|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5635 |
22.10.2025 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tal-10 ta’ Ottubru 2025
li tapprova l-pjan fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju tal-Ġermanja u li tippermetti lill-Ġermanja tiddevja mir-rati massimi ta' tkabbir fin-nefqa netta kif stabbiliti mill-Kunsill skont ir-Regolament (UE) 2024/1263 (Attivazzjoni tal-klawżola liberatorja nazzjonali)
(C/2025/5635)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 121 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1263, u b'mod partikolari l-Artikoli 17 u 26 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI
|
(1) |
Fit-30 ta' April 2024 daħal fis-seħħ qafas ta' governanza ekonomika tal-UE riformat. Ir-Regolament (UE) 2024/1263 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni effettiva tal-politiki ekonomiċi u dwar is-sorveljanza baġitarja multilaterali (1), flimkien mar-Regolament emendat (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (2), u d-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE emendata dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (3), huma l-elementi ewlenin tal-qafas riformat ta' governanza ekonomika tal-UE. Il-qafas għandu l-għan li jippromwovi finanzi pubbliċi sodi u sostenibbli u tkabbir sostenibbli u inklużiv u r-reżiljenza permezz ta' riformi u investimenti, u l-prevenzjoni ta' defiċits eċċessivi tal-gvern. Jippromwovi s-sjieda nazzjonali u għandu fokus akbar fuq terminu medju, ikkombinat ma' infurzar aktar effettiv u koerenti tar-regoli. |
|
(2) |
Il-pjanijiet fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju li l-Istati Membri jippreżentaw lill-Kunsill u lill-Kummissjoni huma fiċ-ċentru tal-qafas ta' governanza ekonomika l-ġdid. Il-pjanijiet iridu jilħqu żewġ objettivi: (i) jiżguraw li, fost oħrajn, sa tmiem il-perjodu ta' aġġustament, id-dejn tal-gvern estiż ikun fuq trajettorja ta' tnaqqis plawżibbli, jew jibqa' f'livelli prudenti, u li d-defiċit tal-gvern jinġieb u jinżamm taħt il-valur referenzjarju ta' 3 % tal-prodott domestiku gross (PDG) fuq it-terminu medju, u (ii) jiżguraw it-twettiq ta' riformi u investimenti li jirrispondu għall-isfidi ewlenin identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u jindirizzaw il-prijoritajiet komuni tal-UE. Għal dak l-għan, kull pjan irid jippreżenta impenn fuq terminu medju għar-rati massimi ta' tkabbir fin-nefqa netta (4), li effettivament jistabbilixxi restrizzjoni baġitarja għad-durata tal-pjan, li tkopri 4 jew 5 snin (skont it-terminu regolari tal-leġiżlatura fi Stat Membru). Barra minn hekk, il-pjan għandu jispjega kif l-Istat Membru ser jiżgura t-twettiq ta' riformi u investimenti li jirrispondu għall-isfidi ewlenin identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, b'mod partikolari fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs, inklużi dawk li jappartjenu għall-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi (MIP), jekk applikabbli), u kif l-Istat Membru ser jindirizza l-prijoritajiet komuni tal-Unjoni. Il-perjodu għall-aġġustament fiskali jkopri perjodu ta' erba' snin, li jista' jiġi estiż b'massimu ta' tliet snin jekk l-Istat Membru jimpenja ruħu li jwettaq sett ta' riformi u investimenti rilevanti li jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2024/1263. |
|
(3) |
Wara l-preżentazzjoni tal-pjan, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk dan jikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2024/1263. |
|
(4) |
Fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu mbagħad jadotta rakkomandazzjoni li tistabbilixxi r-rati massimi ta' tkabbir fin-nefqa netta tal-Istat Membru kkonċernat u, fejn applikabbli, japprova s-sett ta' impenji ta' riforma u ta' investiment li jirfdu estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament fiskali. |
|
(5) |
