|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5881 |
11.11.2025 |
AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI ĠENERALI
EPSO/AD/426/25 — Amministraturi (AD 7) fil-qasam tal-ġestjoni tad-data u tal-għarfien tad-data
(C/2025/5881)
Data ta’ skadenza għall-applikazzjoni: is-16 ta’ Diċembru 2025 f’12.00 (nofsinhar), ħin tal-Lussemburgu
WERREJ
|
1. |
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI | 2 |
|
2. |
XI DMIRIJIET GĦANDI NISTENNA LI NWETTAQ? | 2 |
|
3. |
JIEN ELIĠIBBLI? | 2 |
|
3.1. |
Kundizzjonijiet ġenerali | 2 |
|
3.2. |
Kundizzjonijiet speċifiċi — lingwi | 2 |
|
3.3. |
Kundizzjonijiet speċifiċi — edukazzjoni u esperjenza | 2 |
|
4. |
KIF TIĠI ORGANIZZATA L-KOMPETIZZJONI? | 3 |
|
4.1. |
Ħarsa ġenerali lejn il-fażijiet tal-kompetizzjoni | 3 |
|
4.2. |
Lingwi użati f’din il-kompetizzjoni | 3 |
|
4.3. |
Fażijiet tal-kompetizzjoni | 4 |
|
4.3.1. |
Applikazzjoni | 4 |
|
4.3.2. |
Ittestjar | 4 |
|
4.3.3. |
Punteġġ tat-test u verifika tal-eliġibbiltà | 5 |
|
4.3.4. |
Ħolqien tal-lista ta’ riżerva | 6 |
|
5. |
OPPORTUNITAJIET INDAQS U ARRANĠAMENTI RAĠONEVOLI | 7 |
|
6. |
INFORMAZZJONI DWAR IL-POST TAL-IMPJIEG MAR-REKLUTAĠĠ FIL-LUSSEMBURGU U DWAR IT-TRASFERIMENTI | 7 |
| ANNESS I REGOLI ĠENERALI | 8 |
| ANNESS II DMIRIJIET TIPIĊI | 15 |
| ANNESS III EŻEMPJI TA’ KWALIFIKI MINIMI | 19 |
1. DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
|
(a) |
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO, European Personnel Selection Office) qiegħed jorganizza kompetizzjoni miftuħa, ibbażata fuq kwalifiki u testijiet, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva li minnha l-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u l-Qorti tal-Awdituri jistgħu jirreklutaw membri ġodda tas-servizz ċivili bħala “amministraturi” (bil-grad AD 7). |
|
(b) |
Dan l-avviż ta’ kompetizzjoni u l-annessi tiegħu inkluż Anness I “Regoli Ġenerali”, jifformaw il-qafas legalment vinkolanti għal din il-kompetizzjoni. |
|
(c) |
L-EPSO jagħmel ħiltu biex juża lingwaġġ inklużiv u li juża ġens newtrali. Kull referenza għal persuna ta’ ġeneru speċifiku trid titqies li tikkostitwixxi wkoll referenza għal persuna ta’ kull ġeneru ieħor. |
|
(d) |
Għadd mixtieq ta’ kandidati magħżula: 238. |
2. XI DMIRIJIET GĦANDI NISTENNA LI NWETTAQ?
Id-dmirijiet tipiċi li l-kandidati li jirnexxu mistennija jwettqu huma deskritti f’Anness II.
3. JIEN ELIĠIBBLI?
Il-kandidati jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi ta’ eliġibbiltà kollha (ara t-Taqsimiet 3.1 sa 3.3) fid-data li jagħlqu l-applikazzjonijiet.
3.1. Kundizzjonijiet ġenerali
Il-kandidati jridu:
|
1. |
jkunu ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-UE u jgawdu d-drittijiet bħala ċittadin; |
|
2. |
ikunu ssodisfaw kull obbligu impost fuqhom mil-liġijiet li jikkonċernaw is-servizz militari; u |
|
3. |
jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-karattru għat-twettiq tad-dmirijiet involuti. |
3.2. Kundizzjonijiet speċifiċi — lingwi
Kandidat jeħtieġlu jkollu għarfien ta’ mill-inqas żewġ lingwi uffiċjali tal-UE kif previst fit-Taqsima 4.2.
3.3. Kundizzjonijiet speċifiċi — edukazzjoni u esperjenza
|
(a) |
Jekk jogħġbok ara l-Anness III għal eżempji ta’ kwalifiki minimi. |
|
(b) |
Sabiex ikun eliġibbli, il-kandidat iridu jissodisfa r-rekwiżiti elenkati f’wieħed mill-punti li ġejjin:
|
|
(c) |
Id-diploma msemmija fil-punti 3.3(b)(i) u (ii) titqies jekk tkun inkisbet f’wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin:
|
|
(d) |
L-esperjenza professjonali msemmija fil-punti 3.3(b)(i), (ii) u (iii) titqies reilevanti jekk tikkorrispondi għal waħda jew aktar mill-kategoriji ta’ dmirijiet deskritti fl-Anness II. |
4. KIF TIĠI ORGANIZZATA L-KOMPETIZZJONI?
4.1. Ħarsa ġenerali lejn il-fażijiet tal-kompetizzjoni
Din il-kompetizzjoni tiġi organizzata fil-fażijiet li ġejjin:
|
— |
l-applikazzjoni (ara t-Taqsima 4.3.1), |
|
— |
l-ittestjar: testijiet ta’ raġunament, test ta’ mistoqsijiet b’għażliet multipli relatat mal-qasam tal-kompetizzjoni (“test MCQ relatat mal-qasam”), u komponiment dwar kwistjonijiet tal-UE (“EUFTE”) (ara t-Taqsima 4.3.2), |
|
— |
il-punteġġ tat-test u l-verifika tal-eliġibbiltà (ara t-Taqsima 4.3.3), |
|
— |
il-ħolqien tal-lista ta’ riżerva (ara t-Taqsima 4.3.4). |
4.2. Lingwi użati f’din il-kompetizzjoni
|
(a) |
Ir-Regolamenti tal-Persunal (2) jistipulaw li uffiċjal jista’ jkun appuntat biss bil-kundizzjoni li jipproduċi evidenza ta’ għarfien komplut ta’ waħda mil-lingwi tal-UE u għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa oħra tal-UE sal-punt meħtieġ sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu. |
|
(b) |
Għaldaqstant, f’din il-kompetizzjoni, kandidat irid ikollu għarfien komplut (livell minimu C1) ta’ waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE u għarfien sodisfaċenti (livell minimu B2) ta’ lingwa differenti li trid tintgħażel minn fost it-23 lingwa uffiċjali li jifdal tal-UE. Il-livelli minimi indikati hawn japplikaw għal kull kapaċità lingwistika (smigħ, qari, interazzjoni mitkellma, produzzjoni mitkellma, u kitba) mitluba fil-formola tal-applikazzjoni. Dawn il-ħiliet jirriflettu dawk tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (3). |
|
(c) |
Għall-prattiċità dawk il-lingwi se jissejħu “lingwa 1” u “lingwa 2”. |
|
(d) |
Il-lingwi se jintużaw f’fażijiet differenti tal-kompetizzjoni kif indikat fit-Tabella 1. Tabella 1
|
|
(e) |
Il-kandidati jridu jindikaw l-għażla tal-lingwi tat-test tagħhom fil-formola ta’ applikazzjoni tagħhom. |
4.3. Fażijiet tal-kompetizzjoni
4.3.1. Applikazzjoni
|
(a) |
Sabiex japplika, kandidat jeħtieġ li jkollu kont ta’ kandidat. |
|
(b) |
Il-kandidati jridu japplikaw online fuq is-sit web tal-EPSO (4) u jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom sas-16 ta’ Diċembru 2025 f’12.00 (nofsinhar), ħin tal-Lussemburgu. |
|
(c) |
Bil-preżentazzjoni tal-formola tal-applikazzjoni tagħhom, il-kandidati jiddikjaraw li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha msemmijin fit-Taqsima 3 “Jien eliġibbli?” Hija r-responsabbiltà tal-kandidati li jiżguraw li jlestu u jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza. Ladarba tkun għaddiet l-iskadenza għall-applikazzjoni, il-kandidati ma jistgħux jagħmlu tibdiliet fl-applikazzjoni tagħhom. |
|
(d) |
Sas-16 ta’ Diċembru 2025 f’12.00 (nofsinhar), ħin tal-Lussemburgu, il-kandidati jridu jtellgħu kopja skennjata tal-karta tal-identità jew tal-passaport validu tagħhom. |
|
(e) |
Sal-20 ta’ Marzu 2026 f’12.00 (nofsinhar), ħin tal-Lussemburgu, il-kandidati jridu jtellgħu l-kopji skennjati tad-dokumenti l-oħrajn kollha li jsostnu d-dikjarazzjonijiet magħmula fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom. |
|
(f) |
Spjegazzjoni dwar kif jistgħu jittellgħu d-dokumenti hija disponibbli fuq il-paġna ddedikata għall-kompetizzjoni fuq is-sit web tal-EPSO. |
4.3.2. Ittestjar
(a)
|
(i) |
Il-kandidati kollha li ssottomettew il-formola tal-applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza indikata fil-punt 4.3.1(b) se jiġu mistiedna jagħmlu sensiela ta’ testijiet definiti hawn taħt. Ta’ min jinnota li l-ordni li fiha jiġu organizzati t-testijiet tista’ tkun differenti mill-ordni li fiha huma elenkati f’dan l-avviż. |
|
(ii) |
It-testijiet isiru u jiġu sorveljati (inviġilati) mill-bogħod. L-EPSO jinforma lill-kandidati dwar il-modalitajiet tal-ittestjar mhux aktar tard mill-istedina għat-testijiet. |
|
(iii) |
Jekk kandidat jonqos milli jagħmel jew ilesti wieħed jew aktar mit-testijiet, kif speċifikat f’dan l-avviż jew fl-istruzzjonijiet ipprovduti lill-kandidati, il-parteċipazzjoni tagħhom fil-kompetizzjoni tintemm (ara t-Taqsima 5 tar-Regoli Ġenerali). |
(b)
|
(i) |
