European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5805

10.11.2025

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-11 ta’ Settembru 2025 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Belġju) – Russisch-Kirgizisch Ontwikkelingsfonds vs Belgische Staat

(Kawża C-384/24  (1) , Russisch-Kirgizisch Ontwikkelingsfonds)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Regolament (UE) Nru 269/2014 - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Artikolu 2 - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Derogi - Artikolu 4(1)(b) u (d) - Rilaxx ta’ ċerti fondi għal infiq speċifiku - Ħlas tal-ispiża għar-reġistrazzjoni ta’ kawża fir-reġistru tal-qorti u ta’ kontribuzzjoni b’rata fissa għall-finijiet tal-preżentata ta’ rikors għal annullament kontra deċiżjoni li timplimenta dan ir-regolament - Inklużjoni)

(C/2025/5805)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Russisch-Kirgizisch Ontwikkelingsfonds

Konvenut: Belgische Staat

Dispożittiv

L-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas 17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1985 tal 20 ta’ Ottubru 2022 moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

li jinkludi l-iżblokkar ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew it-tqegħid tagħhom għad-dispożizzjoni għall-finijiet tal-ħlas ta’ spiża għar-reġistrazzjoni ta’ kawża fir-reġistru tal-qorti u ta’ kontribuzzjoni b’rata fissa li għandhom jitħallsu, skont id-dritt nazzjonali, waqt il-preżentata ta’ azzjoni ġudizzjarja kontra miżura nazzjonali li timplimenta dan ir-regolament.


(1)  ĠU C, C/2024/5598.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5805/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)