejn il-varjetajiet preferuti u u awtorizzati.
Ġie speċifikat li “Araúxa” huwa l-isem lokali tal-varjetà “Tempranillo”, u għalhekk huwa mniżżel bħala sinonimu għalkemm mhux rikonoxxut uffiċjalment.
Din l-emenda tikkonċerna t-taqsima 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u ma taffettwax id-dokument uniku.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
REKWIŻITI OĦRA
Deskrizzjoni
Tħassret il-formulazzjoni li kienet tindika li l-limiti tal-produzzjoni tal-għeneb għal kull ettaru jistgħu jiġu emendati f’ċerti snin.
Din l-emenda tikkonċerna t-taqsima 8 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u ma taffettwax id-dokument uniku.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
TITJIB EDITORJALI
Deskrizzjoni
Ir-referenzi leġiżlattivi, it-terminoloġija u d-dettalji ta’ kuntatt tal-korp ta’ kontroll delegat ġew aġġornati.
Din l-emenda tikkonċerna l-punti 8 u 9 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u ma taffettwax id-dokument uniku.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
DOKUMENT UNIKU
Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbid
Monterrei
Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-ES-A1114-AM03 - 12.9.2025
1. Isem/Ismijiet
Monterrei
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IĠP |
|
☐ |
IĠ |
3. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita
Spanja
4. Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143
2204 – Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb, għajr dak tal-intestatura 2009
5. Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli kif elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
|
1. |
Inbid |
6. Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed
Prodott tad-dwieli
Inbid abjad
Karatteristiċi organolettiċi
Apparenza viżiva
Ċar u jleqq. Lewn li jvarja minn isfar ċar għal isfar dehbi.
Aroma
Irwejjaħ ta’ frott, tat-tipi li ġejjin: frott tas-siġar jew frott tropikali.
Togħma
Aromi ta’ frott, tat-tipi li ġejjin: frott tas-siġar jew frott tropikali. Alkoħol u aċidità bbilanċjati. Persistenza medja jew għolja.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
-
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
- |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
11 |
|
Aċidità totali minima: |
4,5 |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
grammi għal kull litru espress bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
12,5 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
200 |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
-
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
Prodott tad-dwieli
Inbid aħmar
Karatteristiċi organolettiċi
Apparenza viżiva
Ċar u jleqq, b’intensità tal-kulur medja jew għolja. Lewn li jvarja minn aħmar fil-vjola għal aħmar qastni.
Aroma
Irwejjaħ ta’ frott, tat-tipi li ġejjin: frott aħmar jew iswed.
Togħma
Aromi ta’ frott, tat-tipi li ġejjin: frott aħmar jew iswed. Alkoħol u aċidità bbilanċjati. Persistenza medja jew għolja.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
-
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
- |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
11 |
|
Aċidità totali minima: |
4 |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
grammi għal kull litru espress bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
13,33 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
150 |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
-
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
Prodott tad-dwieli
Inbid rożè
Karatteristiċi organolettiċi
Apparenza viżiva
Ċar u jleqq, b’intensità tal-kulur baxxa jew medja. Lewn li jvarja minn roża ċar għal aħmar lewn iċ-ċirasa.
Aroma
Irwejjaħ ta’ frott, tat-tipi li ġejjin: frott aħmar jew iswed.
Togħma
Aromi ta’ frott, tat-tipi li ġejjin: frott aħmar jew iswed. Alkoħol u aċidità bbilanċjati. Persistenza medja jew għolja.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
-
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
- |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
11 |
|
Aċidità totali minima: |
4 |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
grammi għal kull litru espress bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
13,33 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
200 |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
-
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
Prodott tad-dwieli
Inbejjed bojod Barrica, Crianza Reserva u Gran Reserva
Karatteristiċi organolettiċi
Apparenza viżiva
Ċar u jleqq. Lewn li jvarja minn isfar ċar għal isfar dehbi.
Aroma
Irwejjaħ ta’ frott, tat-tipi li ġejjin: frott tas-siġar jew frott tropikali; barra minn hekk għandu jkollhom irwejjaħ tat-tipi li ġejjin: ħwawar jew xiwi.