It-testijiet ta’ raġunament huma testijiet ta’ mistoqsijiet b’għażliet multipli li jivvalutaw il-ħiliet ta’ raġunament verbali, numeriku u astratt tal-kandidati. Dawn jiġu organizzati kif indikat fit-Tabella 2. Tabella 2
|
|
(ii) |
Sabiex jgħaddi għall-pass li jkun imiss fil-kompetizzjoni (ara t-Taqsima 4.3.3), il-kandidat irid jikseb mill-inqas:
|
(c)
|
(i) |
It-test MCQ relatat mal-qasam jiġi organizzat kif indikat fit-Tabella 3. Tabella 3
|
|
(ii) |
Sabiex jgħaddi għall-pass li jkun imiss fil-kompetizzjoni (ara t-Taqsima 4.3.3), il-kandidat irid:
|
(d)
|
(i) |
L-EUFTE għandu l-għan li jivvaluta l-ħiliet ta’ komunikazzjoni bil-miktub ta’ kandidat. Se jiġi organizzat kif indikat fit-Tabella 4. Tabella 4
|
|
(ii) |
Il-kandidati se jkunu meħtieġa jwieġbu għall-assenjament(i) tat-test abbażi tad-dokumentazzjoni relatata ma’ kwistjonijiet tal-UE. Id-dokumentazzjoni se tkun disponibbli fuq is-sit web tal-EPSO qabel id-data tat-test. Waqt it-test, il-kandidati se jirċievu l-istess dokumentazzjoni, flimkien mal-assenjament(i) ibbażat(i) fuqha. |
|
(iii) |
Il-EUFTE la huwa test tal-lingwa u lanqas test tal-għarfien fattwali. Il-valutazzjoni se tkun ibbażata fuq l-ankri speċifiċi ppubblikati fis-sit web tal-EPSO (5). |
4.3.3. Punteġġ tat-test u verifika tal-eliġibbiltà
(a)
|
(i) |
Il-punteġġi se jintużaw kif indikat fit-Tabella 5. Tabella 5
|
|
(ii) |
Il-kandidati li jonqsu milli jagħmlu jew ilestu t-testijiet kollha (ara t-Taqsima 4.3.2 hawn fuq u t-Taqsima 5 tar-Regoli ġenerali) mhu se jkollhom l-ebda waħda mit-tweġibiet tat-test u/jew il-kitbiet tagħhom ipproċessata u mhux se jkollhom l-eliġibbiltà tagħhom ivverifikata. |
|
(iii) |
Jekk kandidat jonqos milli jikseb il-punteġġ(i) minimu/i meħtieġ(a) f’wieħed mit-testijiet, il-parteċipazzjoni tiegħu fil-kompetizzjoni tintemm. It-tweġibiet tat-testijiet u/jew il-kitbiet ta’ dawn il-kandidati ma jkomplux jiġu pproċessati u l-eliġibbiltà tagħhom ma tiġix ivverifikata. |
|
(iv) |
Ir-riżultati tat-testijiet jiġu nnotifikati biss lill-kandidati fi tmiem il-kompetizzjoni (ara l-punt 4.3.4(d)), irrispettivament mill-pass fil-kompetizzjoni li l-kandidat ikun laħaq. |
(b)
|
(i) |
L-ewwel punteġġ jingħata lit-test tar-raġunament. Dan isir biss għall-kandidati li jkunu spiċċaw it-testijiet kollha meħtieġa (ara t-Taqsima 4.3.2). |
|
(ii) |
Il-kandidati li jiksbu l-punteġġi minimi meħtieġa fit-testijiet tar-raġunament imbagħad jingħataw punteġġ għat-test MCQ relatat mal-qasam. |
|
(iii) |
Il-kandidati li kisbu mill-inqas il-punteġġ minimu meħtieġ fit-test tal-MCQ relatat mal-qasam jiġu kklassifikati fl-ordni dixxendenti tal-punteġġi tagħhom. Din il-klassifikazzjoni tintuża biex jiġu ddeterminati l-kandidati li jingħataw marka għall-essay EUFTE u li l-eliġibbiltà tagħhom tiġi vverifikata (ara l-punt 4.3.3(c) hawn taħt). |
(c)
|
(i) |
Il-punteġġ tal-essays EUFTE u l-kontroll tal-eliġibbiltà (din tal-aħħar titwettaq skont il-punt (ii) hawn taħt) se jinħadem b’mod parallel għal għadd limitat ta’ kandidati meħuda skont l-ordni dekrexxenti tal-klassifikazzjoni msemmija fil-punt 4.3.3(b)(iii). Fil-prinċipju, dan in-numru mhuwiex se jaqbeż darba u nofs l-għadd previst ta’ kandidati li jirnexxu. Madankollu, dan jista’ jiżdied mill-Bord tas-Selezzjoni fid-dawl tal-għadd ta’ kandidati b’punteġġi ugwali. |
|
(ii) |
Il-kontroll tal-eliġibbiltà jinvolvi l-verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà stabbiliti fit-Taqsima 3 (“Jien eliġibbli?”). Il-Bord tas-Selezzjoni jieħu d-deċiżjoni dwar l-eliġibbiltà ta’ kandidat billi jqabbel (a) id-dikjarazzjonijiet magħmula fil-formola tal-applikazzjoni u (b) id-dokumenti pprovduti kif xieraq mill-kandidati biex jappoġġaw dawn id-dikjarazzjonijiet, f’konformità mat-Taqsima 2.4, il-punti (1), (2) u (3) tar-Regoli Ġenerali. |
|
(iii) |
Jekk il-kandidati ma jkunux fost dawk bl-ogħla punteġġ kif definit fil-punt (i) hawn fuq, il-parteċipazzjoni tagħhom fil-kompetizzjoni tintemm. Il-komponimenti dwar kwistjonijiet tal-UE ta’ dawn il-kandidati ma jiġux ipproċessati u l-eliġibbiltà tagħhom ma tiġix ivverifikata. |
4.3.4. Ħolqien tal-lista ta’ riżerva
|
(a) |
Wara li jispiċċaw il-proċeduri msemmijin fil-punt 4.3.3(c), il-Bord ta’ Selezzjoni se jinkludi fil-lista ta’ riżerva l-ismijiet tal-kandidati li (i) ikunu kisbu l-punteġġi minimi meħtieġa kif ukoll wieħed mill-ogħla punteġġi fit-test MCQ relatat mal-qasam minn fost il-kandidati msemmijin fil-punt 4.3.3(c)(i); u (ii) instabu li kienu eliġibbli. Dan isir f’ordni dixxendenti tal-klassifikazzjoni msemmija fil-punt 4.3.3(b)(iii) sakemm jintlaħaq l-għadd ta’ kandidati ammessi mfittxija jew sakemm jiġi eżawrit il-grupp ta’ kandidati li jissodisfaw il-kriterji msemmijin f’dan il-punt. |
|
(b) |
Il-kandidati kollha li jġibu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli fil-lista ta’ riżerva se jiżdiedu mal-lista ta’ riżerva. |
|
(c) |
L-ismijiet fil-lista ta’ riżerva jiġu elenkati b’mod alfabetiku. Il-lista ta’ riżerva tkun disponibbli għas-servizzi ta’ reklutaġġ. |
|
(d) |
Il-kandidati se jiġu nnotifikati bir-riżultati tagħhom (riżultati tat-testijiet u riżultati tal-verifika tal-eliġibbiltà) sakemm it-tweġibiet tat-testijiet u/jew tal-kitbiet tagħhom ikunu ma ġewx ipproċessati u/jew l-eliġibbiltà ma ġietx iċċekkjata għar-raġunijiet imsemmija f’dan l-avviż. |
|
(e) |
L-inklużjoni fil-lista ta’ riżerva ma tagħti l-ebda dritt jew garanzija ta’ reklutaġġ. |
5. OPPORTUNITAJIET INDAQS U ARRANĠAMENTI RAĠONEVOLI
|
(a) |
L-EPSO jagħmel ħiltu biex japplika politika ta’ opportunitajiet indaqs għall-kandidati kollha. |
|
(b) |
Il-kandidati li għandhom diżabilità jew kundizzjoni medika li tista’ taffettwa l-kapaċità tagħhom li jagħmlu t-testijiet għandhom jindikaw dan fil-formola ta’ applikazzjoni tagħhom u jimxu mal-proċedura sabiex jitolbu akkomodament raġonevoli kif deskritt fis-sit web tal-EPSO (6). Wara li jeżamina t-talba tal-kandidati kif ukoll id-dokumenti ta’ sostenn rilevanti, l-EPSO jista’ jikkonċedi arranġamenti raġonevoli fejn jitqies neċessarju. |
6. INFORMAZZJONI DWAR IL-POST TAL-IMPJIEG MAR-REKLUTAĠĠ FIL-LUSSEMBURGU U DWAR IT-TRASFERIMENTI
|
(a) |
Il-kandidati magħżula fuq il-lista ta’ riżerva jiġu rreklutati bħala uffiċjali taħt prova f’karigi bbażati fil-Lussemburgu. |
|
(b) |
L-Artikolu 29(1)(a)(i) u (b) tar-Regolamenti tal-Persunal jipprevedi li, fi kwalunkwe ħin fil-karriera tagħhom, l-uffiċjali jistgħu japplikaw għal trasferiment fi ħdan l-istess istituzzjoni jew aġenzija tal-UE jew lejn istituzzjoni jew aġenzija oħra tal-UE. |
|
(c) |
Madankollu, il-kandidati għandhom jinnotaw li, fl-interess tas-servizz:
|
|
(d) |
Ta’ min jinnota wkoll li kull trasferiment bħal dan bejn istituzzjonijiet jew aġenziji tal-UE jkun soġġett għall-qbil tal-istituzzjoni jew l-aġenzija oriġinali tal-uffiċjal u l-istituzzjoni jew l-aġenzija li fiha l-uffiċjal jixtieq jittrasferixxi. |
|
(e) |
Sabiex ikunu jistgħu jaqdu l-kompiti tagħhom bl-aħjar kundizzjonijiet possibbli, l-uffiċjali li jkunu għadhom kif ġew irreklutati għandhom jingħataw l-opportunità li jintegraw bl-aktar mod effettiv possibbli fil-kultura u fl-ambjent tax-xogħol tal-post tal-impjieg u fl-istituzzjoni jew fl-aġenzija tal-UE li tirreklutahom. |
|
(f) |
Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet jew aġenziji ta’ reklutaġġ tal-UE jinvestu riżorsi fl-induzzjoni u t-taħriġ ta’ uffiċjali ġodda u sabiex jgħinuhom jintegraw fil-post tax-xogħol u fil-post tal-impjieg. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi żgurat ċertu grad ta’ kontinwità u prevedibbiltà fil-mili ta’ karigi billi l-uffiċjali rreklutati ġodda jintalbu jlestu perjodu minimu ta’ servizz kemm fl-istituzzjoni jew l-aġenzija tal-UE li tirrekluta kif ukoll fil-post tal-impjieg tagħhom. |
(1) Rikonoxxuti minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru.
