European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6172

24.11.2025

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2025 – NTT Data Belgique et vs BEI

(Kawża T-161/24)  (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - – Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Servizzi ta’ konsulenza informatika għal applikazzjonijiet speċifiċi fil-BEI - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Offerta anormalment baxxa - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - – Proporzjonalità)

(C/2025/6172)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: NTT Data Belġju (Brussell, il-Belġju), Sopra Steria PSF Luxembourg SA (Leudelange, il-Lussemburgu), UniSystems Luxembourg Sàrl (Bertrange, il-Lussemburgu), Netcompany – Intrasoft (Ixelles, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Troncoso Ferrer, L. Lence de Frutos u N. Korogiannakis, avukati)

Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: T. Gilliams, K. Carr, C. Solazzo u P. Alegria Torrellas, aġenti, assistiti minn H. Plancke u D. Degrande, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) tal-4 ta’ Marzu 2024, li permezz tagħha dan ċaħad l-offerta li l-konsorzju fformat minnhom, OMNIA, kien ippreżenta fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku relatat mas-sejħa għal offerti bir-referenza CFT-1699 u intitolata “Servizzi ta’ konsulenza informatika għal applikazzjonijiet speċifiċi fil-BEI (TAILOR)”, minħabba li din kienet anormalment baxxa.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

NTT Data Belgique, Sopra Steria PSF Luxembourg SA, UniSystems Luxembourg Sàrl u Netcompany – Intrasoft huma kkundannati għall-ispejjeż, inkluż dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)   ĠU C, C/2024/3339, 3.6.2024.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6172/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)