Togħma
Aromi ta’ frott, tat-tipi li ġejjin: frott tas-siġar jew frott tropikali; barra minn hekk għandu jkollhom aromi tat-tipi li ġejjin: ħwawar jew xiwi. Alkoħol u aċidità bbilanċjati. Persistenza medja jew għolja.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
-
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
- |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
11,5 |
|
Aċidità totali minima: |
4,5 |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
grammi għal kull litru espress bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
18 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
200 |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
-
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
Prodott tad-dwieli
Inbejjed ħomor Barrica, Crianza Reserva u Gran Reserva
Karatteristiċi organolettiċi
Apparenza viżiva
Ċar u jleqq, b’intensità tal-kulur medja jew għolja. Lewn li jvarja minn aħmar fil-vjola għal aħmar qastni.
Aroma
Irwejjaħ ta’ frott, tat-tipi li ġejjin: frott aħmar jew iswed; barra minn hekk għandu jkollhom irwejjaħ tat-tipi li ġejjin: ħwawar jew xiwi.
Togħma
Aromi ta’ frott, tat-tipi li ġejjin: frott aħmar jew iswed; barra minn hekk għandu jkollhom aromi tat-tipi li ġejjin: ħwawar jew xiwi. Alkoħol u aċidità bbilanċjati. Persistenza medja jew għolja.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
-
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
- |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
12 |
|
Aċidità totali minima: |
4 |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
grammi għal kull litru espress bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
20 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
150 |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
-
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
7. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
7.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed u r-restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tagħhom
Prattika tal-produzzjoni tal-inbid
-
Tip ta’ prattika enoloġika
Prattika enoloġika speċifika
Deskrizzjoni
Mill-inqas 85 % tal-għeneb li jintuża fil-produzzjoni tal-inbejjed rożè jrid ikun tal-varjetajiet ħomor. Jekk jintużaw ukoll varjetajiet bojod, dawn iridu jitħalltu wara l-konsenja jew l-użin.
Ir-rendiment tal-estrazzjoni ma jridx ikun aktar minn 74 litru ta’ nbid għal kull 100 kg ta’ għeneb.
L-użu ta’ preses kontinwi huwa pprojbit. L-użu ta’ magni ċentrifugi b’veloċità kbira huwa pprojbit. Mhumiex permessi prattiki li jinvolvu t-tisħin minn qabel tal-għeneb, jew it-tisħin tal-mosti jew tal-inbejjed fil-preżenza tal-karfa.
Prattika tal-produzzjoni tal-inbid
-
Tip ta’ prattika enoloġika
Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed
Deskrizzjoni
Id-densità tat-tħawwil għandha tkun bejn 3 000 dielja għal kull ettaru u 5 000 dielja għal kull ettaru.
7.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
L-inbejjed/il-kategoriji/il-varjetajiet/it-tipi kollha
Varjetajiet ta’ għeneb abjad
Rendiment massimu:
|
Rendiment massimu |
13 200 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru |
L-inbejjed/il-kategoriji/il-varjetajiet/it-tipi kollha
Varjetajiet ta’ għeneb abjad
Rendiment massimu:
|
Rendiment massimu |
97,68 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
ettolitru għal kull ettaru |
L-inbejjed/il-kategoriji/il-varjetajiet/it-tipi kollha
Varjetajiet ta’ għeneb aħmar
Rendiment massimu:
|
Rendiment massimu |
10 000 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru |
L-inbejjed/il-kategoriji/il-varjetajiet/it-tipi kollha
Varjetajiet ta’ għeneb aħmar
Rendiment massimu:
|
Rendiment massimu |
74 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
ettolitru għal kull ettaru |
8. Indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li minnhom jiġi prodott l-inbid jew jiġu prodotti l-inbejjed
|
— |
ALBARIÑO |
|
— |
BLANCA DE MONTERREI |
|
— |
CAÍÑO BLANCO |
|
— |
CAÍÑO TINTO |
|
— |
DOÑA BLANCA - DONA BRANCA |
|
— |
GODELLO |