(2) Ir-Regolament Nru 31(KEE), 11(KEEA), li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Ħaddiema Oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU 45, 14.6.1962, p. 1385/62). It-test konsolidat (mhux uffiċjali) jinsab hawnhekk: http://data.europa.eu/eli/reg/1962/31(1)/2025-05-13.
(3) https://eu-careers.europa.eu/mt/documents/common-european-framework-reference-languages.
(4) https://eu-careers.europa.eu/mt/open-competition-permanent-staff.
(5) https://eu-careers.europa.eu/mt/help/faq/14952.
(6) https://eu-careers.europa.eu/mt/how-request-specific-adjustments-selection-tests.
ANNESS I
REGOLI ĠENERALI
1. Dispożizzjonijiet bażiċi
|
(1) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli ġenerali japplikaw sakemm l-avviż tal-kompetizzjoni ma jiddikjarax mod ieħor. |
|
(2) |
Il-kandidati jirċievu informazzjoni sensittiva għall-ħin fil-kontijiet tal-kandidat tagħhom. Jenħtieġ li dawn jiċċekkjaw il-kont tal-kandidat tagħhom mill-inqas kull tlett ijiem kalendarji biex isegwu l-progress tagħhom matul il-kompetizzjoni u biex jevitaw li jitilfu xi skadenza. Jekk kandidat ma jistax jiċċekkja l-kont tal-kandidat tiegħu minħabba problema teknika min-naħa tal-EPSO, għandu jinnotifika lill-EPSO immedjatament permezz tal-formola ta’ kuntatt online (1). |
|
(3) |
Jekk bosta kandidati jiksbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli f’kull fażi tal-kompetizzjoni, dawn kollha jgħaddu għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni. Jekk bosta kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli f’lista ta’ riżerva, dawn jiġu inklużi kollha f’dik il-lista ta’ riżerva. |
|
(4) |
Kwalunkwe kandidat ammess mill-ġdid wara talba, ilment jew appell ta’ suċċess jew (a) jerġa’ jidħol fil-kompetizzjoni fil-fażi li minnha jkun ġie eskluż jew (b) jiżdied mal-lista ta’ riżerva, kif applikabbli. |
|
(5) |
Meta l-EPSO jindirizza kandidat permezz tal-kont tal-kandidat jew bl-email, jagħmel dan f’waħda mil-lingwi li l-kandidat ikun iddikjara li għandu għarfien tagħha fil-livell B2 jew ogħla (2) fil-qasam “Qari” tat-taqsima “Lingwi” fil-formola ta’ applikazzjoni (ara wkoll it-Taqsima 2.1 ta’ dawn ir-regoli ġenerali). |
|
(6) |
Il-kandidati jistgħu jikkuntattjaw lill-EPSO permezz tal-formola ta’ kuntatt online disponibbli fuq is-sit web tal-EPSO (3). Qabel ma jikkuntattjaw lill-EPSO, il-kandidati huma mistiedna jikkonsultaw it-taqsima “mistoqsijiet frekwenti” fuq is-sit web tal-EPSO (4). |
|
(7) |
L-EPSO jirriżerva d-dritt li jwaqqaf kull korrispondenza mhux xierqa (jiġifieri ripetittiva, abbużiva u/jew irrilevanti). |
2. Edukazzjoni (5) , esperjenza (6) , dokumenti ta’ sostenn
2.1. It-Taqsima “is-CV tiegħi” tal-kont tal-kandidat
Qabel ma japplikaw għal kompetizzjoni, il-kandidati jridu jimlew it-taqsima “Is-CV tiegħi” tal-kont tal-kandidat tagħhom. Meta japplika għal kompetizzjoni speċifika, kandidat ma għandux għalfejn jerġa’ jdaħħal l-informazzjoni minn “Is-CV tiegħi” fil-formola tal-applikazzjoni. Stampa tad-data mit-taqsima “Is-CV tiegħi” se tiġi mehmuża awtomatikament mal-formola tal-applikazzjoni tagħhom fil-mument li l-kandidat jissottometti l-applikazzjoni tiegħu. Hija r-responsabbiltà tal-kandidati li jiżguraw li “Is-CV tiegħi” tkun aġġornata f’dak il-mument.
2.2. Edukazzjoni
|
(1) |
Lawrji, diplomi u/jew ċertifikati, kemm jekk maħruġa f’pajjiżi tal-UE kif ukoll f’pajjiżi mhux tal-UE, iridu jiġu rikonoxxuti minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tal-UE. |
|
(2) |
Id-differenzi bejn is-sistemi edukattivi nazzjonali, b’mod partikolari d-differenzi bejn it-titoli mogħtija lil-lawrji, id-diplomi u ċ-ċertifikati, se jitqiesu meta jiġi vvalutat jekk il-kandidati għandhomx il-kwalifiki meħtieġa mill-avviż tal-kompetizzjoni. |
2.3. Esperjenza professjonali
|
(1) |
Biex tiġi kkunsidrata, l-esperjenza professjonali trid tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali li ġejjin:
|
|
(2) |
L-esperjenza professjonali, kif elenkata hawn taħt, se tiġi kkunsidrata wkoll fid-dawl ta’ regoli speċifiċi, inklużi ċerti eżenzjonijiet mir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu (1) hawn fuq:
|
2.4. Dokumenti ta’ sostenn
|
(1) |
Il-kandidati se jkollhom itellgħu — fil-kont tal-kandidat tagħhom — kopji tad-dokumenti li jsostnu d-dikjarazzjonijiet magħmula fil-formola ta’ applikazzjoni tagħhom (ara wkoll it-Taqsima 2.1 ta’ dawn ir-regoli ġenerali). Huma jkollhom jagħmlu dan sad-data stabbilita fl-avviż tal-kompetizzjoni jew — jekk ma tiġi stabbilita l-ebda data mill-avviż — sad-data indikata mill-EPSO. |
|
(2) |
Jekk ma jingħatax/jingħatawx dokument(i) ta’ sostenn sad-data msemmija hawn fuq, kandidat jista’ jitqies ineliġibbli jew ma jitqisux il-kwalifiki edukattivi jew l-esperjenza speċifiċi tiegħu. |
|
(3) |
Fi kwalunkwe fażi tal-proċedura, il-kandidati jistgħu jintalbu biex jipprovdu informazzjoni jew dokumenti addizzjonali. |
|
(4) |
Fost dokumenti oħra, il-kandidati se jkollhom itellgħu kopja tal-karta tal-identità jew tal-passaport tagħhom li trid tkun valida fid-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet. Meta jintalbu jagħmlu dan, il-kandidati jkollhom jippreżentaw kopja oriġinali tal-karta tal-identità jew tal-passaport tagħhom. |
|
(5) |
Bħala prova tal-kwalifiki edukattivi tagħhom, il-kandidati se jkollhom jipprovdu:
|
|
(6) |
Il-perjodi kollha ta’ attività professjonali jridu jkunu koperti minn kopji oriġinali jew iċċertifikati tad-dokumenti li ġejjin:
|
3. Rwol tal-Bord tas-Selezzjoni
|
(1) |
Il-Bord tas-Selezzjoni tal-kompetizzjoni jiddeċiedi dwar id-diffikultà tat-testijiet tal-kompetizzjoni u japprova l-kontenut tagħhom, jevalwa l-konformità tal-kandidati mal-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ eliġibbiltà, iqabbel il-merti tal-kandidati, u jagħżel l-aħjar kandidati fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-avviż tal-kompetizzjoni. |
|
(2) |
Il-proċedimenti tal-Bord tas-Selezzjoni huma sigrieti. |
|
(3) |
Il-ħidma tal-Bord tas-Selezzjoni hija ffaċilitata mill-EPSO. |
4. Kunflitt ta’ interess
|
(1) |
L-ismijiet tal-membri tal-Bord huma ppubblikati fis-sit web tal-EPSO (7). |
|
(2) |
Il-kandidati, il-membri tal-Bord tas-Selezzjoni, u l-membri tal-persunal tal-EPSO li jiffaċilitaw l-organizzazzjoni ta’ kompetizzjoni speċifika huma meħtieġa jiddikjaraw kwalunkwe kunflitt ta’ interess li jista’ jinqala’, b’mod partikolari, f’każijiet ta’ relazzjoni ta’ familja jew ta’ xogħol dirett. Sitwazzjoni li tista’ tikkostitwixxi kunflitt ta’ interess għandha tiġi ddikjarata lill-EPSO malli l-persuna kkonċernata ssir taf biha. L-EPSO se jevalwa kull każ individwalment u jieħu miżuri xierqa. |
