|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6343 |
21.11.2025 |
Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
(C/2025/6343)
Skont l-Artikolu 9(1), il-punt (a), tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:
Fil-paġna 108, fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tal-intestatura NM “ 2309 Preparati li jintużaw fl-għalf tal-annimali ”, ir-raba’ u l-ħames paragrafi tat-test eżistenti huma sostitwiti bit-test li ġej:
“Fir-rigward tal-lamtu, tal-glukożju u tal-maltodestrina, japplika dan li ġej:
|
— |
F’każ li ma tkunx tista’ tiġi stabbilita l-preżenza tal-lamtu, jista’ jintuża metodu mikroskopiku kwalitattiv jew test ta’ kolorazzjoni kwalitattiv b’soluzzjoni tal-jodju biex tiġi vverifikata l-preżenza tal-lamtu. |
|
— |
Għad-determinazzjoni tal-kontenut ta’ lamtu, glukożju u maltodestrina, jitkejjel l-ammont ta’ glukożju totali. Il-glukożju totali huwa definit bħala s-somma tal-glukożju kollu f’kampjun, inkluż kemm il-glukożju ħieles oriġinarjament preżenti kif ukoll il-glukożju ġġenerat mill-idroliżi enzimatika tal-lamtu jew tal-maltodestrina fil-kampjun, espress bħala glukożju. Id-determinazzjoni tal-glukożju totali għandha titwettaq bl-użu ta’ verżjoni modifikata tal-metodu analitiku enzimatiku speċifikat fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 121/2008 (ĠU L 37, 12.2.2008, p. 3). Il-modifika tikkonsisti fl-ommissjoni tal-istadju tal-ħasil bi 40 % etanol matul il-preparazzjoni tal-kampjun u l-kalkolu tar-riżultati tal-Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja (HPLC, High-Performance Liquid Chromatography) biss għall-kontenut ta’ glukożju (% skont il-piż, ara l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 121/2008 (ĠU L 37, 12.2.2008, p. 3, il-punt 7.1), li jirrappreżenta l-glukożju totali kif definit hawn fuq. |
Il-prodotti b’kontenut totali ta’ glukożju ta’ inqas minn 0,5 % skont il-piż ma għandhomx jitqiesu li fihom il-lamtu, il-glukożju jew il-maltodestrina.
|
— |
Fejn il-kontenut totali ta’ glukożju jkun aktar minn 9 % skont il-piż, jew fejn ikun magħruf li l-kampjun fih 10 % skont il-piż jew aktar ta’ lamtu, il-kontenut reali ta’ lamtu jiġi ddeterminat bl-użu tal-metodu polarimetriku (imsejjaħ wkoll il-metodu Ewers modifikat) stabbilit fl-Anness III, il-parti K, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1). |
Fejn il-metodu polarimetriku ma jkunx japplika, eż. minħabba l-preżenza f’ammonti sinifikanti ta’ materjali bħal dawk elenkati hawn taħt, għandu jiġi applikat il-metodu analitiku enzimatiku biex jiġi determinat il-kontenut ta’ lamtu stabbilit fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 121/2008 (ĠU L 37, 12.2.2008, p. 3).
Il-materjali speċifiċi li ġejjin huma magħrufa li jikkawżaw interferenzi bl-applikazzjoni tal-metodu polarimetriku:
|
(a) |
prodotti tal-pitravi (taz-zokkor) bħal polpa tal-pitravi (taz-zokkor), melassa tal-pitravi (taz-zokkor), polpa melassata tal-pitravi (taz-zokkor), vinassa tal-pitravi (taz-zokkor), zokkor (tal-pitravi); |
|
(b) |
polpa taċ-ċitru; |
|
(c) |
żerriegħa tal-kittien; espellent taż-żerriegħa tal-kittien; żerriegħa tal-kittien estratta; |
|
(d) |
żerriegħa tal-lift; espellent taż-żerriegħa tal-lift; żerriegħa tal-lift estratta; fosdoq taż-żerriegħa tal-lift; |
|
(e) |
żerriegħa tal-ġirasol; żerriegħa tal-ġirasol estratti; żerriegħa tal-ġirasol estratta parzjalment imqaxxra; |
|
(f) |
espellent tal-kopra; kopra estratta; |
|
(g) |
polpa tal-patata; |
|
(h) |
ħmira deidrata; |
|
(i) |
prodotti rikki fl-inulina (eż. laqx u grixa tal-artiċokks); |
|
(j) |
qrieqeċ; |
|
(k) |
prodotti tal-fażola tas-sojja.” |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6343/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)