|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6544 |
4.12.2025 |
Talba mill-Qorti Distrettwali ta’ Oslo għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA datata t-8 ta’ Lulju 2025 fil-każ ta’ Redd Ullevål Sykehus vs l-Istat Norveġiż, irrappreżentat mill-Ministeru għall-Gvern Lokali u l-Iżvilupp Reġjonali (Staten v/ Kommunal- og distriktdepartementet)
(Każ E-17/25)
(C/2025/6544)
Saret talba lill-Qorti tal-EFTA datata t-8 ta’ Lulju 2025 mill-Qorti Distrettwali ta’ Oslo (Oslo tingrett), li waslet fir-Reġistru tal-Qorti fil-15 ta' Lulju 2025, għal Opinjoni Konsultattiva fil-kawża ta’ Redd Ullevål Sykehus vs l-Istat Norveġiż, irrappreżentat mill-Ministeru għall-Gvern Lokali u l-Iżvilupp Reġjonali (Staten v/ Kommunal- og distriktdepartementet), dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:
|
(1) |
Mistoqsija nru 1: il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-VAS Il-partijiet ma jaqblux dwar jekk ir-rekwiżiti tad-Direttiva dwar il-VAS japplikawx għall-valutazzjoni tal-impatt ambjentali. Il-Qorti Distrettwali mhijiex ċerta dwar jekk il-kundizzjonijiet biex wieħed jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-VAS humiex issodisfati għal: (1) iż-żewġ pjanijiet ta’ tqassim f’żoni; (2) id-deċiżjoni tal-laqgħa tal-intrapriża tas-saħħa tal-24 ta’ Ġunju 2016 dwar l-immaġni ppjanata għall-istruttura l-ġdida tal-isptar għall-Isptar Universitarju ta’ Oslo; (3) id-deċiżjoni dwar il-limitu ta’ self tal-Parlament fl-istadju 1 tal-iżvilupp il-ġdid tal-isptarijiet, individwalment jew kollettivament. Il-Qorti Distrettwali titlob il-gwida ġenerali tal-Qorti tal-EFTA dwar kif għandhom jiġu interpretati l-kundizzjonijiet, inkluż dwar kif dawn jaqblu mal-valutazzjonijiet skont id-Direttiva dwar il-VIA. |
|
(2) |
Mistoqsija nru 2: regoli nazzjonali dwar żbalji li ma affettwawx is-sustanza ta’ deċiżjoni It-tieni mistoqsija tikkonċerna jekk huwiex kompatibbli mad-dritt taż-ŻEE li qorti Norveġiża tapplika regola, bħall-Artikolu 41 tal-Att Norveġiż dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, li tipprevedi li deċiżjoni tista’ tiġi kkonfermata bħala valida minkejja żball proċedurali jekk l-iżball ma setax ikollu effett deċiżiv fuq is-sustanza tad-deċiżjoni, f’każ fejn jiġi argumentat li kien hemm nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali tad-Direttiva dwar il-VAS. Il-Qorti mhix ċerta jekk dan huwiex kompatibbli mal-obbligu ta’ lealtà skont l-Artikolu 3 tal-Ftehim ŻEE li tiġi applikata regola nazzjonali bħall-Artikolu 41 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika f’każ bħal dan. |
|
(3) |
Il-mistoqsijiet speċifiċi
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6544/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)