|
(3) |
Biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-Bord tas-Selezzjoni, ħlief f’każijiet espressament awtorizzati, huwa strettament ipprojbit li l-kandidati jew kwalunkwe persuna barra l-Bord tipprova tikkuntattja lil kwalunkwe wieħed mill-membri tiegħu dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kompetizzjoni jew il-proċedimenti tal-Bord. |
|
(4) |
Il-kandidati li jixtiequ jiddikjaraw il-każ tagħhom lill-Bord tas-Selezzjoni jridu jagħmlu dan bil-miktub, billi jissottomettu din il-korrispondenza permezz tal-kont tal-kandidat tagħhom. |
|
(5) |
Ksur ta’ xi waħda mir-regoli msemmija hawn fuq jista’ jirriżulta f’azzjoni dixxiplinarja kontra membru tal-Bord tas-Selezzjoni jew membru tal-persunal tal-EPSO u/jew fi skwalifika ta’ kandidat mill-kompetizzjoni (ara t-Taqsima 6). |
5. Testijiet
|
(1) |
L-EPSO jinforma lill-kandidati dwar il-modalitajiet tal-ittestjar filwaqt li jagħti kwalunkwe dettall u struzzjoni meħtieġa mhux aktar tard minn meta jistieden lill-kandidati għat-testijiet. |
|
(2) |
Jekk, u kemm-il darba jiġu informati, il-kandidati jridu jibbukkjaw appuntament ta’ test skont l-istruzzjonijiet li jkunu rċevew mingħand l-EPSO. Il-perjodi ta’ prenotazzjoni u ttestjar huma limitati. |
|
(3) |
Il-kandidati jridu jlestu l-passi kollha meħtieġa msemmija fl-istruzzjonijiet maħruġa qabel it-testijiet, bħall-installazzjoni tas-software, it-twettiq tas-sinkronizzazzjoni(jiet) meħtieġa, it-twettiq ta’ prova tal-konnettività, it-test tal-prerekwiżiti tekniċi, jew kontroll tas-sistemi u/jew test ta’ simulazzjoni. Il-konformità mal-istruzzjonijiet se tippermetti li tiġi vverifikata l-prontezza tal-ambjent tal-IT tal-kandidat u l-kompatibbiltà tal-apparat tal-kandidat mal-pjattaforma tal-ittestjar jew l-applikazzjoni. In-nuqqas li jitlestew il-passi obbligatorji jista’ jipprevjeni lill-kandidat milli jagħmel it-testijiet u jimpedixxi l-kapaċità tal-fornitur tat-twettiq tat-test milli jindirizza b’mod effettiv kwalunkwe kwistjoni teknika li jista’ jiltaqa’ magħha l-kandidat matul l-ittestjar. |
|
(4) |
F’każijiet fejn il-kandidati jonqsu milli jibbukkjaw, jagħmlu jew ilestu test wieħed jew aktar, jitqies li l-parteċipazzjoni tagħhom fil-kompetizzjoni tkun intemmet, sakemm il-kandidati ma jkunux jistgħu jagħtu prova li n-nuqqas ta’ prenotazzjoni, ta’ attendenza jew ta’ tlestija ta’ test kien dovut għal ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tal-kandidati jew minħabba sitwazzjoni ta’ force majeure. Huma għandhom jikkuntattjaw lill-EPSO malajr kemm jista’ jkun, preferibbilment qabel it-test, u għandhom jipprovdu l-ġustifikazzjoni meħtieġa, inkluż, fejn applikabbli, prova li kkuntattjaw lis-servizzi ta’ appoġġ tekniku. |
|
(5) |
In-nuqqas ta’ konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli f’relazzjoni mal-ittestjar, speċifikati fl-istruzzjonijiet u l-informazzjoni disponibbli għall-kandidati ma jitqiesx bħala ċirkostanza lil hinn mill-kontroll tal-kandidati jew bħala sitwazzjoni ta’ force majeure. |
|
(6) |
Il-kandidati huma mistiedna wkoll jikkonsultaw is-sit web tal-EPSO (8) biex isiru jafu aktar dwar il-proċeduri ta’ selezzjoni tal-EPSO, inkluż dwar ir-rekwiżiti ġenerali applikabbli għall-ittestjar. |
6. Skwalifika mill-kompetizzjoni
|
(1) |
Il-kandidati jistgħu jiġu skwalifikati fi kwalunkwe stadju tal-kompetizzjoni għar-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(2) |
Il-kandidati għar-reklutaġġ mill-istituzzjonijiet tal-UE huma mistennija jaġixxu bl-ogħla integrità possibbli, f’konformità mal-Artikolu 27, l-ewwel paragrafu, u l-Artikolu 28(c) tar-Regolamenti tal-Persunal. F’każ ta’ frodi jew attentat ta’ frodi, l-EPSO jista’ jiddeċiedi li jiddikjara kandidat ineliġibbli għal kompetizzjonijiet futuri għal perjodu ta’ żmien limitat. |
7. Tħassib u rimedji
7.1. Kwistjonijiet tekniċi u organizzattivi
|
(1) |
Jekk fi kwalunkwe fażi tal-proċedura tas-selezzjoni l-kandidati jiltaqgħu ma’ problema teknika jew organizzattiva serja, huma għandhom jinfurmaw lill-EPSO permezz tal-kont tal-kandidat tagħhom. |
|
(2) |
Għal kwistjonijiet bil-kont tal-kandidat jew il-formola tal-applikazzjoni, il-kandidati jridu jikkuntattjaw lill-EPSO immedjatament u f’kull każ qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet. |
|
(3) |
Meta l-problema tinqala’ waqt l-ittestjar, kandidat irid jagħmel dawn iż-żewġ affarijiet:
|
|
(4) |
Ilmenti riċevuti wara l-iskadenza speċifikata f’dan il-punt jiġu meqjusa inammissibbli. |
|
(5) |
Ilmenti dwar kwistjonijiet tekniċi, ippreżentati minn kandidati li naqsu milli jieħdu l-passi msemmija fit-Taqsima 5(3) jitqiesu inammissibbli sakemm il-kandidati ma jkunux jistgħu jagħtu prova li n-nuqqas li jieħdu l-passi meħtieġa kollha kien dovut għal ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tagħhom jew minħabba sitwazzjoni ta’ force majeure. |
|
(6) |
Rikjesti li jsiru fil-kuntest tal-ilmenti msemmija fit-Taqsimiet 7.2.2 u 7.3.1 u bbażati fuq allegati kwistjonijiet tekniċi u/jew organizzattivi li ma kinux ġew irrapportati f’konformità mat-Taqsima 7.1 moqrija flimkien mat-Taqsima 5, se jiġu meqjusa inammissibbli. |
7.2. Proċeduri ta’ rieżami interni
7.2.1.
|
(1) |
Il-kandidati li jqisu li għandhom raġunijiet ġustifikabbli biex jemmnu li żball f’waħda jew aktar mill-mistoqsijiet fit-test ta’ mistoqsija b’għażla multipla (MCQ) affettwa l-kapaċità tagħhom li jwieġbu, jistgħu jitolbu li l-mistoqsija/jiet ikkonċernata/i tiġi/jiġu rieżaminata/i. |
|
(2) |
Il-Bord tas-Selezzjoni jista’ jiddeċiedi li “jinnewtralizza” il-mistoqsija/jiet li jkun fihom l-iżball: jikkanċella l-mistoqsija/jiet ikkonċernata/i u jqassam mill-ġdid il-punti inizjalment allokati għal dik/dawk il-mistoqsija/jiet fost il-mistoqsijiet l-oħra tat-test. Dawk il-kandidati li jkunu rċevew il-mistoqsija/jiet ikkonċernata/i biss jiġu affettwati minn dan il-kalkolu mill-ġdid. L-għoti ta’ punteġġi tat-testijiet jibqa’ kif imsemmi fit-taqsimiet rilevanti tal-avviż tal-kompetizzjoni. |
|
(3) |
Biex jintroduċi lment dwar mistoqsija/jiet tat-test MCQ, kandidat għandu:
|
|
(4) |
Ilmenti sottomessi wara l-iskadenza jew ilmenti li ma jiddeskrivux b’mod ċar il-mistoqsija/jiet kkontestata/i u/jew l-iżball/żbalji allegat/i mhux se jiġu kkunsidrati. B’mod partikolari, ilmenti li sempliċement jindikaw kwistjonijiet allegati ta’ traduzzjoni, mingħajr ma jispeċifikaw il-problema, mhux se jiġu kkunsidrati. |
|
(5) |
It-talbiet li jkunu saru fil-kuntest tal-ilmenti msemmija fit-Taqsima 7.3.1 u bbażati fuq kwistjonijiet allegati fil-mistoqsijiet tat-test MCQ li ma kinux ġew irrapportati skont it-Taqsima 7.2.1, jiġu miċħuda. |
7.2.2.
