|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5942 |
17.11.2025 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fit-18 ta’ Awwissu 2025 – TF vs Volkswagen AG
(Kawża C-553/25, Volkswagen)
(C/2025/5942)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesgericht Salzburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: TF
Konvenut: Volkswagen AG
Domandi preliminari
|
1.a. |
L-Artikolu 5(2) u l-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (1), kif ukoll l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta vettura b’magna diżil li taqa’ taħt ir-Regolament Nru 715/2007 tkun mgħammra b’sistemi ta’ riċiklaġġ tal-gassijiet tal-egżost (sistema EGR) u ta’ trattament sussegwenti tal-egżost (sistema SCR), il-kriterju determinanti għall-finijiet tal-klassifikazzjoni bħala tagħmir ta’ riduzzjoni fis-sens tal-punt 10 tal-Artikolu 3 tal-istess regolament, huwa li jkun magħruf jekk hemmx riduzzjoni fl-effettività tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet ikkunsidrata fl-intier tagħha (billi jittieħdu inkunsiderazzjoni s-sistemi differenti kollha ta’ riċiklaġġ tal-gassijiet tal-egżost u ta’ trattament sussegwenti tal-egżost), jew li jkun magħruf jekk hemmx riduzzjoni fl-effettività ta’ ċerti elementi tad-disinn (pereżempju “firxa ta’ temperaturi”, konvertitur katalitiku SCR), kull wieħed meqjus bħala sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet distint? |
|
1.b. |
Il-punt 10 tal-Artikolu 3 u l-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament Nru 715/2007 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-uniku element determinanti għall-finijiet tal-klassifikazzjoni bħala tagħmir ta’ riduzzjoni illegali huwa t-tnaqqis fl-effettività tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet f’kundizzjonijiet ta’ sewqan normali, kemm jekk ikun element ta’ disinn ikkunsidrat b’mod iżolat kif ukoll is-sistema fl-intier tagħha (ara d-domanda 1.a), jew huwa neċessarju barra minn hekk li jinqabeż (mill-inqas) wieħed mill-valuri limitu ta’ emissjonijiet previsti fl-Anness I ta’ dan ir-regolament? |
|
2. |
Fil-każ li, għall-finijiet tad-domandi taħt il-punt 1, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni s-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet fl-intier tagħha: |
|
2.a. |
Fir-rigward tal-oneru tal-allegazzjoni, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(2) flimkien mal-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007 għandhom jiġu interpretati fis-sens li x-xerrej ta’ vettura b’magna diżil ikun issodisfa l-oneru tal-allegazzjoni fir-rigward tal-eżistenza ta’ tagħmir ta’ riduzzjoni illegali meta jinvoka l-fatt li l-vettura jkollha element ta’ disinn (pereżempju “firxa ta’ temperaturi”) li jnaqqas l-effettività tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet f’kundizzjonijiet ta’ sewqan normali, u li huwa għalhekk il-manifattur tal-vettura li jkollu l-oneru jallega li, ikkunsidrata fl-intier tagħha, is-sistema finalment b’ebda mod ma tnaqqas l-effettività tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet, jew ix-xerrej għandu wkoll jinvoka l-assenza ta’ elementi ta’ disinn li jikkumpensaw l-effett negattiv? |
|
2.b. |
L-Artikolu 5(2) flimkien mal-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007 għandhom, fir-rigward tal-oneru tal-prova, jiġu interpretati fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali li tinkombi fuq ix-xerrej rikorrent l-oneru tal-prova tal-eżistenza ta’ tagħmir ta’ riduzzjoni u, għaldaqstant, mhux biss tal-installazzjoni fil-vettura ta’ element ta’ disinn li jnaqqas l-effettività tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet f’kundizzjonijiet normali ta’ sewqan, iżda wkoll l-assenza ta’ installazzjoni ta’ elementi oħra ta’ disinn li jikkumpensaw dan l-effett negattiv, iżda l-manifattur awtomobilistiku konvenut ikun obbligat jikkoopera sabiex jiġu stabbiliti l-fatti, fejn il-konsegwenza ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni hija sempliċement il-fatt li l-qorti tinkludi din iċ-ċirkustanza fl-evalwazzjoni libera tagħha tal-provi, tmur kontra d-dritt tal-Unjoni, b’tali mod li, fid-determinazzjoni tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet fl-intier tagħha, id-dritt tal-Unjoni jimponi li l-oneru tal-prova f’dan ir-rigward jiġi attribwit lill-manifattur awtomobilistiku konvenut? |
|
2.c. |
L-Artikolu 5(2) flimkien mal-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġu interpretat fis-sens li l-oneru tal-allegazzjoni u tal-prova dwar il-medda ta’ temperaturi konkreti li fihom tagħmir ta’ riduzzjoni, fil-forma ta’ firxa ta’ temperaturi, preżenti fil-magna tal-vettura, ma jkunx attiv, jinkombi fuq il-manifattur tal-vettura? |
|
3.a. |
Il-punt 10 tal-Artikolu 3, l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament Nru 715/2007, flimkien mal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 692/2008, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-komponenti ta’ vettura b’magna diżil li jistgħu jaffettwaw l-emissjonijiet għandhom jiġu ddisinjati, manifatturati u assemblati b’mod li l-osservanza tal-valuri limitu ta’ emissjonijiet previsti fl-Anness I tar-Regolament Nru 715/2007 tiġi żgurata mhux biss waqt testijiet stabbiliti fil-kuntest tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip (f’dan il-każ: iċ-Ċiklu Ġdid tas-Sewqan Ewropew), iżda wkoll fil-kundizzjonijiet ta’ sewqan reali f’ċirkustanzi normali ta’ użu tal-vettura (sewqan reali)? |
|
3.b. |
Jekk ir-risposta għad-domanda 3(a) tkun fl-affermattiv: L-Artikolu 5(2) flimkien mal-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex ix-xerrej rikorrent iżda l-manifattur awtomobilistiku konvenut, li jkollu l-oneru tal-prova tal-osservanza tal-valuri limitu ta’ emissjonijiet f’sewqan reali? |
(2) ĠU 2008, L 199, p. 1, rettifika fil-ĠU 2010, L 336, p. 68.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5942/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)