European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6268

19.12.2025

P10_TA(2025)0121

Emendi tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament li jikkonċernaw id-dikjarazzjoni tal-input (Artikolu 8 tal-Anness I tar-Regoli ta’ Proċedura)

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2025 dwar l-emendi tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament li jikkonċernaw id-dikjarazzjoni tal-input (Artikolu 8 tal-Anness I tar-Regoli ta’ Proċedura) (2025/2067(REG))

(C/2025/6268)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-ittra tal-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tal-11 ta’ April 2024,

wara li kkunsidra l-Artikoli 242 u 243 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A10-0086/2025),

1.

Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.

Ifakkar li din l-emenda tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tas-sessjoni parzjali li jmiss;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta’ informazzjoni.

Emenda 1

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament

Anness I – Artikolu 8

Test attwali

Emenda

Artikolu 8

Artikolu 8

Dikjarazzjoni tal-input

Dikjarazzjoni tal-input

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit li jiġu ppubblikati laqgħat skont l-Artikolu 7, ir-rapporteurs għandhom jelenkaw l-entitajiet jew il-persuni li mingħandhom irċevew input dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mas-suġġett tal-fajl f’anness mar-rapport jew l-opinjoni tagħhom. L-Artikolu 7(4) għandu japplika mutatis mutandis.

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit li jiġu ppubblikati laqgħat skont l-Artikolu 7, ir-rapporteurs għandhom jelenkaw , f’anness għar-rapport jew għall-opinjoni tagħhom, ir-rappreżentanti ta’ interess li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar reġistru obbligatorju tat-trasparenza, u r-rappreżentanti ta’ awtoritajiet pubbliċi ta’ pajjiżi terzi, inklużi l-missjonijiet diplomatiċi u l-ambaxxati tagħhom, li mingħandhom irċevew input dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mas-suġġett tal-fajl li r-rapporteurs inkludew fir-rapport jew fl-opinjoni tagħhom. L-Artikolu 7(4) għandu japplika mutatis mutandis.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6268/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)