|
(1) |
Il-kandidati jistgħu jitolbu rieżami ta’ deċiżjoni meħuda mill-Bord tas-Selezzjoni, li tistabbilixxi r-riżultati tagħhom, tiddetermina jekk jistgħux jipproċedu għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni, jew taffettwa l-istatus legali tagħhom bħala kandidati b’mod ieħor. |
|
(2) |
L-għan tal-proċedura ta’ rieżami huwa li tippermetti lill-Bord tas-Selezzjoni jemenda d-deċiżjoni kkontestata f’każijiet fejn ikun hemm raġuni biex jagħmel dan (bħal żball fl-evalwazzjoni). Fil-proċedura ta’ rieżami, il-Bord tas-Selezzjoni se jirrieżamina l-valutazzjoni tiegħu tal-merti tal-kandidat u se jikkonferma l-konklużjonijiet inizjali tiegħu jew jipprovdi valutazzjoni riveduta. |
|
(3) |
Il-Bord tas-Selezzjoni mhu se jwieġeb għall-ebda argument legali, kemm jekk relatat mal-valutazzjoni kkontestata kif ukoll jekk le. Kwalunkwe argument ta’ natura legali u pretensjoni relatata mal-qafas legali tal-kompetizzjoni jistgħu jitressqu fil-forma ta’ lment amministrattiv (ara t-Taqsima 7.3.1). |
|
(4) |
Is-sempliċi fatt li l-kandidati jistgħu ma jaqblux mal-evalwazzjoni mill-Bord tas-Selezzjoni tal-prestazzjoni tagħhom f’test jew tal-kwalifiki edukattivi u/jew l-esperjenza tagħhom, ma jfissirx li l-Bord tas-Selezzjoni wettaq żball ta’ valutazzjoni. Il-Bord tas-Selezzjoni jgawdi marġni wiesa’ ta’ diskrezzjoni biex jagħmel ġudizzji ta’ valur dwar il-prestazzjoni, il-kwalifiki edukattivi u l-esperjenza tal-kandidati. |
|
(5) |
Ma hija possibbli l-ebda talba għal rieżami fir-rigward tar-riżultati tat-test MCQ. |
|
(6) |
Biex jintroduċi talba għal rieżami, kandidat irid:
|
|
(7) |
Il-kandidati jirċievu rikonoxximent awtomatiku li t-talba tagħhom tkun waslet. Il-Bord tas-Selezzjoni se jeżamina t-talba għal rieżami u se jinforma lill-kandidat bid-deċiżjoni tiegħu mill-aktar fis possibbli. |
|
(8) |
It-talbiet għal rieżami li jaslu wara l-iskadenza indikata fil-punt (6)(a) hawn fuq jitqiesu inammissibbli u ma jiġux eżaminati, ħlief fejn il-kandidati jistgħu juru sitwazzjoni ta’ force majeure. |
7.3. Forom oħra ta’ rieżami
7.3.1.
|
(1) |
Il-kandidati jistgħu jressqu lment amministrattiv kontra miżura (deċiżjoni jew nuqqas tagħha) jekk:
|
|
(2) |
L-ilment jista’ jsir kontra n-nuqqas ta’ deċiżjoni f’dawk il-każijiet fejn hemm obbligu li tittieħed deċiżjoni fi żmien skadenza speċifikata fir-Regolamenti tal-Persunal. |
|
(3) |
Il-kandidati li jkunu ressqu talba għal rieżami (ara t-Taqsima 7.2.2) iridu jistennew sakemm jiġu nnotifikati bit-tweġiba għal dik it-talba qabel ma jiddeċiedu jekk jippreżentawx ilment amministrattiv. F’każijiet bħal dawn, l-iskadenza għall-introduzzjoni ta’ lment amministrattiv tibda tgħodd mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-Bord tas-Selezzjoni dwar it-talba għal rieżami. |
|
(4) |
L-ilmenti amministrattivi jiġu eżaminati mid-Direttur tal-EPSO li jaġixxi bħala l-Awtorità tal-Ħatra skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal. |
|
(5) |
L-għan tal-proċedura tal-ilmenti amministrattivi huwa li jiġi vverifikat jekk il-qafas legali tal-kompetizzjoni ġiex irrispettat. Il-kandidati għandhom jinnotaw li d-Direttur tal-EPSO ma jistax ibiddel ġudizzju ta’ valur magħmul minn Bord tas-Selezzjoni u ma għandu l-ebda setgħa legali biex ibiddel is-sustanza ta’ deċiżjoni tal-Bord tas-Selezzjoni. Jekk id-Direttur tal-EPSO jsib żball proċedurali jew żball manifest ta’ valutazzjoni, il-każ jista’ jiġi referit lura lill-Bord tas-Selezzjoni għal valutazzjoni mill-ġdid. |
|
(6) |
Biex jintroduċi lment amministrattiv, kandidat għandu:
|
|
(7) |
L-ilmenti amministrattivi li jaslu wara l-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal jitqiesu inammissibbli. |
7.3.2.
|
(1) |
Il-kandidati għandhom id-dritt li jressqu appell ġudizzjarju quddiem il-Qorti Ġenerali, skont l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal. |
|
(2) |
Appelli ġudizzjarji kontra deċiżjonijiet meħuda mill-EPSO (aktar milli mill-Bord tas-Selezzjoni) ma jkunux ammissibbli quddiem il-Qorti Ġenerali sakemm kandidat ma jkunx uża kif xieraq ir-rimedju ta’ lment amministrattiv skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal (ara t-Taqsima 7.3.1 hawn fuq). |
|
(3) |
L-informazzjoni kollha dwar l-appelli ġudizzjarji tinsab fuq is-sit web tal-Qorti Ġenerali (9). |
7.3.3.
|
(1) |
Iċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE jistgħu jressqu lment lill-Ombudsman Ewropew dwar każijiet ta’ amministrazzjoni ħażina. |
|
(2) |
Qabel ma jressqu lment lill-Ombudsman, il-kandidati l-ewwel iridu jkunu eżawrew ir-rimedji interni pprovduti mill-EPSO (ara t-Taqsimiet 7.1 u 7.2 hawn fuq). |
|
(3) |
L-ilmenti li jsiru lill-Ombudsman ma għandhom l-ebda effett sospensiv fuq l-iskadenzi stabbiliti għall-preżentazzjoni ta’ talbiet, ilmenti, jew appelli ġudizzjarji msemmija f’dawn ir-regoli. |
|
(4) |
L-informazzjoni kollha dwar l-ilmenti lill-Ombudsman tista’ tinstab fuq is-sit web apposta (10). |
Tmiem l-ANNESS I, ikklikkja hawn sabiex terġa’ lura għat-test ewlieni
(1) https://eu-careers.europa.eu/mt/contact-us.
(2) https://eu-careers.europa.eu/mt/documents/common-european-framework-reference-languages.
(3) https://eu-careers.europa.eu/mt/contact-us.
(4) https://eu-careers.europa.eu/mt/epso-faqs-by-category.
(5) Għall-finijiet ta’ din il-kompetizzjoni, l-espressjonijiet “edukazzjoni” u “kwalifiki edukattivi” jintużaw b’mod interkambjabbli.
(6) Għall-finijiet ta’ din il-kompetizzjoni, l-espressjonijiet “esperjenza”, “esperjenza professjonali”, u “esperjenza ta’ xogħol” jintużaw b’mod interkambjabbli.
(7) https://eu-careers.europa.eu/mt.
(8) https://eu-careers.europa.eu/mt.
ANNESS II
DMIRIJIET TIPIĊI
Id-dmirijiet deskritti hawn taħt fil-biċċa l-kbira jirriflettu dawk tipikament assoċjati mar-rwoli fil-ġestjoni tad-data u l-għarfien tad-data kemm f’kuntesti privati kif ukoll f’dawk pubbliċi. Il-kandidati magħżula jistgħu jiġu assenjati kwalunkwe wieħed mid-dmirijiet elenkati hawn taħt, individwalment jew flimkien, skont il-ħtiġijiet tas-servizz. Jekk il-ħtiġijiet tas-servizz ikunu jirrikjedu hekk, jistgħu jiġu assenjati dmirijiet simili jew relatati.
1.
L-arkitettura tad-data u l-interoperabbiltà. Tfassil u strutturar tas-sistemi tad-data biex jiġu żgurati l-interoperabbiltà u l-konformità mal-istandards tal-UE:|
(a) |
Arkitetturi ta’ referenza: l-implimentazzjoni ta’ oqfsa biex jiġu standardizzati disinni tas-sistemi tad-data fl-amministrazzjonijiet pubbliċi. |
|
(b) |
Arkitetturi tal-cloud attivati bl-IA: it-tfassil ta’ arkitetturi tad-data li jisfruttaw servizzi klassiċi u tal-IA nattivi tal-cloud u l-infrastruttura skalabbli biex jiġu permessi aċċess u pproċessar bla xkiel u interoperabbli ta’ data fl-ambjenti distribwiti. |
|
(c) |
Interoperabbiltà semantika: l-identifikazzjoni, l-analizzar, u l-użu ta’ mudelli u ontoloġiji komuni tad-data biex jiġu żgurati rappreżentanza u skambju konsistenti tad-data. |
|
(d) |
Elementi konstitwenti: it-tfassil u l-iżvilupp ta’ komponenti li jistgħu jerġgħu jintużaw biex jiġi ffaċilitat l-iskambju tad-data sigur, skalabbli u standardizzat fl-ispazji tad-data u bejniethom. |
2.
