|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6068 |
6.11.2025 |
L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA
Komunikazzjoni mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ppubblikata skont l-Artikolu 27(4) tal-Kapitolu II tal-Protokoll 4 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja
(Każ Nru 84445 — Elkjøp)
(C/2025/6068)
1 INTRODUZZJONI
|
1. |
Skont l-Artikolu 9 tal-Kapitolu II tal-Protokoll 4 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (“SCA”), l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (“ESA”) – f’każ li jkun beħsiebha tadotta deċiżjoni li tobbliga li ksur jinġieb fi tmiemu u l-partijiet ikkonċernati joffru li jidħlu għal impenji li jkunu jissodisfaw it-tħassib indikat lilhom mill-ESA fil-valutazzjoni preliminari tagħha – tista’ tiddeċiedi li dawk l-impenji tagħmilhom vinkolanti fuq l-impriżi. Deċiżjoni ta’ dan it-tip tista’ tiġi adottata għal perjodu speċifiku u għandha tikkonkludi li ma għadx hemm raġunijiet għal azzjoni mill-ESA. Deċiżjoni ta’ dan it-tip ma tasalx għal konklużjoni dwar jekk kienx hemm jew għadx hemm ksur. |
|
2. |
Skont l-Artikolu 27(4) tal-Kapitolu II tal-Protokoll 4 tal-SCA, l-ESA għandha tippubblika sommarju konċiż tal-każ u l-kontenut prinċipali tal-impenji. Il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw il-kummenti tagħhom sal-limitu taż-żmien stabbilit mill-ESA. |
2 SOMMARJU TAL-KAŻ
|
3. |
Fit-23 ta’ Mejju 2023, l-ESA bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 2(1) tal-Kapitolu III tal-Protokoll 4 tal-SCA kontra Dixons Stores Group Retail Norway AS, Elkjøp Nordic AS u Elkjøp Norge AS (b’mod konġunt “Elkjøp”). |
|
4. |
Fis-27 ta’ Ġunju 2025, l-ESA adottat valutazzjoni preliminari skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tal-Kapitolu II tal-Protokoll 4 tal-SCA dwar allegat ksur tal-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”) minn Elkjøp fin-Norveġja. |
|
5. |
Skont il-valutazzjoni preliminari, l-ESA għandha indikazzjonijiet li Elkjøp seta’ kellha pożizzjoni dominanti f’suq wieħed jew aktar għall-bejgħ bl-imnut ta’ prodotti elettroniċi fin-Norveġja. |
|
6. |
L-ESA hija mħassba li Elkjøp setgħet abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha skont l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE billi ġiegħlet, inċentivat u/jew daħlet f’arranġamenti mal-fornituri tagħha biex tillimita l-provvisti ta’ prodotti elettroniċi lil kompetituri speċifiċi ta’ Elkjøp. Dan l-allegat aġir seta’ potenzjalment kellu l-effett li jirrestrinġi l-kompetizzjoni f’suq wieħed jew aktar għall-bejgħ bl-imnut ta’ prodotti elettroniċi fin-Norveġja, billi jnaqqas il-kompetizzjoni diretta u jillimita l-effettività tal-kompetituri fil-mira tal-aġir allegat ta’ Elkjøp. |
3. IL-KONTENUT PRINĊIPALI TAL-IMPENJI OFFRUTI
|
7. |
Elkjøp ma taqbilx mad-deskrizzjoni tal-aġir tagħha mill-ESA jew mal-analiżi legali fil-valutazzjoni preliminari. Madankollu, Elkjøp offriet impenji skont l-Artikolu 9(1) tal-Kapitolu II tal-Protokoll 4 tal-SCA, biex tissodisfa t-tħassib preliminari tal-ESA dwar il-kompetizzjoni. |
|
8. |
L-elementi prinċipali tal-impenji huma kif ġej:
|
|
9. |
L-impenji se jkunu applikabbli għal perjodu ta’ ħames snin mid-dħul fis-seħħ tagħhom. Dawn jistgħu jiġu estiżi għal perjodu ta’ sa ħames snin addizzjonali, jekk ikun meħtieġ u proporzjonat. |
|
10. |
L-impenji huma ppubblikati bis-sħiħ bl-Ingliż fis-sit tal-ESA fl-indirizz: https://www.eftasurv.int/competition/competition-cases/elkjop |
4. STEDINA GĦALL-KUMMENTI
|
11. |
Wara li jsir l-ittestjar tas-suq, L-ESA beħsiebha tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 9(1) tal-Kapitolu II tal-Protokoll 4 tal-SCA li tagħmel l-impenji miġbura fil-qosor hawn fuq u ppubblikati fis-sit web tal-ESA vinkolanti. |
|
12. |
F’konformità mal-Artikolu 27(4) tal-Kapitolu II tal-Protokoll 4 tal-SCA, l-ESA tistieden lil terzi interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-impenji proposti. Dawn l-osservazzjonijiet iridu jaslu għand l-ESA mhux aktar tard minn xahar wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu. It-terzi interessati huma wkoll mistiedna jippreżentaw verżjoni mhux kunfidenzjali tal-kummenti tagħhom, li fiha kull informazzjoni li jiddikjaraw li hija sigriet kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra għandha titħassar u tiġi ssostitwita kif meħtieġ b'sommarju mhux kunfidenzjali jew bil-kliem “sigrieti kummerċjali” jew “kunfidenzjali”. |
|
13. |
It-tweġibiet u l-kummenti għandhom preferibbilment ikunu motivati u għandhom jippreżentaw il-fatti rilevanti. Jekk tidentifika problema fi kwalunkwe parti tal-Impenji proposti, l-ESA tistiednek ukoll biex tissuġġerixxi soluzzjoni possibbli. |
|
14. |
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-ESA bin-numru ta’ referenza Każ Nru 84445 — Elkjøp jew bil-posta elettronika lil registry@eftasurv.int, jew bil-posta lil:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6068/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)