European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5688

3.11.2025

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2025 – ClientEarth vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-579/22)  (1)

(Ambjent - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Caħda ta’ talba għal eżami mill-ġdid intern - Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Regolament Delegat (UE) 2021/2139 - Attivitajiet relatati mal-bijoenerġija - Bijomassa tal-injam - Manifattura ta’ sustanzi kimiċi bażiċi organiċi - Manifattura ta’ plastik f’forma primarja - Tassonomija - Rekwiżiti applikabbli għall-kriterji tekniċi ta’ skrinjar - Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2020/852 - Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima - Artikolu 10 tar-Regolament 2020/852 - Attivitajiet tranżitorji - Limitu kwantitattiv - Evidenza xjentifika konklużiva - Ċiklu tal-ħajja - Prinċipju ta’ prekawzjoni - Prinċipju li ma tiġix ikkawżata ħsara sinjifikattiva għall-għanijiet ambjentali - Artikolu 17 tar-Regolament 2020/852 - Ekonomija ċirkolari - Riżorsi tal-ilma u tal-baħar - Tniġġis)

(C/2025/5688)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ClientEarth AISBL (Ixelles, il-Belġju) (rappreżentant: T. Johnston, barrister)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. von Rintelen, C. Auvret, G. Gattinara, R. Lindenthal u B. De Meester, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: T. Stéhelin u B. Fodda, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti, titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Ares(2022) 4942150 tas-6 ta’ Lulju 2022 li permezz tagħha din ċaħdet it-talba għal eżami mill-ġdid intern tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 tagħha tal-4 ta’ Ġunju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li fihom attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u sabiex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra (ĠU 2021, L 442, p. 1, rettifika fil-ĠU 2023, L 178, p. 10), fir-rigward ta’ ċerti aspetti relatati mal-attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-bijoenerġija, mal-manifattura ta’ sustanzi kimiċi bażiċi organiċi u mal-manifattura ta’ plastik f’forma primarja

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ClientEarth AISBL għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)   ĠU C 45, 6.2.2023.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5688/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)