|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5982 |
17.11.2025 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2025 – Novomatic v EUIPO – Euro Games Technology (100 SUPER HOT)
(Kawża T-669/25)
(C/2025/5982)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Novomatic AG (Gumpoldskirchen, l-Awstrija) (rappreżentant: W. Mosing, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Euro Games Technology Ltd (Sofija, il-Bulgarija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea għat-trade mark figurattiva 100 SUPER HOT – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 421 881 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Lulju 2025 fil-Każ R 2451/2024-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata bil-konsegwenza li l-EUIPO jilqa’ t-talba tar-rikorrenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u b’hekk jirrevoka t-trade mark kontenzjuża għat-territorju tal-Unjoni Ewropea; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lil Euro Games Technology Ltd, jekk din tal-aħħar tintervjeni bil-miktub, għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5982/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)