European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6502

15.12.2025

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ottubru 2025 – UPL Europe u Indofil Industries (il-Pajjiżi l-Baxxi) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-742/20 RENV)  (1)

(Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva mankożeb - Nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni - Regolament (KE) Nru 1107/2009 u Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 - Proċedura ta’ evalwazzjoni ta’ talba għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ sustanza attiva - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proċedura ta’ klassifikazzjoni u ta’ ttikkettjar armonizzati - Regolament (KE) Nru 1272/2008)

(C/2025/6502)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: UPL Europe Ltd (Warrington, Cheshire, ir-Renju Unit), Indofil Industries (il-Pajjiżi l-Baxxi) BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: C. Mereu u P. Parvati Martín Paredes, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes, L. Vernier u M. Ter Haar, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2087 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva mancozeb, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2020, L 423, p. 50).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha fil-Kawża C-262/23 P.

3)

UPL Europe Ltd u Indofil Industries (Netherlands) BV għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawża T-742/20 RENV.


(1)   ĠU C 53, 15.2.2021.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6502/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)