European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5975

17.11.2025

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2025 Vanlo vs EUIPO – Azur (LPM)

(Kawża T-652/25)

(C/2025/5975)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Vanlo (Nice, Franza) (rappreżentant: B. Collett, Barrister-at-Law)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Azur Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea LPM – Trade mark tal-Unjoni Nru 18 038 948

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: Proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Lulju 2025 fil-Każ R 1407/2024-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, tibgħat il-każ lura quddiem il-EUIPO sabiex jiġi ddeterminat li t-trade mark kontenzjuża kkonċernata ġiet irreġistrata b’mala fide u li għandha titħassar mir-reġistru tat-trade marks tal-EUIPO;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti, jekk ikun il-każ, għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri kif ukoll għal dawk tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u quddiem il-Bord tal-Appell u għall-ispejjeż rispettivi tagħhom.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5975/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)