|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6241 |
19.11.2025 |
Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)
(C/2025/6241)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)
“Cirò”
Numru tal-UE: PDO-IT-A0610-AM02 — 28.8.2025
1. Isem il-prodott
Cirò
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☐ |
IĠP |
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IĠ |
3. Settur
|
☐ |
Prodotti agrikoli |
|
☑ |
Inbejjed |
|
☐ |
Xarbiet spiritużi |
4. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
L-Italja
5. Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard
Isem
Ministero dell'agricoltura, della sovranità alimentare e delle foreste - Dipartimento della sovranità alimentare e dell'ippica - Direzione generale per la promozione della qualità agroalimentare - PQA I (il-Ministeru tal-Agrikoltura, tas-Sovranità tal-Ikel u tal-Foresti — id-Direttorat Ġenerali għall-Promozzjoni tal-Kwalità Agroalimentari — PQA I)
6. Kwalifika bħala emenda standard
L-approvazzjoni u l-komunikazzjoni ta’ din l-emenda standard jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ emenda standard skont ir-Regolament (UE) 2024/1143 u d-dispożizzjonijiet adottati skontu.
Spjegazzjoni tar-raġuni għalfejn l-emenda taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ emenda standard imsemmija fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) Nru 2024/1143:
|
— |
ma tinkludix tibdil fl-isem jew fl-użu tal-isem, jew fil-kategorija ta’ prodott jew prodotti deżinjati mill-indikazzjoni ġeografika; |
|
— |
ma tirriskjax li xxejjen ir-rabta maż-żona ġeografika msemmija fid-dokument uniku; |
|
— |
ma tinvolvix aktar restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott. |
7. Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i
Titolu
Tneħħija tal-inbejjed tat-tip “Classico”
Deskrizzjoni
L-inbejjed tat-tip Classico, kif ukoll ir-referenzi kollha, tneħħew bħala riżultat tar-rikonoxximent tad-DOP Cirò Classico. Bl-emenda tneħħa wkoll it-terminu “Classico” mit-taqsima “termini tradizzjonali”.
L-emenda tikkonċerna l-Artikoli 1, 3, 5, 6, 7, 8 u 9 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u t-taqsimiet 6 “Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed” u 7.1 “Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed u r-restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tagħhom”
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Tneħħija tar-referenza għall-Korp ta’ kontroll
Deskrizzjoni
L-Artikolu fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott li jipprevedi referenzi għall-korp ta’ kontroll ġie emendat, u ssostitwixxa din l-informazzjoni b’referenza għall-pubblikazzjoni fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 10 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
DOKUMENT UNIKU
Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbid
Cirò
Numru tal-UE: PDO-IT-A0610-AM02 — 28.8.2025
1. Isem/Ismijiet għar-reġistrazzjoni
Cirò
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IĠP |
|
☐ |
IĠ |
3. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita
L-Italja
4. Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143
2204 – Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009
5. Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli kif elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
|
(1) |
Inbid |
6. Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed
Prodott tad-dwieli
Cirò aħmar
Karatteristiċi organolettiċi
Apparenza viżiva
Apparenza viżiva: aħmar lewn ir-rubin b’intensità li tvarja, bi ħjiel ta’ vjola, b’tendenza li jagħti fil-granata fit-tipi riserva
Aroma
Riħa: pjaċevoli, delikata, intensa
Togħma
Togħma: xotta, robusta, sħuna, armonjuża, bellusija mat-tqaddim
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
“html:technicalFile.applicationDescriptio”
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
“maxAlcoholStrength” |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
“minAlcoholStrength” |
|
Aċidità totali minima: |
4,5 |
|
Unità ta’ aċidità totali minima |
fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
“maxAcidity” |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
“maxSO2” |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,50 % tal-volum; 13,50 % tal-vol għat tip Superiore
Estratt minimu mingħajr zokkor 20,0 g/l.
Zokkor riduċenti residwu ta’ mhux aktar minn 4,0 g/l.
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
Prodott tad-dwieli
Cirò rożè
Karatteristiċi organolettiċi
Apparenza viżiva
Apparenza viżiva: roża ta’ intensità li tvarja
Aroma
Riħa: delikata u ta’ nbid
Togħma
Togħma: xotta għal semixotta, friska, armonjuża u pjaċevoli
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
“html:technicalFile.applicationDescriptio”
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
“maxAlcoholStrength” |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
“minAlcoholStrength” |
|
Aċidità totali minima: |
4,5 |
|
Unità ta’ aċidità totali minima |
fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
“maxAcidity” |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
“maxSO2” |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,50 % tal-volum;
Estratt minimu mingħajr zokkor 17,0 g/l.
