European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5848

10.11.2025

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2025 – KS u KD vs Il-Kunsill et

(Kawża T-771/20 RENV)  (1)

(“Rikors għad-danni - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Dannu li jirriżulta minn allegat ksur tad-drittijiet fundamentali - Delitti li saru fil-Kosovo fl -1999 - Missjoni ‘Stat tad-Dritt’ tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (Eulex Kosovo) - Ksur tar-rekwiżiti formali - Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura - Inammissibbiltà manifesta parzjali - Nuqqas ta’ imputabbiltà tal-allegati ommissjonijiet - Rikors parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)

(C/2025/5848)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: KS, KD (rappreżentanti: P. Koutrakos, avukat, F. Randolph, KC, u J. Stojsavljevic-Savic, solicitor)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Mahnič u S. Lejeune, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Carpus-Carcea u Y. Marinova, aġenti), Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: L. Havas, S. Marquardt u E. Orgován, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-Kunsill: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: J. Vláčil, D. Czechová, K. Najmanová, u O. Šváb, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: M. de Lisi, B. Fodda, S. Royon, T. Stéhelin u B. Travard, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: M. Jacobs u C. Pochet, aġenti), Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: A. Germeaux u T. Schell, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman u J. Langer, aġenti), Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: J. Schmoll, M. Meisel u E. Samoilova, aġenti), Ir-Rumanija (rappreżentanti: R. Antonie, L. E. Baţagoi, E. Gane u L. Ghiţă, aġenti), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: H. Leppo u M. Pere, aġenti), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: H. Eklinder, F.-L. Göransson u R. Shahsavan Eriksson, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 268 TFUE, moqri flimkien mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, ir-rikorrenti qegħdin jitolbu kumpens għad-dannu li huma allegatament ġarrbu kaġun ta’ atti u ommissjonijiet imputati lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, lill-Kummissjoni Ewropea u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESC tal-4 ta’ Frar 2008 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (JO 2008, L 42, p. 92), b’mod partikolari fl-investigazzjonijiet dwar l-għajbien u l-qtil ta’ membri tal-familji tagħhom li seħħew fl-1999 fi Pristina (il-Kosovo), li tmexxew matul din il-missjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

KS, KD, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Rumanija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)   ĠU C 62, 22.2.2021.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5848/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)