European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5758

24.10.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12144 – ECHELON DC / IBERDROLA / CPD4GREEN CENTRO DE DATOS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/5758)

1.   

Fis-17 ta’ Ottubru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Echelon DC Holdings Ltd (“Echelon DC”, l-Irlanda), ikkontrollata minn Starwood Capital Group u Nimol Holdings Ltd,

Iberdrola Participaciones S.A.U. (“Iberdrola”, Spanja), ikkontrollata minn Iberdrola, S.A.

Echelon DC u Iberdrola se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta ġdida, CPD4Green Centro de Datos, S.L.U. (il-“JV”).

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

Echelon DC tiżviluppa u topera ċentri tad-data fuq skala kbira għall-intrapriżi, il-fornituri tal-cloud, u l-kumpaniji tat-teknoloġija,

Iberdrola tiffoka fuq il-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ tal-elettriku, b’enfasi qawwija fuq l-enerġija rinnovabbli.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali ta’ JVse jkunu dawn: l-iżvilupp u l-operat ta’ diversi ċentri tad-data madwar Spanja.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12144 — ECHELON DC / IBERDROLA / CPD4GREEN CENTRO DE DATOS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet/Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-‘“Regolament dwar l-Għaqdiet’”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5758/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)