|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6529 |
4.12.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12199 – WH GROUP / ENTITIES OF THE WOLF GROUP)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/6529)
1.
Fis-26 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Morliny Foods Holding Limited (ir-Renju Unit) indirettament proprjetà sħiħa ta’ WH Group Limited (“WH Group”, iċ-Ċina), |
|
— |
Reinhard Wolf GmbH & Co.KG, u Wolf Nürnberg Immobilien GmbH & Co. KG (il-“Konċentrazzjoni fil-Mira”, il-Ġermanja). |
WH Group se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tal-konċentrazzjoni fil-Mira kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
WH Group hija kumpanija li topera globalment involuta fit-trobbija tal-bhejjem u l-qtil ta’ ħnieżer u ta’ pollam kif ukoll l-ipproċessar u d-distribuzzjoni ta’ laħam frisk tal-majjal u tal-pollam u prodotti tal-laħam tal-majjal u tal-pollam ipproċessati ppakkjati, |
|
— |
Il-Konċentrazzjoni fil-Mira hija prinċipalment attiva fil-manifattura u l-ipproċessar ta’ prodotti tal-laħam fl-Ewropa, l-aktar fil-Ġermanja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12199 – WH GROUP / ENTITITES OF THE WOLF GROUP
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6529/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)