|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6449 |
1.12.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12223 — ATALANTE / MYRIUM)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/6449)
1.
Fl-20 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Atalante SAS (“Atalante”, Franza), ikkontrollata permezz ta’ AXA Investment Managers SA (Franza) minn BNP Paribas S.A group (“BNPP”, Franza), |
|
— |
Myrium SAS (il-“kumpanija fil-mira”, Franza). |
Atalante se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tal-kumpanija fil-mira kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ titoli.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Atalante hija kumpanija li n-negozju prinċipali tagħha huwa l-ġestjoni ta’ portafolli individwali jew kollettivi u strumenti finanzjarji f’isem oħrajn, |
|
— |
Il-kumpanija fil-mira hija prinċipalment attiva fis-swieq tal-inġinerija klimatika u elettrika, tal-manutenzjoni multiteknika u tal-bini. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fil-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12223 — ATALANTE / MYRIUM
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
L-indirizz postali:
|
Commission européenne |
|
Direction générale de la concurrence |
|
Greffe des concentrations |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6449/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)