European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5796

10.11.2025

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-11 ta’ Settembru 2025 – L-Awstrija vs Il-Kummissjoni (Impjant tal-enerġija nukleari Paks II)

(Kawża C-59/23 P)  (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(3)(c) u Artikolu 108 TFUE - Għajnuna prevista għall-iżvilupp ta’ żewġ reatturi nukleari ġodda fis-sit ta’ Paks (l-Ungerija) - Għoti dirett tal-kuntratt ta’ kostruzzjoni - Direttiva 2014/25/UE - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern bil-kundizzjoni li jiġu osservati ċerti impenji - Konformità tal-għajnuna mad-dritt tal-Unjoni minbarra d-dritt dwar l-għajnuna mill-Istat - Suġġett tal-għajnuna - Aspetti li ma jistgħux jinfirdu mill-għajnuna - Żvolġiment parallel ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Obbligu ta’ motivazzjoni)

(C/2025/5796)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: A. Posch, M. Fruhmann, M. Klamert, u F. Koppensteiner, aġenti, assititi minn H. Kristoferitsch, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Němečková u L. Wildpanner, aġenti), Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: A. Germeaux u T. Schell, aġenti, assistiti minn P. Kinsch, avukat), Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, L. Halajová, T. Müller u J. Vláčil, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment minn R. Bénard, T. Lechevallier, T. Stéhelin, sussegwentement minn T. Lechevallier u T. Stéhelin, aġenti), L-Ungerija (rappreżentanti: M. Z. Fehér, aġent, assistit minn B. Karsai, Z. Zs. Lehoczki u P. Nagy, ügyvédek), Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent), Ir-Repubblika Slovakka, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-30 ta’ Novembru 2022, L-Awstrija vs Il-Kummissjoni (T-101/18, EU:T:2022:728), hija annullata.

2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2112 tas-6 ta’ Marzu 2017 dwar il-miżura/l-iskema ta’ għajnuna/l-għajnuna mill-Istat SA.38454 - 2015/C (ex 2015/N) li l-Ungerija qed tippjana li timplimenta biex tappoġġja l-iżvilupp ta’ żewġ reatturi nukleari ġodda fl-impjant tal-enerġija nukleari Paks II hija annullata.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mir-Repubblika tal-Awstrija kemm fil-proċedura fl-ewwel istanza, kif ukoll fil-proċedura tal-appell.

4)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija u r-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza u mal-proċedura tal-appell.

5)

Ir-Repubblika Slovakka u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza.


(1)   ĠU C 104, 20.3.2023.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5796/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)