|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5737 |
23.10.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12116 — SODEXO / GRUPO MEDITERRANEA DE CATERING)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/5737)
1.
Fis-16 ta’ Ottubru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
SODEXO, S.A. (“SODEXO”, Franza), |
|
— |
GRUPO MEDITERRANEA DE CATERING, S.L (“MECA”, Spanja), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Portobello Capital Gestión. |
SODEXO se takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll esklużiv ta’ MECA kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
SODEXO hija l-kumpanija omm tal-Grupp SODEXO, attiva fis-servizzi tal-catering u tal-ikel u fil-ġestjoni tal-faċilitajiet globalment, |
|
— |
MECA topera servizzi tal-catering u tal-ikel fi Spanja, fis-setturi tal-edukazzjoni, tal-kura tas-saħħa, tal-kumpaniji u tal-avvenimenti. Fil-Portugall, MECA hija attiva biss fl-edukazzjoni u l-catering għall-kura tas-saħħa. Barra mill-UE, MECA topera wkoll fiċ-Ċilì u fil-Perù. |
3.
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-osservazzjonijiet li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12116 — SODEXO / GRUPO MEDITERRANEA DE CATERING
L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika jew bil-posta. Jekk jogħġbok uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Kummissjoni Ewropea |
|
Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
IL-BELĠJU/BELGIQUE |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5737/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)