Il-qafas jipprevedi flessibbiltà fl-applikazzjoni tar-regoli fil-każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali barra mill-kontroll tal-Istati Membri li għandhom impatt kbir fuq il-finanzi pubbliċi, f'konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2024/1263. F'dak il-każ, wara talba minn Stat Membru u fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni bbażata fuq l-analiżi tagħha, il-Kunsill jista' fi żmien 4 ġimgħat mir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni jadotta rakkomandazzjoni li tippermetti lil Stat Membru jiddevja mir-rati massimi ta' tkabbir tiegħu fin-nefqa netta kif stabbiliti mill-Kunsill, fejn (i) ċirkostanzi eċċezzjonali barra mill-kontroll tal-Istat Membru, (ii) ikollhom impatt kbir fuq il-finanzi pubbliċi tal-Istat Membru kkonċernat, u (iii) dment li tali devjazzjoni ma tkunx ta' periklu għas-sostenibbiltà fiskali fuq it-terminu medju. Il-Kunsill irid jispeċifika limitu ta' żmien għal tali devjazzjoni. |
KUNSIDERAZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW IL-PJAN FISKALI-STRUTTURALI NAZZJONALI FUQ TERMINU MEDJU TAL-ĠERMANJA
|
(6) |
Fis-17 ta' Lulju 2025, il-Ġermanja ppreżentat il-pjan fiskali-strutturali nazzjonali tagħha fuq terminu medju lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Il-preżentazzjoni saret wara estensjoni tal-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2024/1263, kif maqbul mal-Kummissjoni fid-dawl tar-raġunijiet ipprovduti mill-Ġermanja. L-estensjoni ġiet maqbula hekk kif il-gvern nazzjonali preċedenti kien tilef il-maġġoranza parlamentari tiegħu u kienu ssejħu l-elezzjonijiet parlamentari għat-23 ta' Frar 2025, segwiti minn diversi ġimgħat ta' negozjati ta' koalizzjoni, li wasslu għal ftehim ta' koalizzjoni fid-9 ta' April 2025 u l-formazzjoni ta' gvern ġdid fis-6 ta' Mejju 2025. |
Proċess qabel il-preżentazzjoni tal-pjan
|
(7) |
Sabiex jiġi inkwadrat id-djalogu li jwassal għas-sottomissjoni tal-pjanijiet fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju, fil-17 ta' Ġunju 2025 il-Kummissjoni bagħtet il-gwida preliminari tagħha li inkludiet it-trajettorja referenzjarja (5) lill-Ġermanja, f'konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2024/1263. Il-Kummissjoni ppubblikat it-trajettorja referenzjarja fl-24 ta' Lulju 2025 (6). It-trajettorja referenzjarja hija bbażata fuq ir-riskju u ser tiżgura li, sa tmiem il-perjodu ta' aġġustament fiskali u fin-nuqqas ta' aktar miżuri baġitarji lil hinn mill-perjodu ta' aġġustament, id-dejn tal-gvern estiż ser ikun fuq trajettorja plawżibbli 'l isfel jew jibqa' f'livelli prudenti fuq it-terminu medju, u li dak id-defiċit tal-gvern estiż jinġieb taħt it-3 % tal-PDG matul il-perjodu ta' aġġustament u jinżamm taħt dak il-valur referenzjarju fuq terminu medju. It-terminu medju huwa definit bħala l-perjodu ta' għaxar snin wara t-tmiem tal-perjodu ta' aġġustament. F'konformità mal-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (UE) 2024/1263, it-trajettorja referenzjarja hija konsistenti wkoll mas-salvagwardja tas-sostenibbiltà tad-dejn u mas-salvagwardja tar-reżiljenza tad-defiċit. Abbażi tas-suppożizzjonijiet tal-Kummissjoni u jekk wieħed jassumi perjodu ta' aġġustament ta' seba' snin, it-trajettorja referenzjarja pprovduta lill-Ġermanja tistabbilixxi li n-nefqa netta ma għandhiex tikber b'aktar mill-valuri pprovduti fit-Tabella 1. Dan jikkorrispondi għal tkabbir annwali medju fin-nefqa netta ta' 1,8 % fuq il-perjodu ta' aġġustament ta' seba' snin (2025-2031) u ta' 1,7 % fuq il-perjodu ta' ħames snin kopert mill-pjan (2025–2029). L-orizzont tal-pjan huwa ta' 5 snin (2025–2029) minflok l-4 snin tas-soltu minħabba li fid-dawl tal-elezzjonijiet federali li saru b'mod eċċezzjonali fi Frar 2025, il-gvern federali attwali ser jkun responsabbli għat-tħejjija ta' ħames liġijiet baġitarji minflok erbgħa. Tabella 1: Trajettorja referenzjarja pprovduta mill-Kummissjoni lill-Ġermanja fis-17 ta' Ġunju 2025
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(8) |
F'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2024/1263, il-Ġermanja u l-Kummissjoni impenjaw ruħhom fi djalogu tekniku f'Ġunju u f'Lulju 2025. Id-djalogu ffoka fuq ir-rati massimi ta' tkabbir fin-nefqa netta previsti mill-Ġermanja u s-suppożizzjonijiet sottostanti tagħha kif ukoll is-sett previst ta' impenji ta' riforma u ta' investiment biex jirfdu estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament, inkluż riformi li jippermettu l-investiment u miżuri mmirati lejn is-simplifikazzjoni, l-effiċjenza u t-titjib tal-provvista ta' ħaddiema. Fid-djalogu, il-Ġermanja u l-Kummissjoni ddiskutew ukoll it-twettiq previst ta' riformi u investimenti li jirrispondu għall-isfidi ewlenin identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u l-prijoritajiet komuni tal-Unjoni, jiġifieri tranżizzjoni ekoloġika u diġitali ġusta, ir-reżiljenza soċjali u ekonomika, is-sigurtà tal-enerġija u l-bini tal-mezzi tad-difiża. |