Il-governanza u l-konformità tad-data. It-twaqqif ta’ oqfsa għall-ġestjoni tal-aċċess għad-data, il-kwalità, u aspetti oħra tax-xenarju regolatorju:|
(a) |
Oqfsa ta’ governanza u tal-konformità: il-provvista ta’ analiżi u ta’ pariri, id-definizzjoni tar-rwoli, responsabiltajiet u proċessi biex tiġi żgurata l-aderenza mar-rekwiżiti legali, etiċi, u regolatorji fl-attivitajiet kollha tad-data. |
|
(b) |
Ġestjoni u sjieda tad-data: id-definizzjoni tal-proċessi, rwoli u responsabbiltajiet għall-ġestjoni tad-data biex jiġu żgurati r-responsabbiltà u t-trattament xieraq tad-data. |
|
(c) |
Ġestjoni tal-kwalità tad-data: it-tnissil tal-kunċett tal-proċessi tal-kwalità tad-data biex jinżammu standards għoljin tal-kwalità tad-data. |
|
(d) |
Konformità regolatorja: il-monitoraġġ u l-infurzar tal-aderenza mar-regolamenti tal-UE bħall-Att dwar id-Data (1), id-Direttiva dwar id-Data Miftuħa (2), l-Att dwar il-Governanza tad-Data (3), l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (4), ir-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Data (5) u r-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Data għal istituzzjonijiet, korpi u aġenziji tal-UE (6), u l-allinjament mal-linji gwida ta’ Spazji Komuni Ewropej tad-Data (7). |
|
(e) |
Valutazzjonijiet u awditi tal-maturità: it-tmexxija jew il-kontribut għal valutazzjonijiet u awditi fl-oqsma kollha tal-governanza tad-data. |
|
(f) |
Il-kontribut għall-valutazzjoni tal-kapaċitajiet tad-data istituzzjonali u tal-pjanijiet direzzjonali strateġiċi, inklużi eżerċizzji ta’ valutazzjoni komparattiva, konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, u analiżijiet tan-nuqqasijiet biex jiġi appoġġat it-titjib kontinwu fil-prattiki tal-ġestjoni tad-data. |
3.
Il-politiki u l-istrateġija tad-data. L-iżvilupp ta’ oqfsa strateġiċi biex jiggwidaw il-politiki dwar il-ġestjoni u l-użu tad-data fis-setturi kollha:|
(a) |
Żvilupp u rieżami tal-politika: l-għoti ta’ analiżi u ta’ pariri legali fil-qasam tal-politiki tad-data, it-twaqqif ta’ proċessi għall-ħolqien, rieżami regolari, u l-aġġornament ta’ politiki relatati mad-data biex jadattaw għall-ħtiġijiet regolatorji, teknoloġiċi u organizzattivi li qed jevolvu. |
|
(b) |
Abbozzar ta’ proposti ta’ politika u leġiżlattivi li jirregolaw l-użu u l-kondiviżjoni tad-data fl-UE u bejn l-UE u pajjiżi terzi. |
|
(c) |
L-involviment ma’ esperti tal-industrija, mal-Istati Membri, u ma’ partijiet ikkonċernati oħra biex jinġabru għarfien u feedback li jinfurmaw oqfsa ta’ politika tad-data robusti u effettivi. |
|
(d) |
Politiki tal-kondiviżjoni tad-data: il-ħolqien ta’ linji gwida għall-kondiviżjoni tad-data, ir-rispett tal-valuri u r-regolamenti tal-UE. |
|
(e) |
Ġestjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tad-data: it-twaqqif ta’ politiki għall-ħolqien, il-ħżin, iż-żamma u t-tħassir td-data biex jiġu żgurati l-integrità u l-konformità tad-data. |
|
(f) |
Allinjament strateġiku: l-allinjament tal-istrateġiji tad-data mal-objettivi ġenerali tal-UE, bħall-Istrateġija Ewropea għad-Data u l-ħolqien ta’ Spazji Komuni Ewropej tad-Data; il-kontribut għall-formulazzjoni ta’ strateġiji futuri tal-UE dwar id-data. |
4.
L-inġinerija u l-integrazzjoni tad-data. Il-bini u l-manutenzjoni ta’ sistemi għall-inġestjoni, it-trasformazzjoni u d-disseminazzjoni tad-data ta’ informazzjoni strutturata jew semistrutturata, kontenut multimedjali, data ġeospazjali, eċċ.:|
(a) |
Proċessi tal-ETL/ELT: id-disinn u l-implimentazzjoni ta’ proċessi Extract, Transform, Load biex tiġi integrata data minn diversi sorsi. |
|
(b) |
Integrazzjoni tal-API: l-iżvilupp ta’ Interfaċċi għall-Ipprogrammar tal-Applikazzjonijiet biex jiġi ffaċilitat l-iskambju bla xkiel tad-data bejn is-sistemi. |
|
(c) |
Streaming tad-data f’ħin reali: id-disinn u l-ġestjoni ta’ pipelines tad-data f’ħin reali biex jiġu permessi l-ipproċessar immedjat u l-integrazzjoni ta’ data tal-istreaming minn diversi sorsi. |
|
(d) |
Orkestrazzjoni tad-data: l-implimentazzjoni ta’ għodod u oqfsa għall-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-proċessi tal-integrazzjoni tad-data. |
5.
Il-ħżin virtwali tad-data (data warehousing) u l-pjattaformi tad-data. It-twaqqif ta’ repożitorji u pjattaformi ċentralizzati għall-ħżin u l-analiżi tad-data:|
(a) |
Żvilupp ta’ soluzzjonijiet ta’ rapportar: id-disinn u l-użu ta’ oqfsa u għodod ta’ rapportar li jippermettu l-irkupru, il-viżwalizzazzjoni u t-tixrid effiċjenti tad-data mill-imħażen virtwali tad-data u l-pjatttaformi tad-data. |
|
(b) |
Imħażen virtwali tad-data/lake design: il-ħolqien ta’ soluzzjonijiet strutturati għall-ħżin tad-data ottimizzati għal tiftix u rapportar analitiku. |
|
(c) |
Imħażen virtwali tad-data/lake implementation: il-bini ta’ sistemi ta’ ħżin skalabbli biex jiġu ġestiti volumi kbar ta’ data mhux strutturata u semistrutturata. |
|
(d) |
Arkitetturi tal-ħżin tad-data tal-cloud u ibridi: l-isfruttar ta’ servizzi tal-cloud u ta’ mudelli ibridi biex jiġu pprovduti soluzzjonijiet flessibbli u skalabbli għall-ħżin tad-data. |
|
(e) |
Big data u estrazzjoni tad-data. |
6.
Intelligence u rapportar dwar in-negozju. Trasformazzjoni tad-data f’għarfien azzjonabbli permezz tal-analitika u l-viżwalizzazzjoni:|
(a) |
Żvilupp tad-dashboard: l-analiżi, l-immudellar u d-disinn ta’ dashboards interattivi biex jiġu viżwalizzati l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u l-metrika. |
|
(b) |
Analitika self-service: l-għoti tas-setgħa lill-utenti biex iwettqu analiżijiet ad hoc u jiġġeneraw rapporti b’mod indipendenti. |
|
(c) |
Analitika predittiva: l-applikazzjoni ta’ mudelli statistiċi u tekniki ta’ tagħlim awtomatiku biex jitbassru x-xejriet u l-imġiba futuri. |
|
(d) |
Awtomazzjoni u distribuzzjoni tar-rapporti: it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ flussi tax-xogħol awtomatizzati biex ir-rapporti lill-partijiet ikkonċernati jiġu ġġenerati, skedati u distribwiti b’mod sigur, filwaqt li jiġi żgurat aċċess f’waqtu u konsistenti għall-għarfien. |
|
(e) |
Il-mudellar matematiku u l-analiżi kwantitattiva tad-data. |
7.
Il-ġestjoni tad-data prinċipali u ta’ referenza. L-iżgurar tal-konsistenza u l-preċiżjoni tad-data kummerċjali kritika fis-sistemi kollha:|
(a) |
Ġestjoni tad-data prinċipali: sistemi ta’ analiżi, immudellar u implimentazzjoni biex jinħoloq sors uniku u awtorevoli ta’ verità għall-entitajiet kummerċjali ewlenin. |
|
(b) |
Ġestjoni tad-data ta’ referenza: l-istandardizzar ta’ kodiċijiet, klassifikazzjonijiet, u enumerazzjonijiet użati fis-sistemi kollha. |
|
(c) |
Glossarji tan-negozju: l-iżvilupp ta’ definizzjonijiet standardizzati għat-termini kummerċjali biex jiġi żgurat fehim konsistenti fl-organizzazzjoni kollha. |
|
(d) |
Armonizzazzjoni tad-data: l-allinjament tad-definizzjonijiet u tal-formati biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn sistemi u applikazzjonijiet differenti. |
|
(e) |
Memorji għat-traduzzjonijiet u t-teżawri multilingwi: il-ġestjoni u ż-żamma tal-memorji tat-traduzzjoni u t-teżawri multilingwi bħala sorsi ta’ referenza biex jappoġġaw proċessi konsistenti u preċiżi tat-traduzzjoni u tal-interpretazzjoni. |
8.
Tassonomija tad-data u ġestjoni tal-metadata. L-organizzazzjoni u l-kuntestwalizzazzjoni tad-data biex jittejbu t-traċċabbiltà, l-aċċessibbiltà u l-użu mill-ġdid:|
(a) |
Katalogar tal-metadata: il-ħolqien u ż-żamma ta’ repożitorji tal-metadata biex jiddeskrivu l-assi tad-data. |
|
(b) |
Traċċar tal-linjaġġ tad-data: l-implimentazzjoni ta’ sistemi biex jiġu ttraċċati l-oriġini u t-trasformazzjonijiet ta’ data matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħha. |
|
(c) |
Ontoloġiji: il-konċepiment, l-integrazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet billi jintużaw teknoloġiji ta’ data miftuħa kkollegata u teknoloġiji semantiċi, ontoloġiji, standards ta’ metadata, bażijiet tad-data ta’ referenza, teżawri u tassonomiji multilingwi. |
9.
