|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6206 |
13.11.2025 |
SENTENZA TAL-QORTI
tat-2 ta’ April 2025
fil-Kawża E-20/24
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda
(Nuqqas minn Stat tal-EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu — Nuqqas ta’ implimentazzjoni — Regolament (UE) 2022/750 — Parametri referenzjarji użati f’kuntratti tad-derivattivi OTC)
(C/2025/6206)
Fil-Kawża E-20/24, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda — APPLIKAZZJONI li titlob dikjarazzjoni li l-Iżlanda naqset milli tieħu l-miżuri meħtieġa biex tagħmel l-Att imsemmi fil-punt 31bcp tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/750 tat-8 ta’ Frar 2022 li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2205 fir-rigward tat-tranżazzjoni għal parametri referenzjarji ġodda msemmija f’ċerti kutratti tad-derivattivi OTC), kif adattat mill-Protokoll 1 tal-Ftehim ŻEE, parti mill-ordinament ġuridiku intern tagħha, il-Qorti, magħmula minn Páll Hreinsson, President, Bernd Hammermann (Imħallef Relatur) u Michael Reiertsen, Imħallfin, tat is-sentenza tagħha fit-2 ta’ April 2025, li d-dispożittiv tagħha huwa kif ġej:
Il-Qorti b’dan:
|
(1) |
Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim ŻEE, billi naqset milli tagħmel l-Att imsemmi fil-punt 31bcp tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/750 tat-8 ta’ Frar 2022 li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbililti fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2205 fir-rigward tat-tranżizzjoni għal parametri referenzjarji ġodda msemmija f’ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC), kif adattat mill-Protokoll 1 tal-Ftehim ŻEE, parti mill-ordinament ġuridiku intern tagħha. |
|
(2) |
Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż tal-istanza. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6206/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)