|
(9) |
F'Lulju 2025, f'konformità mal-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 36(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2024/1263, skont l-informazzjoni pprovduta mill-Ġermanja fil-pjan tagħha, il-Ġermanja kienet involuta fi proċess ta' konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili, mas-sħab soċjali u mal-awtoritajiet reġjonali. |
|
(10) |
Il-Kunsill ta' Stabbiltà, korp konġunt tal-Federazzjoni Ġermaniża u l-Länder, ta opinjoni (7) dwar it-tbassir makroekonomiku u s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi li jirfdu r-rati massimi ta' tkabbir pluriennali fin-nefqa netta. B'mod ġenerali, il-perkors tan-nefqa fil-pjan fuq terminu medju tqies bħala konformi mar-regoli tal-UE u jappoġġa t-tkabbir ekonomiku. Il-Kunsill ta' Stabbiltà nnota li valutazzjoni affidabbli setgħet issir biss wara li l-projezzjoni għall-pajjiż kollu tkun ġiet rieżaminata f'Ottubru 2025 u ssottolinja l-importanza tal-implimentazzjoni ta' miżuri li jsaħħu t-tkabbir, id-dixxiplina fl-infiq, u r-riformi strutturali biex jintlaħqu l-miri. |
|
(11) |
Il-pjan ġie ppreżentat lill-Parlament fl-20 u l-21 ta' Lulju 2025 permezz tal-kumitati parlamentari rilevanti. |
Proċessi relatati oħra
|
(12) |
Fil-15 ta' Ottubru 2024, il-Ġermanja ppreżentat l-Abbozz ta' Pjan Baġitarju tagħha għas-sena 2025. Il-Kummissjoni adottat opinjoni dwar dan l-Abbozz ta' Pjan Baġitarju fis-26 ta' Novembru 2024 (8). Minħabba l-iżviluppi politiċi fil-Ġermanja, l-abbozz tal-baġit tal-2025, li abbażi tiegħu l-Kummissjoni adottat l-opinjoni tagħha, ma ġiex ivvutat jew approvat mill-parlament nazzjonali u ma daħalx fis-seħħ. Wara l-elezzjonijiet federali, tħejja abbozz ta' baġit rivedut għall-2025 mill-gvern federali u kien mistenni jiġi adottat mill-parlament nazzjonali lejn l-aħħar ta' Settembru 2025. Barra minn hekk, il-gvern federali adotta l-abbozz tal-liġi tal-baġit 2026 fit-30 ta' Lulju 2025, wara l-preżentazzjoni tal-pjan. Huwa mistenni jiġi adottat mill-parlament nazzjonali fil-bidu ta' Diċembru 2025. Il-Ġermanja mistennija tippreżenta l-Abbozz ta' Pjan Baġitarju tagħha għall-2026 sal-15 ta' Ottubru 2025. |
|
(13) |
Fl-24 ta' April 2025, il-Ġermanja talbet l-attivazzjoni tal-klawżola liberatorja nazzjonali biex takkomoda nfiq ogħla fid-difiża, f'konformità mal-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2024/1263 u wara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (C(2025) 2000 final) tad-19 ta' Marzu 2025. Għalhekk, din it-talba ġiet ippreżentata qabel il-preżentazzjoni tal-pjan fiskali-strutturali fuq terminu medju. It-talba għall-attivazzjoni tal-klawżola liberatorja nazzjonali ġiet ivvalutata mill-Kummissjoni fl-istess waqt tal-valutazzjoni tal-pjan fiskali-strutturali fuq terminu medju. Għalhekk, il-valutazzjoni tal-pjan tqis l-attivazzjoni tal-klawżola liberatorja nazzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-impatt tas-salvagwardja tas-sostenibbiltà tad-dejn u s-salvagwardja tar-reżiljenza tad-defiċit. |
|
(14) |
Is-salvagwardja tas-sostenibbiltà tad-dejn u s-salvagwardja tar-reżiljenza tad-defiċit (l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (UE) 2024/1263) ġew stabbiliti biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jimplimentaw aġġustament fiskali minimu, li jista' jkun aktar strett minn dak li huwa meħtieġ mill-approċċ ibbażat fuq is-sostenibbiltà. Dawn is-salvagwardji ma jitqisux matul il-perjodu tal-attivazzjoni tal-klawżola liberatorja nazzjonali. Dan l-approċċ jiżgura li l-kundizzjoni ta' sostenibbiltà tal-klawżola liberatorja nazzjonali tiġi applikata b'mod ugwali għall-Istati Membri kollha. |
|
(15) |
Fit-8 ta' Lulju 2025, il-Kunsill indirizza lill-Ġermanja sensiela ta' rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs) fil-kuntest tas-Semestru Ewropew (9). |
SOMMARJU TAL-PJAN U L-VALUTAZZJONI TIEGĦU MILL-KUMMISSJONI
|
(16) |
