European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6435

28.11.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12203 — ACS / GLOBAL INFRASTRUCTURE MANAGEMENT / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/6435)

1.   

Fit-18 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

ACS Actividades de Construcción y Servicios, S.A. (“ACS Group”, Spanja),

Global Infrastructure Management, LLC li topera taħt l-isem kummerċjali Global Infrastructure Partners (“GIP”, l-Istati Uniti), ikkontrollata minn BlackRock, Inc. (l-Istati Uniti).

ACS Group u GIP jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ impriża konġunta.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

ACS Group huwa operatur u fornitur globali tal-infrastruttura attiv fis-setturi tal-kostruzzjoni, tal-konċessjonijiet, tas-servizzi ambjentali u industrijali. ACS hija inkorporata fi Spanja u elenkata fl-Iskambji tal-Istokkijiet Spanjoli f’Bilbao, Barċellona, Madrid u Valenzja,

Global Infrastructure Management hija l-maniġer tal-fond tal-infrastruttura indipendenti globali ta’ GIP, bil-kwartieri ġenerali fl-Istati Uniti tal-Amerka, u primarjament iffukata fuq l-investiment fis-setturi tat-trasport, tal-enerġija, tal-iskart, tal-ilma u tal-infrastruttura diġitali.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża konġunta, stabbilita fl-Istati Uniti, se jkunu dawn li ġejjin: l-ewwel, li tirċievi u żżomm ċerti assi fl-istadju tal-iżvilupp relatati mal-istabbiliment ta’ ċentri tad-data attwalment miżmuma minn ACS, u t-tieni, li takkwista, tiżviluppa, tiffinanzja, tibni, tikkummerċjalizza u żżomm, u topera ċentri tad-data fil-Kontinent Amerikan, fl-Ewropa (inkluż ir-Renju Unit) u fl-APAC.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12203 — ACS / GLOBAL INFRASTRUCTURE MANAGEMENT / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6435/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)