European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5760

23.10.2025

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna

(C/2025/5760)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażijiet legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK (2), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/2038 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (4), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2039 (5).

Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni (RELEX) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment inkarigat bl-operazzjoni ta' pproċessar huwa RELEX.1, li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni 2012/642/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (PESK) 2025/2038, u r-Regolament (KE) Nru 765/2006, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2025/2039.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbiliti fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK u r-Regolament (KE) Nru 765/2006.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata mar-raġunijiet għall-elenkar.

Il-bażijiet legali għat-trattament tad-data personali huma d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 29 TUE u r-Regolamenti tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 215 TFUE li jiddeżinjaw persuni fiżiċi (suġġetti tad-data) u jimponu l-iffriżar tal-assi u r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar.

L-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta' kompitu li jsir fl-interess pubbliku skont l-Artikolu 5(1)(a) u għall-konformità mal-obbligi legali stabbiliti fl-atti legali msemmija hawn fuq li għalihom huwa soġġett il-kontrollur f'konformità mal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

L-ipproċessar huwa meħtieġ għal raġunijiet ta' interess pubbliku sostanzjali f'konformità mal-Artikolu 10(2)(g) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Il-Kunsill jista' jikseb data personali tas-suġġetti tad-data mill-Istati Membri u/jew mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Ir-riċevituri tad-data personali huma l-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

Id-data personali kollha pproċessata mill-Kunsill fil-kuntest tal-miżuri restrittivi awtonomi tal-UE tinżamm għal 5 snin mill-mument li s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet jew, jekk titressaq azzjoni legali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, sakemm tingħata sentenza finali. Id-data personali li tinsab f'dokumenti rreġistrati mill-Kunsill tinżamm mill-Kunsill għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Il-Kunsill jista' jkollu bżonn jiskambja data personali dwar suġġett tad-data ma' pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali fil-kuntest tat-traspożizzjoni mill-Kunsill tad-deżinjazzjonijiet tan-NU jew fil-kuntest tal-kooperazzjoni internazzjonali rigward il-politika tal-UE dwar il-miżuri restrittivi.

Fin-nuqqas ta' deċiżjoni ta' adegwatezza, jew ta' salvagwardji xierqa, it-trasferiment ta' data personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jkun ibbażat fuq il-kundizzjoni(jiet) li ġejja/ġejjin, skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) 2018/1725:

it-trasferiment ikun meħtieġ għal raġunijiet importanti ta' interess pubbliku;

it-trasferiment ikun meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' talbiet legali.

L-ebda teħid ta' deċiżjoni awtomatizzat ma huwa involut fl-ipproċessar tad-data personali tas-suġġett tad-data.

Is-suġġetti tad-data għandhom id-dritt għall-informazzjoni u d-dritt ta' aċċess għad-data personali tagħhom. Għandhom ukoll id-dritt li jikkoreġu u jimlew id-data kollha tagħhom. F'ċerti ċirkostanzi, jista' jkollhom id-dritt li jiksbu t-tħassir tad-data personali tagħhom, jew id-dritt li joġġezzjonaw għall-ipproċessar tad-data personali tagħhom jew li jitolbu li din tiġi ristretta.

Is-suġġetti tad-data jistgħu jeżerċitaw dawn id-drittijiet billi jibagħtu email lill-kontrollur b'kopja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data kif indikat hawn fuq.

Mehmuża mat-talba tagħhom, jeħtieġ li s-suġġetti tad-data jipprovdu kopja ta' dokument ta' identifikazzjoni biex jikkonfermaw l-identità tagħhom (karta tal-identità jew passaport). Dan id-dokument għandu jkollu numru ta' identifikazzjoni, il-pajjiż tal-ħruġ, il-perjodu ta' validità, l-isem, l-indirizz u d-data tat-twelid. Kull data oħra li tkun tinsab fil-kopja tad-dokument ta' identifikazzjoni, bħal ritratt jew xi karatteristika personali, tista' titgħatta bl-iswed.

Is-suġġetti tad-data għandhom id-dritt li jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).

Qabel jagħmlu dan, huwa rrakkomandat li s-suġġetti tad-data l-ewwel jippruvaw jiksbu rimedju billi jikkuntattjaw lill-kontrollur u/jew lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kunsill.


(1)   ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)   ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.

(3)   ĠU L, 2025/2038, 23.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/2038/oj.

(4)   ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.

(5)   ĠU L, 2025/2039, 23.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2039/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5760/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)