F'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2024/1263, il-Kummissjoni vvalutat il-pjan kif ġej: |
Kuntest: is-sitwazzjoni u l-prospettiva makroekonomiċi u fiskali
|
(17) |
L-attività ekonomika fil-Ġermanja naqset b'0,5 % fl-2024, minħabba tnaqqis fl-esportazzjonijiet u l-investiment (10). Skont it-Tbassir tar-Rebbiegħa 2025 tal-Kummissjoni, ippubblikat f'Mejju 2025, l-ekonomija mistennija tistaġna fl-2025, peress li l-irkupru fil-konsum privat u l-investiment huwa fil-biċċa l-kbira paċuti mill-impatt negattiv tal-esportazzjonijiet netti. Fl-2026, il-PDG reali mistenni jiżdied b'1,1 %, appoġġat mill-irkupru tal-esportazzjonijiet u t-tkabbir kontinwu fil-konsum privat u l-investiment. Matul il-perjodu ta' tbassir (jiġifieri fl-2025–2026), it-tkabbir potenzjali tal-PDG fil-Ġermanja mistenni jonqos ftit minn 0,5 % fl-2024 għal 0,3 % fl-2025 u l-2026, xprunat prinċipalment minn tnaqqis fil-popolazzjoni fl-età tax-xogħol, tnaqqis kontinwu tas-sigħat maħduma għal kull impjegat, u tkabbir baxx fil-produttività totali tal-fatturi. Ir-rata tal-qgħad kienet 3,4 % fl-2024, u hija pprojettata mill-Kummissjoni li tammonta għal 3,6 % fl-2025 u għal 3,3 % fl-2026. L-inflazzjoni (kif definita mid-deflatur tal-PDG) hija pprojettata li tonqos minn 3,1 % fl-2024 għal 2,4 % fl-2025, u 2,2 % fl-2026. L-intenzjonijiet ta' politika tal-gvern li jagħti spinta lill-infrastruttura u l-infiq fid-difiża kienu għadhom ma humiex dettaljati biżżejjed biex jiġu inklużi fit-Tbassir tar-Rebbiegħa 2025 tal-Kummissjoni sad-data limitu tiegħu. Ir-rilaxxi tad-data u l-iżviluppi tal-politika sa mill-pubblikazzjoni tat-Tbassir tar-Rebbiegħa jissuġġerixxu li t-tkabbir ekonomiku fl-2025 u l-2026 kif ukoll id-deflatur tal-PDG għall-2025 jistgħu jkunu ogħla milli mistenni fir-rebbiegħa. |
|
(18) |
Fir-rigward tal-iżviluppi fiskali, fl-2024 id-defiċit tal-gvern estiż tal-Ġermanja ammonta għal 2,8 % tal-PDG (11). Skont it-Tbassir tar-Rebbiegħa 2025 tal-Kummissjoni, mistenni jibqa' ġeneralment stabbli għal 2,7 % tal-PDG fl-2025 u, fuq bażi ta' ebda bidla fil-politika, li jiżdied għal 2,9 % fl-2026. Id-dejn tal-gvern estiż kien 62,5 % tal-PDG fi tmiem l-2024. Skont it-Tbassir tar-Rebbiegħa 2025 tal-Kummissjoni, huwa pprojettat li jiżdied għal 63,8 % tal-PDG fi tmiem l-2025 u għal 64,7 % tal-PDG fi tmiem l-2026. Dawn it-tbassiriet ma jikkunsidrawx avviżi ta' politika aktar reċenti msemmija fil-pjan fuq terminu medju, peress li ġew ippreżentati wara d-data limitu għat-Tbassir tar-Rebbiegħa. Fl-24 ta' Ġunju u fit-30 ta' Lulju 2025, il-gvern federali Ġermaniż adotta l-baġits federali għall-2025 u l-2026. Il-baġits jindikaw żieda fin-nefqa u d-defiċit fl-2025 u l-2026 meta mqabbla mat-Tbassir tar-Rebbiegħa 2025 tal-Kummissjoni. |
Ir-rati massimi ta' tkabbir fin-nefqa netta u s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi ewlenin fil-pjan
|
(19) |
Il-pjan fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju tal-Ġermanja jkopri l-perjodu 2025–2029 u jippreżenta aġġustament fiskali fuq 7 snin (2025–2031). |
|
(20) |
Il-pjan jinkludi l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2024/1263 ħlief l-informazzjoni dettaljata dwar it-trajettorja referenzjarja tal-Kummissjoni meħtieġa mill-Artikolu 13, il-punt (b), u informazzjoni dwar l-obbligazzjonijiet impliċiti u kontinġenti meħtieġa mill-Artikolu 13, il-punt (g), tar-Regolament (UE) 2024/1263. |
|
(21) |
Il-pjan jimpenja ruħu għar-rati massimi ta' tkabbir fin-nefqa netta indikati fit-Tabella 2, filwaqt li jqis l-attivazzjoni tal-klawżola liberatorja nazzjonali, jiġifieri mingħajr ir-rekwiżiti li jirriżultaw mis-salvagwardji (ara t-Tabella 2 il-parti t'isfel), li jikkorrispondu għat-tkabbir medju massimu fin-nefqa netta ta' 2,9 % matul is-snin 2025–2029. It-tkabbir medju fin-nefqa netta rrapportat fil-pjan matul il-perjodu ta' aġġustament (2025-2031) huwa ogħla mit-trajettorja referenzjarja trażmessa mill-Kummissjoni fis-17 ta' Ġunju 2025. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni kienet ibbażata fuq ir-rati massimi ta' tkabbir fin-nefqa netta mingħajr ir-rekwiżiti li jirriżultaw mis-salvagwardji. Barra minn hekk, il-Ġermanja timpenja ruħha għal sett ta' riformi u investimenti bl-għan li testendi l-perjodu ta' aġġustament għal seba' snin (2025–2031), li matulhom it-tkabbir medju massimu fin-nefqa netta huwa ppjanat li jkun ta' 2,8 %. Tabella 2: It-tkabbir massimu fin-nefqa netta fil-pjan tal-Ġermanja bis-salvagwardja tas-sostenibbiltà tad-dejn u s-salvagwardja tar-reżiljenza tad-defiċit u mingħajrha (rati ta' tkabbir annwali u kumulattiv f'%, f'termini nominali)