Il-ġestjoni tal-kwalità tad-data. L-iżgurar tal-preċiżjoni, il-kompletezza u l-affidabbiltà tad-data:|
(a) |
Tfassil ta’ profili tad-data: l-analizzar tad-data biex tinftiehem l-istruttura, il-kontenut u l-kwalità tagħha. Il-ħolqien ta’ tixrid ta’ data statistika u l-validazzjoni ta’ politiki, standards u linji gwida. |
|
(b) |
Tindif tad-data: l-identifikazzjoni u r-rettifika ta’ żbalji jew inkonsistenzi fid-data. |
|
(c) |
Monitoraġġ tal-kwalità: l-implimentazzjoni ta’ proċessi għall-monitoraġġ u ż-żamma tal-istandards tal-kwalità tad-data. |
|
(d) |
Proċessi u għodod: id-definizzjoni, l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ metodi, għodod, u proċeduri għall-ipproċessar u l-interpretazzjoni ta’ data, li jistgħu jinvolvu l-użu ta’ tekniċi kwantitattivi avvanzati għal skopijiet ta’ evalwazzjoni u valutazzjoni. |
10.
Is-sigurtà u l-privatezza tad-data. Il-protezzjoni tad-data minn aċċess mhux awtorizzat u l-iżgurar tal-konformità mar-regolamenti dwar il-privatezza:|
(a) |
Kontroll ta’ aċċess: mekkaniżmi biex jiġi ristrett l-aċċess għad-data abbażi tar-rwoli u l-permessi tal-utenti. |
|
(b) |
Kriptaġġ tad-data: l-applikazzjoni ta’ tekniki għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità matul il-ħżin u t-trażmissjoni. |
|
(c) |
Valutazzjonijiet tal-impatt tal-privatezza: it-twettiq ta’ evalwazzjonijiet biex jiġu identifikati u mmitigati r-riskji għall-privatezza assoċjati mal-attivitajiet tal-ipproċessar tad-data. |
|
(d) |
Ġestjoni tad-data tal-ittestjar: id-definizzjoni ta’ metodi għall-ġenerazzjoni ta’ settijiet ta’ data anonimizzati u osfuskati biex jiġi żgurat l-użu sigur u konformi tad-data fl-ambjenti tal-iżvilupp u tal-ittestjar. |
11.
Analitika avvanzata u tħejjija tad-data għall-IA. It-tħejjija ta’ data strutturata u mhux strutturata għat-tagħlim awtomatiku u għall-applikazzjonijiet tal-IA, inklużi mudelli lingwistiċi kbar:|
(a) |
Inġinerija tal-karatteristiċi: trasformazzjoni tad-data mhux ipproċessata f’karatteristiċi sinifikanti għall-mudelli tat-tagħlim awtomatiku. |
|
(b) |
Tikettar u annotazzjoni tad-data: assenjar ta’ tikketti għad-data biex jitħarrġu mudelli ta’ tagħlim taħt superviżjoni. |
|
(c) |
Awmentazzjoni tad-data: it-titjib tas-settijiet tad-data b’punti tad-data addizzjonali jew varjazzjonijiet biex tittejjeb ir-robustezza tal-mudelli. |
|
(d) |
Ġestjoni tad-data għal mudelli tal-IA: il-ħolqien u l-ġestjoni ta’ settijiet ta’ data tal-ittestjar anonimizzati, rappreżentattivi u bbilanċjati biex tiġi żgurata evalwazzjoni preċiża, imparzjali u sigurta tal-prestazzjoni tal-mudell tal-IA f’ambjenti kkontrollati. |
Tmiem l-ANNESS II, agħfas hawn biex terġa’ lura għat-test ewlieni
(1) Ir-Regolament (UE) 2023/2854 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar regoli armonizzati dwar l-aċċess ġust għad-data u l-użu tagħha u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva (UE) 2020/1828 (l-Att dwar id-Data) (ĠU L, 2023/2854, 22.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2854/oj).
(2) Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/1024/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2022/868 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar il-governanza Ewropea u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724 (Att dwar il-Governanza tad-Data) (ĠU L 152, 3.6.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/868/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 300/2008, (UE) Nru 167/2013, (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1139 u (UE) 2019/2144 u d-Direttivi 2014/90/UE, (UE) 2016/797 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) (ĠU L, 2024/1689, 12.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1689/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(6) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiċiżi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(7) https://digital-strategy.ec.europa.eu/en/library/staff-working-document-data-spaces.
ANNESS III
EŻEMPJI TA’ KWALIFIKI MINIMI
(Eżempji ta’ kwalifiki minimi skont l-Istat Membru u r-Renju Unit u skont il-grad li, fil-prinċipju, jikkorrispondu għal dawk mitluba mill-avviżi ta’ kompetizzjonijiet)
Agħfas hawnhekk għal verżjoni ta’ dawn l-eżempji li tista’ tinqara faċilment
|
PAJJIŻ |
Minn AST-SC 1 sa AST-SC 6 Minn AST 1 sa AST 7 |
Minn AST 3 sa AST 11 |
Minn AD 5 sa AD 16 |
|||||||||||||
|
Edukazzjoni sekondarja (li tagħti aċċess għall-edukazzjoni postsekondarja) |
Edukazzjoni postsekondarja (kors postsekondarju iżda mhux universitarju jew kors universitarju qasir ta’ perjodu ta’ mill-inqas sentejn) |
Edukazzjoni ta’ livell universitarju (mill-anqas tliet snin) |
Edukazzjoni ta’ livell universitarju (erba’ snin jew aktar) |
|||||||||||||
|
Belgique — België — Belgien |
Certificat de l’enseignement secondaire supérieur (CESS)/Diploma secundair onderwijs Diplôme d’aptitude à accéder à l’enseignement supérieur (DAES)/Getuigschrift van hoger secundair onderwijs Diplôme d’enseignement professionnel/Getuigschrift van het beroepssecundair onderwijs |
Candidature/Kandidaat Graduat/Gegradueerde Bachelor/Professioneel gerichte Bachelor |
Bachelor académique (180 crédits) Academisch gerichte Bachelor (180 ECTS) |
Licence/Licentiaat Master Diplôme d’études approfondies (DEA) Diplôme d’études spécialisées (DES) Diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS) Gediplomeerde in de Voortgezette Studies (GVS) Gediplomeerde in de Gespecialiseerde Studies (GGS) Gediplomeerde in de Aanvullende Studies (GAS) Agrégation/Aggregaat Ingénieur industriel/Industrieel ingenieur Doctorat/Doctoraal diploma |
||||||||||||
|
България |
Диплома за завършено средно образование |
Специалист по … |
|
Диплома за висше образование Бакалавър Магистър |
||||||||||||
|
Česko |
Vysvědčení o maturitní zkoušce |
Vysvědčení o absolutoriu (Absolutorium) + diplomovaný specialista (DiS.) |
Diplom o ukončení bakalářského studia (Bakalář) |
Diplom o ukončení vysokoškolského studia Magistr Doktor |
||||||||||||
|
Danmark |
Bevis for: Studentereksamen Højere Forberedelseseksamen (HF) Højere Handelseksamen (HHX) Højere Afgangseksamen (HA) Bac pro: Bevis for Højere Teknisk Eksamen (HTX) |
Videregående uddannelser = Bevis for = Eksamensbevis som (erhvervsakademiuddannelse AK) |
Bachelorgrad (BA eller BS) Professionsbachelorgrad Diplomingeniør |
Kandidatgrad/Candidatus Master/Magistergrad (mag.art) Licenciatgrad ph.d.-grad |
||||||||||||
|
Deutschland |
Abitur/Zeugnis der allgemeinen Hochschulreife Fachabitur/Zeugnis der Fachhochschulreife |
|
Fachhochschulabschluss Bachelor |
Hochschulabschluss/Fachhochschulabschluss/Master Magister Artium/Magistra Artium Staatsexamen/Diplom Erstes Juristisches Staatsexamen Doktorgrad |
||||||||||||
|
Eesti |
Gümnaasiumi lõputunnistus + riigieksamitunnistus Lõputunnistus kutsekeskhariduse omandamise kohta |
Tunnistus keskhariduse baasil kutsekeskhariduse omandamise kohta |
Bakalaureusekraad (min 120 ainepunkti) Bakalaureusekraad (< 160 ainepunkti) |
Rakenduskõrghariduse diplom Bakalaureusekraad (160 ainepunkti) Magistrikraad Arstikraad Hambaarstikraad Loomaarstikraad Filosoofiadoktor Doktorikraad (120–160 ainepunkti) |
||||||||||||
|
Éire/Ireland |
Ardteistiméireacht, Grád D3, I 5 ábhar/Leaving Certificate Grade D3 in 5 subjects Gairmchlár na hArdteistiméireachta (GCAT)/Leaving Certificate Vocational Programme (LCVP) |
Teastas Náisiúnta/National Certificate Gnáthchéim bhaitsiléara/Ordinary bachelor degree Dioplóma náisiúnta (ND, Dip.)/National diploma (ND, Dip.) Ardteastas (120 ECTS)/Higher Certificate (120 ECTS) |
Céim onóracha bhaitsiléara (3 bliana/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)/Honours bachelor degree (3 years/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng) |
Céim onóracha bhaitsiléara (4 bliana/240 ECTS)/Honours bachelor degree (4 years/240 ECTS) Céim ollscoile/University degree Céim mháistir (60-120 ECTS)/Master’s degree (60-120 ECTS) Dochtúireacht/Doctorate |
||||||||||||
|
Ελλάδα |
Απολυτήριο Γενικού Λυκείου Απολυτήριο Κλασικού Λυκείου Απολυτήριο Τεχνικού Επαγγελματικού Λυκείου Απολυτήριο Ενιαίου Πολυκλαδικού Λυκείου Απολυτήριο Ενιαίου Λυκείου Απολυτήριο Τεχνολογικού Επαγγελματικού Εκπαιδευτηρίου |
Δίπλωμα επαγγελματικής κατάρτισης (IΕΚ) |
|
