|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6148 |
24.11.2025 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2025 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bucureşti – ir-Rumanija) – SC Sadalbari SRL vs Autoritatea de Supraveghere Financiară, Sectorul Instrumentelor şi Investiţiilor Financiare
(Kawża C-163/25 (1) , Sadalbari)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Risposta li tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza - Swieq ta’ strumenti finanzjarji - Direttiva 2004/39/KE - Punt 14 tal-Artikolu 4(1) - Kunċett ta’ “suq regolat” - Approvazzjoni - Rekwiżiti operattivi - Suq amministrat, wara fużjoni, minn persuna ġuridika li tamministra wkoll suq regolat - Artikolu 94(c) tar-Regoli tal-Proċedura - Inammissibbiltà manifesta)
(C/2025/6148)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Bucureşti
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: SC Sadalbari SRL
Parti oħra fil-proċedura: Autoritatea de Supraveghere Financiară, Sectorul Instrumentelor şi Investiţiilor Financiare
Dispożittiv
Il-punt 14 tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE,
għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
suq ta’ strumenti finanzjarji li ma ġiex awtorizzat bħala “suq regolat”, fis-sens ta’ din id-direttiva, jew li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet l-oħra previsti mid-dispożizzjonijiet tat-Titolu III tal-imsemmija direttiva ma jikkostitwixxix “suq regolat”, fis-sens tal-istess direttiva.
(1) Data tal-preżentata: 27.2.2025
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6148/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)