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Implikazzjonijiet tal-impenji tan-nefqa netta tal-pjan għad-dejn tal-gvern estiż
|
(22) |
Jekk ir-rati massimi ta' tkabbir fin-nefqa netta skont l-impenn meħud fil-pjan (ara t-Tabella 2, il-parti t'isfel) u s-suppożizzjonijiet sottostanti jimmaterjalizzaw, id-dejn tal-gvern estiż, skont il-pjan, jiżdied gradwalment minn 62,5 % tal-PDG fi tmiem l-2024 għal 64,4 % tal-PDG fi tmiem il-perjodu ta' aġġustament (2031), kif muri fit-Tabella 3. Wara l-perjodu ta' aġġustament, jiġifieri fit-terminu medju, id-dejn tal-gvern estiż huwa pprojettat li jonqos, u jilħaq 56,5 % tal-PDG fl-2041. Tabella 3: Id-dejn tal-gvern estiż u l-iżviluppi fil-bilanċ fil-pjan tal-Ġermanja
Skont il-pjan, il-proporzjon tad-dejn tal-gvern estiż għall-PDG jaqbad trajettorja ta' tnaqqis sa tmiem il-perjodu ta' aġġustament (2031). Dan huwa plawżibbli peress li, abbażi tas-suppożizzjonijiet tal-pjan, id-dejn huwa pprojettat li jonqos matul l-10 snin wara l-perjodu ta' aġġustament skont it-testijiet tal-istress deterministiċi kollha tal-Analiżi tas-Sostenibbiltà tad-Dejn tal-Kummissjoni, u l-projezzjonijiet stokastiċi jindikaw bi probabbiltà għolja biżżejjed li d-dejn ser jonqos. Għalhekk, abbażi tal-impenji ta' politika u s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi tal-pjan, ir-rati massimi ta' tkabbir fin-nefqa netta mressqa fil-pjan huma konsistenti mar-rekwiżit għad-dejn kif stabbilit fl-Artikolu 6, il-punt (a), u l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2024/1263. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Implikazzjonijiet tal-impenji tan-nefqa netta tal-pjan għall-bilanċ tal-gvern estiż
|
(23) |
Abbażi tar-rati massimi ta' tkabbir fin-nefqa netta u s-suppożizzjonijiet tal-pjan, id-defiċit tal-gvern estiż għandu jonqos progressivament minn 2,7 % tal-PDG fl-2024 għal 1,8 % tal-PDG fl-2029 u għal 1,1 % tal-PDG fi tmiem il-perjodu ta' aġġustament (2031). Għalhekk, skont il-pjan, il-bilanċ tal-gvern estiż mhux ser jaqbeż il-valur referenzjarju ta' 3 % tal-PDG fi tmiem il-perjodu ta' aġġustament (2031), għalkemm huwa pprojettat li jaqbeż dak il-valur fis-snin bikrin tal-pjan. Barra minn hekk, fl-10 snin wara l-perjodu ta' aġġustament (jiġifieri sal-2041), id-defiċit tal-gvern ma jkunx jaqbeż it-3 % tal-PDG. Għalhekk, abbażi tal-impenji ta' politika u s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi tal-pjan, ir-rati massimi ta' tkabbir fin-nefqa netta mressqa fil-pjan huma konsistenti mar-rekwiżit għad-defiċit kif stabbilit fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2024/1263. |
Il-profil taż-żmien tal-aġġustament fiskali
|
(24) |
Il-profil taż-żmien tal-aġġustament fiskali, imkejjel bħala l-bidla annwali fil-bilanċ primarju strutturali, huwa pospost mill-2025-2026 għall-2027-2031, meta mqabbel mal-perkors lineari msemmi bħala regola skont l-Artikolu 6, il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2024/1263. Il-pjan jipprevedi politiki espansjonarji fl-2025–2026 xprunati minn żieda fl-infiq (ara l-premessa 27), u konsolidazzjoni sinifikanti matul l-2027–2029. Il-pożizzjoni fiskali espansjonarja inizjali fl-ewwel snin tal-pjan hija maħsuba biex tappoġġa l-attività u l-investiment wara sentejn ta' tkabbir reali negattiv tal-PDG. B'mod ġenerali, ir-rati massimi ta' tkabbir fin-nefqa netta matul il-perjodu ta' 5 snin tal-pjan huma konsistenti mal-klawżola ta' salvagwardja mingħajr posponiment stabbilita fl-Artikolu 6, il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2024/1263, peress li l-isforz ta' aġġustament fiskali matul il-perjodu tal-pjan (2025–2029) huwa proporzjonali mal-isforz totali matul il-perjodu ta' aġġustament kollu (2025–2031). Tabella 4: Żviluppi fil-bilanċ primarju strutturali fil-pjan tal-Ġermanja
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kunsiderazzjonijiet speċifiċi għall-applikazzjoni tas-salvagwardja tar-reżiljenza tad-defiċit u s-salvagwardja tas-sostenibbiltà tad-dejn fil-każ tal-Ġermanja matul l-attivazzjoni tal-klawżola liberatorja nazzjonali
