European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5830

10.11.2025

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2025 – Barry’s Bootcamp vs EUIPO – Hummel (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ chevrons li jinżlu lejn il-lemin)

(Kawża T-31/24)  (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva li tirrappreżenta żewġ chevrons li jinżlu lejn il-lemin - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 18(1)(a) u Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Natura tal-użu tat-trade mark - Forma li hija differenti f’elementi li ma jibdlux il-karattru distintiv)

(C/2025/5830)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Barry’s Bootcamp Holdings LLC (Miami, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Hawkins, T. Dolde u C. Zimmer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: R. Raponi, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali: Hummel Holding A/S (Aarhus, id-Danimarka) (rappreżentanti: T. Bösling u I. George, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-7 ta’ Novembru 2023 (Każ R 1424/2022-2).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Barry’s Bootcamp Holdings LLC għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

3)

Hummel Holding A/S għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)   ĠU C, C/2024/1878, 11.3.2024.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5830/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)