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
Prodott tad-dwieli
Cirò abjad
Karatteristiċi organolettiċi
Apparenza viżiva
Apparenza viżiva: isfar lewn it-tiben b’intensità li tvarja, kultant bi sfumaturi li jagħtu fl-aħdar.
Aroma
Riħa: armonjuża, pjaċevoli
Togħma
Togħma: minn xotta għal semixotta, armonjuża, delikata, distinta
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
“html:technicalFile.applicationDescriptio”
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
“maxAlcoholStrength” |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
“minAlcoholStrength” |
|
Aċidità totali minima: |
4,5 |
|
Unità ta’ aċidità totali minima |
fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
“maxAcidity” |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
“maxSO2” |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,00 % tal-volum;
Estratt minimu mingħajr zokkor 16,0 g/l.
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
7. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
7.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed u r-restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tagħhom
Prattika tal-produzzjoni tal-inbid
DOC Cirò
Tip ta’ prattika enoloġika
Prattiki enoloġiċi speċifiċi
Deskrizzjoni
L-operazzjonijiet ta’ vinifikazzjoni u ta’ konservazzjoni għall-inbejjed ħomor, rożè u bojod Cirò jridu jitwettqu fiż-żoni tal-produzzjoni definiti fl-Artikolu 3. Madankollu, fid-dawl tas-sitwazzjonijiet tradizzjonali tal-produzzjoni, huwa permess li tali operazzjonijiet jitwettqu wkoll fil-muniċipalitajiet li t-territorju muniċipali tagħhom jaqa’ biss parzjalment fiż-żoni ta’ produzzjoni definiti fl-Artikolu 3 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
7.2. Rendimenti massimi
L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha
Cirò abjad
Rendiment massimu:
|
Rendiment massimu: |
87,5 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
ettolitru għal kull ettaru |
L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha
Cirò abjad
Rendiment massimu:
|
Rendiment massimu: |
12 500 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha
Cirò aħmar u rożè
Rendiment massimu:
|
Rendiment massimu: |
80,5 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
ettolitru għal kull ettaru |
L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha
Cirò aħmar u rożè
Rendiment massimu:
|
Rendiment massimu: |
11 500 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
8. Indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li minnhom jiġi prodott l-inbid jew jiġu prodotti l-inbejjed
L-Italja - Gaglioppo N.
L-Italja - Greco bianco B. - Greco
9. Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika definita
L-għeneb maħsub għall-produzzjoni tal-inbejjed Cirò aħmar, inklużi t-tipi “Superiore” u “Superiore Riserva”, u tal-inbejjed rożè u bojod, irid jiġi prodott fiż-żona tal-produzzjoni, li tinkludi t-territorji kollha tal-muniċipalitajiet ta’ Cirò u Cirò Marina u parzjalment it-territorji tal-muniċipalitajiet ta’ Melissa u Crucoli.
10. Rabta maż-żona ġeografika
Kategorija ta’ prodotti tad-dwieli
|
(1) |
Inbid |
Sommarju tar-rabta
Iż-żona ġeografika ddefinita tinkludi t-territorji kollha tal-muniċipalitajiet ta’ Cirò u Cirò Marina u parzjalment it-territorji tal-muniċipalitajiet ta’ Melissa u Crucoli. Iż-żona hija kompletament koperta mis-sediment Plijoċeniku li jinsab fuq il-bażi kristallina Paleożojka. Ir-ramel jew il-konglomerati jiddominaw l-għoljiet, li jiffurmaw parti kbira miż-żona. L-inbid attwali Cirò ġej minn inbid li kien jissejjaħ “Krimisa” fi żminijiet antiki. L-isem probabbilment ġej minn dak ta’ kolonja Griega, Cremissa, li tinsab fis-sit attwali ta’ Cirò Marina. Krimisa kien l-inbid offrut bħala rigal lill-atleti ta’ suċċess tal-Logħob Olimpiku.
11. Rekwiżiti oħra applikabbli
“html:description”
Mhux applikabbli
Referenza elettronika (url) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.masaf.gov.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/23393
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6241/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)