|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5801 |
10.11.2025 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Settembru 2025 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – G.L. vs AB SpA
(Kawża C-38/24 (1) , Bervidi (2) )
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà - Artikoli 2, 5 u 7 - Artikoli 21, 24 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Artikolu 1 - Artikolu 2(1) u (2)(b) - Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabbiltà - Diskriminazzjoni indiretta - Differenza fit-trattament fir-rigward ta’ impjegat li ma għandux huwa stess diżabbiltà iżda li jieħu ħsieb il-wild b’diżabbiltà tiegħu - Artikolu 5 - Obbligu tal-persuna li timpjega li tadotta adattamenti raġonevoli)
(C/2025/5801)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: G.L.
Parti oħra fil-proċedura: AB SpA
Dispożittiv
|
1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, u, b’mod partikolari, l-Artikolu 1 u l-Artikolu 2(1) u (2)(b) tagħha, moqrija fid-dawl tal-Artikoli 21, 24 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Artikoli 2, 5 u 7 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, konkluża f’New York fit-13 ta’ Diċembru 2006 u approvata f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta’ Novembru 2009, għandhom jiġu interpretati fis-sens li: il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq id-diżabbiltà tapplika wkoll għal impjegat li ma għandux huwa stess diżabbiltà iżda li huwa s-suġġett ta’ tali diskriminazzjoni minħabba l-assistenza li jipprovdi lill-wild b’diżabilità tiegħu li tippermettilu jirċievi l-parti l-kbira tal-kura li teħtieġ il-kundizzjoni tiegħu. |
|
2) |
Id-Direttiva 2000/78 u, b’mod partikolari, l-Artikolu 5 tagħha, moqrija fid-dawl tal-Artikoli 24 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 7(1) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, għandhom jiġu interpretati fis-sens li: persuna li timpjega hija obbligata, sabiex tiżgura l-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza tal-ħaddiema u tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni indiretta msemmija fl-Artikolu 2(2)(b) ta’ din id-direttiva, tadotta adattamenti raġonevoli, fis-sens tal-Artikolu 5 tal-imsemmi direttiva, fil-konfront ta’ impjegat li, mingħajr ma jkollu huwa stess diżabbiltà, jipprovdi lill-wild b’diżabbiltà tiegħu l-assistenza li tippermettilu jirċievi l-parti l-kbira tal-kura li teħtieġ il-kundizzjoni tiegħu, sa fejn dawn l-adattamenti ma jkunux jimponu fuq din il-persuna li timpjega piż sproporzjonat. |
(1) ĠU C, C/2024/2412.
(2) L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5801/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)