Πτυχίο ΑΕI (πανεπιστημίου, πολυτεχνείου, ΤΕI) Μεταπτυχιακό Δίπλωμα Ειδίκευσης (2ος κύκλος) Διδακτορικό Δίπλωμα (3ος κύκλος) |
||||||||||||
|
España |
Bachillerato + Curso de Orientación Universitaria (COU) Bachillerato BUP Diploma de Técnico especialista |
FP grado superior (Técnico superior) |
Diplomado/Ingeniero técnico |
Licenciatura Máster Ingeniero Título de Doctor |
||||||||||||
|
France |
Baccalauréat Diplôme d’accès aux études universitaires (DAEU) Brevet de technicien |
Diplôme d’études universitaires générales (DEUG) Brevet de technicien supérieur (BTS) Diplôme universitaire de technologie (DUT) Diplôme d’études universitaires scientifiques et techniques (DEUST) |
Licence |
Maîtrise Maîtrise des sciences et techniques (MST), maîtrise des sciences de gestion (MSG), diplôme d’études supérieures techniques (DEST), diplôme de recherche technologique (DRT), diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS), diplôme d'études approfondies (DEA), master 1, master 2 professionnel, master 2 recherche Diplôme des grandes écoles Diplôme d’ingénieur Doctorat |
||||||||||||
|
Hrvatska |
Svjedodžba o državnoj maturi Svjedodžba o završnom ispitu |
Stručni pristupnik/pristupnica |
Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica) |
Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica) Stručni specijalist Magistar struke Magistar inženjer/magistrica inženjerka (mag. ing) Doktor struke Doktor umjetnosti |
||||||||||||
|
Italia |
Diploma di maturità (vecchio ordinamento) Perito ragioniere Diploma di superamento dell’esame di Stato conclusivo dei corsi di studio di istruzione secondaria superiore |
Diploma universitario (DU) Certificato di specializzazione tecnica superiore Attestato di competenza (4 semestri) |
Diploma di laurea – L (breve) |
Diploma di laurea (DL) Laurea specialistica (LS) Master di I livello Dottorato di ricerca (DR) |
||||||||||||
|
Κύπρος |
Απολυτήριο |
Δίπλωμα = Programmes offered by Public/Private Schools of Higher Education (for the latter accreditation is compulsory) Higher Diploma |
|
Πανεπιστημιακό Πτυχίο/Bachelor Master Doctorat |
||||||||||||
|
Latvija |
Atestāts par vispārējo vidējo izglītību Diploms par profesionālo vidējo izglītību |
Diploms par pirmā līmeņa profesionālo augstāko izglītību |
Bakalaura diploms (min. 120 kredītpunktu) |
Bakalaura diploms (160 kredītpunktu) Profesionālā bakalaura diploms Maģistra diploms Profesionālā maģistra diploms Doktora grāds |
||||||||||||
|
Lietuva |
Brandos atestatas |
Aukštojo mokslo diplomas Aukštesniojo mokslo diplomas |
Profesinio bakalauro diplomas Aukštojo mokslo diplomas |
Aukštojo mokslo diplomas Bakalauro diplomas Magistro diplomas Daktaro diplomas Meno licenciato diplomas |
||||||||||||
|
Luxembourg |
Diplôme de fin d’études secondaires et techniques |
BTS Brevet de maîtrise Brevet de technicien supérieur Diplôme de premier cycle universitaire (DPCU) Diplôme universitaire de technologie (DUT) |
Bachelor Diplôme d'ingénieur technicien |
Master Diplôme d’ingénieur industriel DESS en droit européen |
||||||||||||
|
Magyarország |
Gimnáziumi érettségi bizonyítvány Szakközépiskolai érettségi-képesítő bizonyítvány |
Felsőfokú szakképesítést igazoló bizonyítvány (Higher Vocational Programme) |
Főiskolai oklevél Alapfokozat (Bachelor degree 180 credits) |
Egyetemi oklevél Alapfokozat (Bachelor degree 240 credits) Mesterfokozat (Master degree) (Osztatlan mesterképzés) Doktori fokozat |
||||||||||||
|
Malta |
Advanced Matriculation or GCE Advanced level in 3 subjects (2 of them grade C or higher) Matriculation certificate (2 subjects at Advanced level and 4 at Intermediate level including Systems of Knowledge with overall grade A-C) + Passes in the Secondary Education Certificate examination at Grade 5 2 A Levels (passes A-C) + a number of subjects at Ordinary level, or equivalent |
MCAST diplomas/certificates Higher National Diploma |
Bachelor’s degree |
Bachelor’s degree Master of Arts Doctorate |
||||||||||||
|
Nederland |
Diploma VWO Diploma staatsexamen (2 diploma’s) Diploma staatsexamen voorbereidend wetenschappelijk onderwijs (Diploma staatsexamen VWO) Diploma staatsexamen hoger algemeen voortgezet onderwijs (Diploma staatsexamen HAVO) |
Kandidaatsexamen Associate degree (AD) |
Bachelor (WO) HBO bachelor degree Baccalaureus of “Ingenieur” |
HBO/WO Master's degree Doctoraal examen/Doctoraat |
||||||||||||
|
Österreich |
Matura/Reifeprüfung Reife- und Diplomprüfung Berufsreifeprüfung |
Kollegdiplom/Akademiediplom |
Fachhochschuldiplom/Bakkalaureus/Bakkalaurea |
Universitätsdiplom Fachhochschuldiplom Magister/Magistra Master Diplomprüfung, Diplom-Ingenieur Magisterprüfungszeugnis Rigorosenzeugnis Doktortitel |
||||||||||||
|
Polska |
Świadectwo dojrzałości Świadectwo ukończenia liceum ogólnokształcącego |
Dyplom ukończenia kolegium nauczycielskiego Świadectwo ukończenia szkoły policealnej |
Licencjat/Inżynier |
Magister/Magister inżynier Dyplom doktora |
||||||||||||
|
Portugal |
Diploma de Ensino Secundário Certificado de Habilitações do Ensino Secundário |
|
Bacharel Licenciado |
Licenciado Mestre Doutorado |
||||||||||||
|
România |
Diplomă de bacalaureat |
Diplomă de absolvire (colegiu universitar) Învățământ preuniversitar |
Diplomă de licenţă |
Diplomă de licenţă Diplomă de inginer Diplomă de urbanist Diplomă de master Certificat de atestare (studii academice postuniversitare) Diplomă de doctor |
||||||||||||
|
Slovenija |
Maturitetno spričevalo (spričevalo o poklicni maturi) (spričevalo o zaključnem izpitu) |
Diploma višje strokovne šole |
Diploma o pridobljeni visoki strokovni izobrazbi |
Univerzitetna diploma Magisterij Specializacija Doktorat |
||||||||||||
|
Slovensko |
Vysvedčenie o maturitnej skúške |
Absolventský diplom |
Diplom o ukončení bakalárskeho štúdia (Bakalár) |
Diplom o ukončení vysokoškolského štúdia Bakalár (Bc.) Magister Magister/Inžinier ArtD. |
||||||||||||
|
Suomi/Finland |
Ylioppilastutkinto tai peruskoulu + kolmen vuoden ammatillinen koulutus – Studentexamen eller grundskola + treårig yrkesinriktad utbildning Todistus yhdistelmäopinnoista (Betyg över kombinationsstudier) |
Ammatillinen opistoasteen tutkinto – Yrkesexamen på institutnivå |
Kandidaatin tutkinto – Kandidatexamen/Ammattikorkeakoulututkinto – Yrkeshögskoleexamen (min. 120 opintoviikkoa – studieveckor) |
Maisterin tutkinto – Magisterexamen/Ammattikorkeakoulututkinto – Yrkeshögskoleexamen (min. 160 opintoviikkoa – studieveckor) Tohtorin tutkinto (Doktorsexamen) joko 4 vuotta tai 2 vuotta lisensiaatin tutkinnon jälkeen – antingen 4 år eller 2 år efter licentiatexamen Lisensiaatti/Licentiat |
||||||||||||
|
Sverige |
Slutbetyg från gymnasieskolan (3-årig gymnasial utbildning) |
Högskoleexamen (80 poäng) Högskoleexamen, 2 år, 120 högskolepoäng Yrkeshögskoleexamen/Kvalificerad yrkeshögskoleexamen, 1–3 år |
Kandidatexamen (akademisk examen omfattande minst 120 poäng, varav 60 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 10 poäng) Meriter på grundnivå: Kandidatexamen, 3 år, 180 högskolepoäng (Bachelor) |
Magisterexamen (akademisk examen omfattande minst 160 poäng, varav 80 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 20 poäng eller två uppsatser motsvarande 10 poäng vardera)
Meriter på avancerad nivå:
Meriter på forskarnivå:
|
||||||||||||
|
United Kingdom |
General Certificate of Education Advanced level — 2 passes or equivalent (grades A to E) BTEC National Diploma General National Vocational Qualification (GNVQ), advanced level Advanced Vocational Certificate of Education, A level (VCE A level) |
Higher National Diploma/Certificate (BTEC)/SCOTVEC Diploma of Higher Education (DipHE) National Vocational Qualifications (NVQ) Scottish Vocational Qualifications (SVQ) level 4 |
(Honours) Bachelor degree NB: Master’s degree in Scotland |
Honours Bachelor degree Master’s degree (MA, MB, MEng, MPhil, MSc) Doctorate |
||||||||||||
|
NOTE: UK diplomas awarded in 2020 (until 31 December 2020) are accepted without an equivalence. UK diplomas awarded as from 1 January 2021 must be accompanied by an equivalence issued by a competent authority of an EU Member State. |
||||||||||||||||
Tmiem l-ANNESS III, agħfas hawn biex terġa’ lura għat-test ewlieni
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5881/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)