|
(25) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2024/1263, l-aġġustament fiskali għandu jkompli, fejn meħtieġ, sakemm l-Istat Membru kkonċernat jilħaq livell ta' defiċit li jipprovdi marġni ta' reżiljenza komuni f'termini strutturali ta' 1,5 % tal-PDG relattiv għall-valur referenzjarju tad-defiċit ta' 3 % tal-PDG (is-salvagwardja tar-reżiljenza tad-defiċit). Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2024/1263, il-proporzjon tad-dejn ipprojettat huwa meħtieġ li jonqos b'ammont medju annwali minimu ta' 0,5 punti perċentwali sakemm il-proporzjon tad-dejn għall-PDG jibqa' bejn 60 % u 90 % (is-salvagwardja tas-sostenibbiltà tad-dejn). Jekk il-kundizzjonijiet ta' attivazzjoni tal-klawżola liberatorja nazzjonali jiġu ssodisfati, u għad-durata ta' din l-attivazzjoni, jenħtieġ li l-flessibbiltà permessa tiġi kkalkulata netta mill-impatt ta' dawn iż-żewġ salvagwardji biex jiġi żgurat trattament ugwali fost l-Istati Membri. Għalhekk, f'din iċ-ċirkostanza speċifika, il-valutazzjoni tal-pjan fiskali-strutturali fuq terminu medju u l-valutazzjoni tat-talba għall-attivazzjoni tal-klawżola liberatorja nazzjonali jenħtieġ li jsiru b'mod integrat. B'mod partikolari, minħabba l-attivazzjoni tal-klawżola liberatorja nazzjonali, ma hemmx bżonn li jiġi vverifikat jekk il-pjan fuq terminu medju tal-Ġermanja huwiex konsistenti mas-salvagwardji għall-perjodu 2025–2028 kopert mill-klawżola liberatorja nazzjonali. Għall-bqija tal-perjodu ta' aġġustament (2029–2031), peress li l-klawżola liberatorja nazzjonali mhux ser tibqa' tapplika, hemm bżonn li jiġi vverifikat jekk il-pjan fiskali-strutturali fuq terminu medju tal-Ġermanja jirrispettax is-salvagwardji. Ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2024/1263 rigward is-salvagwardja tar-reżiljenza tad-defiċit, li għandu l-għan li jipprovdi marġni komuni relatat mal-valur referenzjarju tad-defiċit ta' 3 % tal-PDG, japplika għall-Ġermanja mill-2029. Fl-2029, l-2030 u l-2031, f'konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2024/1263, għalhekk jenħtieġ li l-aġġustament annwali fil-bilanċ primarju strutturali mistenni fil-pjan fuq terminu medju, ma jkunx inqas minn 0,25 % tal-PDG jekk id-defiċit strutturali mistenni jibqa' 'l fuq minn 1,5 % tal-PDG fis-sena preċedenti, biex jinkiseb marġni komuni ta' reżiljenza f'termini strutturali ta' 1,5 % tal-PDG. L-aġġustament fiskali li jirriżulta mill-impenji ta' politika u s-suppożizzjonijiet jaqbeż iż-0,25 % tal-PDG fl-2029, l-2030 u l-2031. Għalhekk, abbażi tal-impenji ta' politika u s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi tal-pjan, ir-rati massimi ta' tkabbir fin-nefqa netta mressqa fil-pjan huma konsistenti mas-salvagwardja tar-reżiljenza tad-defiċit għall-perjodu 2029–2031. F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2024/1263, peress li d-dejn tal-gvern estiż ser ikun ogħla minn 60 % tal-PDG (iżda anqas minn 90 %) matul il-perjodu ta' aġġustament skont il-pjan, il-proporzjon tad-dejn meħtieġ li jonqos b'mill-inqas 0,5 punti perċentwali bħala medja kull sena sakemm jaqa' taħt is-60 %. It-tnaqqis medju huwa kkalkulat matul il-perjodu 2029–2031 u jammonta għal 0,8 punti perċentwali. Għalhekk, abbażi tal-impenji ta' politika u s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi tal-pjan, ir-rati massimi ta' tkabbir fin-nefqa netta mressqa fil-pjan huma konsistenti mas-salvagwardja tas-sostenibbiltà tad-dejn għall-perjodu 2029–2031. |
Suppożizzjonijiet makroekonomiċi tal-pjan
|
(26) |
