European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5874

31.10.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.12191 – KKR / CINVEN / CVC / NEMEAN MIDCO)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/5874)

1.   

Fit-22 ta’ Ottubru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Solaris Bidco (Jersey) Limited, veikolu bi skop speċjali indirettament proprjetà sħiħa ta’ fondi ta’ investiment, veikoli u/jew kontijiet, avżati u ġestiti minn diversi sussidjarji ta’ KKR &Co. Inc. (l-Istati Uniti) (“KKR & Co.” flimkien mas-sussidjarji tagħha, “KKR”),

Crossgar Acquisition Limited (Guernsey) proprjetà ta’ The Sixth Cinven Fund, ultimament ikkontrollata mill-maniġer tas-Sixth Cinven Fund, Cinven Limited (“Cinven”),

Nemean Holdings Jersey Limited (Jersey) ultimament ikkontrollata minn CVC Capital Partners plc. (“CVC”),

Nemean Midco Limited (Jersey) (“Nemean Midco”) indirettament ikkontrollata b’mod konġunt minn CVC u Cinven.

KKR, Cinven u CVC se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Nemean Midco.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

KKR hija ditta tal-investiment globali li toffri ġestjoni tal-assi alternattivi kif ukoll soluzzjonijiet għas-swieq finanzjarji u tal-assikurazzjoni,

Cinven hija negozju ta’ ekwità privata impenjata fil-provvediment ta’ ġestjoni tal-investiment u servizzi ta’ konsulenza dwar l-investiment,

CVC hija kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata. Uħud mis-sussidjarji tas-CVC minn żmien għal żmien jipprovdu pariri dwar l-investiment lil u/jew jimmaniġġjaw investimenti f’isem ċerti fondi u veikoli ta’ investiment li għandhom interessi f’kumpaniji attivi madwar id-dinja,

Nemean Midco hija fornitur ta’ kreditu għall-konsumatur ibbażat fir-Renju Unit.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12191 — KKR / CINVEN / CVC / NEMEAN MIDCO

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni b’email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5874/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)