European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5789

28.10.2025

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, gruppi, impriżi u entitajiet koperti mill-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/2207, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

(C/2025/5789)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, gruppi, impriżi u entitajiet li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/2207 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 (3) li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta' persuni, gruppi, impriżi u entitajiet deżinjati fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddeċieda li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 u fir-Regolament (UE) 2016/1686 għandhom ikomplu japplikaw għal dawk il-persuni, gruppi, impriżi u entitajiet.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, gruppi, impriżi u entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2016/1686 sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament.

Il-persuni, gruppi, impriżi u entitajiet ikkonċernati jistgħu jressqu talba biex jiksbu d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għaliex ġie inkluż u nżamm isimhom fil-lista msemmija hawn fuq. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Il-persuni, gruppi, impriżi u entitajiet ikkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin iressqu talba lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġi inkluż isimhom fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. F'dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, gruppi, impriżi u entitajiet ikkonċernati għar-rieżami regolari tal-lista mill-Kunsill skont l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 u l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2016/1686. Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-rieżami li jmiss, dawn għandhom jitressqu sat-30 ta' April 2026.

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni, gruppi, impriżi u entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25.

(2)   ĠU L, 2025/2207, 28.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2207/oj.

(3)   ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5789/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)