|
— |
LOUREIRA |
|
— |
MENCÍA |
|
— |
MERENZAO |
|
— |
SOUSÓN |
|
— |
TEMPRANILLO |
|
— |
TREIXADURA |
9. Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika demarkata
It-territorju demarkat huwa maqsum f’żewġ subżoni:
|
— |
Is-subżona Valle de Monterrei: il-parroċċi ta’ Castrelo do Val, Pepín u Nocedo do Val tal-muniċipalità ta’ Castrelo do Val; il-parroċċi ta’ Albarellos, Infesta, Monterrei u Vilaza tal-muniċipalità ta’ Monterrei; il-parroċċi ta’ Oímbra, Rabal, u San Cibrao tal-muniċipalità ta’ Oímbra u l-parroċċi ta’ Abedes, Cabreiroá, Feces de Abaixo, Feces de Cima, Mandín, Mourazos, Pazos, Queizás, A Rasela, Tamagos, Tama-guelos, Tintores, Verín u Vilamaior do Val tal-parroċċa ta’ Verín. |
|
— |
Is-subżona Ladera de Monterrei: tinkludi l-muniċipalità ta’ Vilardevós, il-parroċċi ta’ Gondulfes u Servoi tal-muniċipalità ta’ Castrelo do Val; il-parroċċi ta’ As Chas, Bousés, Videferre u A Granxa tal-muniċipalità ta’ Oímbra; il-parroċċi ta’ Estevesiños, Flariz, A Madalena, Medeiros, Rebordondo, San Cristovo u Vences, tal-muniċipalità ta’ Monterrei; il-parroċċa Queirugás tal-muniċipalità ta’ Verín; tal-muniċipalità ta’ Riós, il-parroċċi ta’ Castrelo de Abaixo, Castrelo de Cima, Fumaces u A trepa, Progo u Riós; tal-muniċipalità ta’ Cualedro, il-parroċċi ta’ San Millao, Montes, Rebordondo u A Xironda; u l-muniċipalità ta’ Laza, il-parroċċi ta’ Matamá u Retorta. |
10. Rabta maż-żona ġeografika
Kategorija ta’ prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
Sommarju tar-rabta
Il-klima bi ftit li xejn xita u temperaturi għoljin fis-sajf, u b’temperatura li tvarja ħafna bejn binhar u billejl waqt il-maturazzjoni, hija ottima għat-tkabbir tal-varjetajiet tad-dwieli użati. Fil-biċċa l-kbira tagħhom, dawn il-varjetajiet huma indiġeni, magħżula matul is-snin. L-għażla tal-aħjar art u l-użu ta’ tekniki tal-kultivazzjoni adattati għall-varjetajiet u għaż-żona, b’mod partikolari s-sistemi tat-tħarriġ u taż-żbir użati biex jiġi żgurat kontroll adegwat tal-potenzjal tal-produzzjoni tal-inbid, għandhom impatt ukoll fuq il-karatteristiċi tal-inbid, f’termini tal-aromi tal-fjuri u tal-frott, kif ukoll fejn tidħol it-togħma bbilanċjata tagħhom.
11. Rekwiżiti oħra applikabbli
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga
IMBALLAĠĠ
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri
Imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga
L-imballaġġ għandu jsir fiż-żona ġeografika demarkata. It-trasport u l-imballaġġ barra miż-żona tal-produzzjoni jikkostitwixxu riskju għall-kwalità tal-inbid, billi jista’ jiġi espost għal fenomeni ta’ ossidoriduzzjoni, varjazzjonijiet fit-temperatura u oħrajn, u iktar ma tkun kbira d-distanza miż-żona ġeografika demarkata ikbar ikun ir-riskju. L-ibbottiljar fil-post tal-produzzjoni jippermetti li jinżammu l-karatteristiċi u l-kwalità tal-prodott. Minħabba dan kollu, flimkien mal-esperjenza u l-għarfien espert tal-karatteristiċi speċifiċi tal-inbejjed li ilhom is-snin jinkisbu mill-fabbriki tal-inbid tad-denominazzjoni ta’ oriġini Monterrei, jeħtieġ li l-imballaġġ isir lokalment, sabiex jinżammu l-karatteristiċi kollha fiżikokimiċi u organolettiċi ta’ dawn l-inbejjed.
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga
TIKKETTAR
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga
Fit-tikkettar għandu jidher isem id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta, b’ittri b’għoli minimu ta’ 4 mm.
L-indikazzjoni tat-trademark rilevanti hija obbligatorja
L-imballaġġ kollu użat għall-prodotti maħsuba għall-konsum għandu jkollu siġill jew tikketta sekondarja numerati, maħruġa mill-Bord Regolatorju. Din it-tikketta sekondarja trid tinkludi l-logo tad-denominazzjoni ta’ oriġini.
L-inbejjed b’din id-denominazzjoni ta’ oriġini jistgħu jiġu ttikkettati bl-użu tat-terminu “barrica”, jekk jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ.
Referenza elettronika (url) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6565/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)