|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6359 |
24.11.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-17 ta’ Novembru 2025
li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2025
(C/2025/6359)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
Billi:
|
– |
il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2025 ġie adottat definittivament fis-27 ta' Novembru 2024 (2); |
|
– |
fit-3 ta' Ottubru 2025, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2025, li ġie kkomplementat mill-Kummissjoni fil-5 ta' Novembru 2025 biċ-ċifri finali għall-aġġustament tas-salarji fl-2025; |
|
– |
il-Kunsill jeħtieġ jipproċedi mingħajr dewmien bl-adozzjoni tal-pożizzjoni tiegħu dwar l-abbozz ta' baġit emendatoru Nru 3 għall-baġit ġenerali għall-2025, bil-ħsieb li (a) jiżdied b'mod urġenti l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament (a/p) għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE +) u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (BMVI), peress li dawn l-ammonti ma setgħux jiġu inklużi fir-riallokazzjonijiet proposti fit-“Trasferiment globali” (DEC Nru 15/2025), li ġie ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fit-3 ta' Ottubru 2025, (b) jiġi aġġornati l-ħtiġijiet għall-Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPAs), li jikkanċellaw l-ammonti fir-riżerva li mhux ser ikunu meħtieġa fl-2025, (c) jonqsu l-approprjazzjonijiet ta' impenn (a/i) u a/p għall-Istrument għat-Tagħmir ta' Kontroll Doganali (CCEI) minħabba dewmien fl-implimentazzjoni fl-Istati Membri, (d) jonqsu l-a/i għall-Istrument ta' Appoġġ Tekniku minħabba titjib fl-effiċjenza minn proċeduri ta' akkwist kompetittivi, (d) jonqsu l-a/p għall-Faċilità għall-Ukrajna, peress li l-profil ta' pagament tal-2025 ġie affettwat minn bidliet fis-suppożizzjonijiet bħal fir-ritmu tal-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti, id-data tal-iffirmar tal-ftehimiet ta' garanzija u ta' taħlit, u t-twaqqit tal-pagament tas-sussidji għall-kostijiet tat-teħid b'self, (e) l-aġġustament tal-kontribuzzjoni tal-UE għall-Awtorità Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLA), l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA), l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), l-Aġenzija tal-UE għall-Ażil (EUAA), l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), marbuta mal-implimentazzjoni jew raġunijiet speċifiċi oħra, (f) l-integrazzjoni tal-aġġornament tas-salarji finali għall-2025 u (g) l-aġġornament tan-naħa tad-dħul tal-baġit kif xieraq. Għaldaqstant, hu ġustifikat li tiġi prevista eċċezzjoni mill-perjodu ta' tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2025 ġiet adottata fis-17 ta' Novembru 2025.
It-test sħiħ (3) huwa disponibbli għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: https://www.consilium.europa.eu/documents-publications/public-register/public-register-search/.
Magħmul fi Brussell, 17 ta' Novembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.
(2) ĠU L, 2025/31, 27.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/budget/2025/31/oj.
(3) Dokument 14878/25 + ADD 1.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6359/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)