|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5872 |
31.10.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.12138 — TATA MOTORS / IVECO GROUP)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/5872)
1.
Fit-23 ta’ Ottubru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
TML Commercial Vehicles Limited (“TML”, l-Indja), |
|
— |
Iveco Group N.V. (in-Netherlands). |
TML se takkwista indirettament, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tal-Iveco Group kollu, minbarra n-negozju tad-difiża li huwa jopera taħt il-marki IDV u ASTRA.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fit-30 ta’ Lulju 2025.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
TML hija kumpanija Indjana attiva globalment fis-settur awtomobilistiku, inkluż fid-disinn, il-manifattura u l-bejgħ ta’ vetturi kummerċjali, |
|
— |
Iveco Group, kumpanija nnegozjata pubblikament fuq Euronext Milan, hija attiva b’mod partikolari fid-disinn, il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ vetturi kummerċjali, bħal trakkijiet u xarabanks, kif ukoll prodotti tal-motopropulsjoni. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12138 — TATA MOTORS / IVECO GROUP
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5872/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)