Il-pjan huwa bbażat fuq sett ta' suppożizzjonijiet li huma differenti mis-suppożizzjonijiet tal-Kummissjoni li jirfdu t-trajettorja referenzjarja trażmessa lill-Ġermanja fis-17 ta' Ġunju 2025 (ara t-Tabella 5). B'mod partikolari, il-pjan juża suppożizzjonijiet differenti għall-pożizzjoni tal-bidu fl-2024, għat-tkabbir potenzjali, għall-PDG reali u għad-deflatur tal-PDG, billi jqis data aktar reċenti. Hija meħtieġa valutazzjoni bir-reqqa ta' dawn id-differenzi, speċjalment peress li t-tkabbir medju massimu fin-nefqa netta fil-pjan huwa ogħla mit-trajettorja referenzjarja. Id-differenzi fis-suppożizzjonijiet bl-aktar impatt sinifikanti fuq it-tkabbir fin-nefqa netta medja huma elenkati hawn taħt, flimkien ma' valutazzjoni ta' kull differenza kkunsidrata weħidha. (27) Il-pjan juża tkabbir tal-output potenzjali regolari matul il-perjodu 2024–2041, li jirriżulta f'output potenzjali medju ogħla matul il-perjodu ta' aġġustament fil-pjan meta mqabbel mas-suppożizzjonijiet tal-Kummissjoni u għalhekk jikkontribwixxi għal tkabbir medju fin-nefqa netta aktar għoli. Il-possibbiltà li tintuża serje aktar stabbli għat-tkabbir potenzjali tingħata mill-Artikolu 36(1), il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2024/1263, dment li t-tkabbir kumulattiv matul il-perjodu tal-projezzjoni (jiġifieri sal-2041) ikun ġeneralment konformi mas-suppożizzjonijiet tal-Kummissjoni u l-applikazzjoni tkun debitament ġustifikata minn argumenti ekonomiċi, li huwa l-każ fil-pjan. Fil-pjan, l-applikazzjoni tar-regolarizzazzjoni tat-tkabbir potenzjali hija ġġustifikata minn inċertezza ogħla fl-istima minħabba xokkijiet makroekonomiċi esterni reċenti. Konsegwentement, din is-suppożizzjoni titqies li hija ġġustifikata kif xieraq. Il-pjan jiddikjara li l-pakkett ta' stimolu fiskali tal-Ġermanja (primarjament xprunat mill-Fond Speċjali għall-Infrastruttura u n-Newtralità Klimatika l-ġdid tagħha) x'aktarx li jkompli jagħti spinta lill-attività ekonomika fis-snin ta' wara permezz tal-investiment pubbliku u privat addizzjonali mistenni. Tabella 5: Suppożizzjonijiet ewlenin fil-pjan tal-Ġermanja
Il-pjan jassumi valuri kemxejn ogħla tad-deflatur tal-PDG għall-2025 u l-2026 meta mqabbel mas-suppożizzjonijiet tal-Kummissjoni. Id-deflaturi ogħla jikkontribwixxu għal tkabbir medju fin-nefqa netta ogħla matul il-perjodu ta' aġġustament fil-pjan. Id-differenza ta' 0,3 punti perċentwali bejn id-deflatur tal-PDG fl-2025 fis-suppożizzjonijiet tal-Kummissjoni u dak fil-pjan hija ġġustifikata minn data aktar reċenti għall-ewwel trimestru tal-2025 li ma kinitx inkluża fis-suppożizzjonijiet tal-Kummissjoni. (12) Id-differenza ta' 0,4 punti perċentwali fid-deflaturi tal-PDG għall-2026 tista' tiġi ġġustifikata mill-effetti fuq il-prezzijiet tat-tensjonijiet kummerċjali globali u ż-żieda sinifikanti mistennija fl-infiq pubbliku. Meqjusa flimkien, dawn l-argumenti jiġġustifikaw kif xieraq din id-devjazzjoni fid-deflaturi vis-à-vis iċ-ċifri tal-Kummissjoni. Id-defiċit nominali aġġornat fl-2024 inkluż fil-pjan ma għandux impatt sinifikanti fuq it-tkabbir medju fin-nefqa netta meta mqabbel mas-suppożizzjonijiet tal-Kummissjoni. Dan jimplika li d-differenza bejn ir-rati massimi ta' tkabbir fin-nefqa netta fil-pjan u t-trajettorja referenzjarja hija spjegata minn differenzi fis-suppożizzjonijiet li b'mod ġenerali jistgħu jiġu aċċettati, f'konformità mal-Artikolu 13, il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2024/1263. B'mod ġenerali, id-differenzi kollha fis-suppożizzjonijiet meħudin flimkien iwasslu għal tkabbir medju fin-nefqa netta fil-pjan li huwa ogħla mit-trajettorja referenzjarja. Il-Kummissjoni ser tqis il-valutazzjoni ta' hawn fuq tas-suppożizzjonijiet tal-pjan fil-valutazzjonijiet futuri tal-konformità mar-rati massimi ta' tkabbir fin-nefqa netta. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Strateġija fiskali tal-pjan
|
(27) |
Skont l-istrateġija fiskali indikattiva fil-pjan, l-impenji dwar in-nefqa netta ser jitwettqu permezz ta' strateġija orjentata lejn it-tkabbir ibbażata fuq investimenti pubbliċi, riformi strutturali u konsolidazzjoni gradwali. Il-pjan fih perkors b'aġġustament differit, b'pożizzjoni ta' politika espansjonarja fl-2025 u fl-2026. Il-kawża tal-espansjoni hija, b'mod sinifikanti, l-infiq ogħla orjentat lejn l-investiment (ara t-Tabella 6), li jindirizza tkabbir ekonomiku kajman u nuqqas ta' investiment, u li huwa ffinanzjat sa punt sinifikanti minn Fond Speċjali għall-Infrastruttura u n-Newtralità Klimatika li għadu kif inħoloq. Il-Fond Speċjali jissalvagwardja l-infiq orjentat lejn l-investiment billi jippermetti l-infiq fil-Fond Speċjali biss meta l-infiq tal-investiment fil-baġit federali ewlieni jaqbeż l-għaxra fil-mija tal-infiq totali tiegħu (nett mit-tranżazzjonijiet finanzjarji u ċerti partiti relatati mad-difiża). L-espansjoni fiskali hija