|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5712 |
3.11.2025 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2025 – Syndicat National des Artistes Tatoueurs et des professionnels du tatouage u Auville vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-294/24) (1)
(Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem - Restrizzjonijiet fuq sustanzi fil-linka tat-tatwaġġi u tal-make-up permanenti - Regolament (UE) 2020/2081 - Dannu reali u ċert - Rikors manifestament infondat fid-dritt)
(C/2025/5712)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Syndicat National des Artistes Tatoueurs et des professionnels du tatouage (Étampes, Franza), Cyril Auville (Pariġi, Franza) (rappreżentant: F. Di Vizio, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Tricot u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Maertens u M. Jespersen, aġenti), L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: M. Heikkilä, W. Broere u N. Herbatschek, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 268 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu kumpens għad-dannu li huma allegatament ġarrbu minħabba l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/2081 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) rigward is-sustanzi fil-linka tat-tatwaġġi jew fil-make-up permanenti (ĠU 2020, L 423, p. 6, iktar ’il quddiem ir-“Regolament kontenzjuż”). Barra minn hekk, huma jinvokaw, bis-saħħa tal-Artikolu 277 TFUE, eċċezzjoni ta’ illegalità tar-Regolament kontenzjuż.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Is-Syndicat National des Artistes Tatoueurs et des professionnels du tatouage u Cyril Auville huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
3) |
Ir-Renju tad-Danimarka u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5712/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)