segwita minn sforzi sinifikanti ta' konsolidazzjoni fl-2027, l-2028 u l-2029. L-istrateġija ta' konsolidazzjoni tiddependi minn dħul ogħla permezz ta' miżuri li jsaħħu t-tkabbir bħat-tnaqqis tal-kostijiet tal-burokrazija b'25 % permezz tad-diġitalizzazzjoni u s-simplifikazzjoni legali, it-tnaqqis tad-distakk fil-finanzjament fil-qasam tal-kapital ta' espansjoni u ta' innovazzjoni, u l-espansjoni tal-provvista ta' ħaddiema b'ħiliet speċjalizzati permezz ta' inċentivi biex tiżdied il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u proċessi ta' immigrazzjoni mtejba. Fuq in-naħa tan-nefqa, il-pjan fuq terminu medju jirrapporta dwar l-intenzjoni tal-gvern li jwettaq rieżami u razzjonalizzazzjoni rikorrenti tas-sussidji u l-programmi ta' finanzjament kollha, jikkonsolida l-benefiċċji soċjali, u jnaqqas il-persunal fil-ministeri u fl-amministrazzjoni tal-parlament nazzjonali b'mill-inqas 8 % sal-2029. L-ispeċifikazzjoni ta' dawn l-intenzjonijiet u l-miżuri ta' politika li jridu jiġu adottati trid tiġi kkonfermata jew aġġustata u kkwantifikata fil-baġits annwali. |
Sett ta' impenji ta' riforma u investiment fil-pjan biex jirfed estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament fiskali
|
(28) |
Fil-pjan, il-Ġermanja timpenja ruħha għal sett ta' riformi u investimenti, bl-għan li ttejjeb it-tkabbir potenzjali u s-sostenibbiltà fiskali, biex tirfed estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament fiskali minn erba' għal seba' snin. Is-sett ta' riformi u investimenti li jirfdu estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament huwa magħmul minn żewġ impenji mill-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRP, Recovery and Resilience Plan) tal-Ġermanja kif ukoll minn 15-il riforma u investiment ġdid. Dan jinkludi l-miżuri li ġejjin (ara wkoll l-Anness II):
|
|
(29) |
F'konformità mal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2024/1263, kull riforma u investiment li jirfdu estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament huma dettaljati biżżejjed, antiċipati, marbuta biż-żmien u verifikabbli. |
|
(30) |
L-impenji tal-RRP li jirfdu l-estensjoni fihom riformi u investimenti sinifikanti mmirati lejn it-titjib tas-sostenibbiltà fiskali u t-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomija. Barra minn hekk, il-Ġermanja timpenja ruħha li tkompli l-isforz ta' riforma matul il-perjodu kopert mill-pjan fiskali-strutturali fuq terminu medju u li żżomm il-livelli ta' investiment iffinanzjati fil-livell nazzjonali realizzati matul il-perjodu kopert mill-RRP (ara hawn taħt, it-Tabella 6). L-impenji ser jiġu mmonitorjati matul l-implimentazzjoni tal-pjan. Għaldaqstant, l-impenji skont l-RRP jistgħu jitqiesu għall-estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament kif previst mill-Artikolu 36(1), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2024/1263. |
|
(31) |
Is-sett ta' riformi u investimenti li jirfdu l-estensjoni mistenni jtejjeb il-potenzjal tat-tkabbir u tar-reżiljenza tal-ekonomija tal-Ġermanja b'mod sostenibbli kif meħtieġ mill-Artikolu 14(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2024/1263. Il-pjan jistma li fl-2029, il-pakkett ser ikollu impatt ekonomiku pożittiv ta' madwar 1,0 % tal-PDG tal-2029. Din l-istima saret bl-użu tal-mudelli dinamiċi ta' ekwilibriju ġenerali stokastiku tal-Kummissjoni (QUEST III). Il-biċċa l-kbira tal-effetti tat-tkabbir jirriżultaw minn tliet miżuri:
B'mod ġenerali, il-pjan mistenni jtejjeb il-potenzjal tat-tkabbir u r-reżiljenza tal-ekonomija billi jindirizza dgħufijiet li ġew identifikati qabel bħan-nuqqas ta' investiment u t-tnaqqis fil-provvista ta' ħaddiema. |
|
(32) |
Is-sett ta' riformi u investimenti li jirfdu l-estensjoni mistenni jappoġġa s-sostenibbiltà fiskali kif meħtieġ mill-Artikolu 14(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2024/1263. Il-gvern jistenna effett fiskali tas-sett ta' riformi u investimenti ta' 0,2 % tal-PDG nominali fis-sena li jakkumula sa 1,0 % tal-PDG nominali tal-2024 matul il-perjodu bejn l-2025 u l-2029. Dan huwa l-aktar permezz ta' effetti indiretti (0,9 %), li jirriflettu l-enfasi fuq riformi li jsaħħu t-tkabbir. L-estensjoni tat-taxxa fuq it-tabakk ser iżżid id-dħul mit-taxxa. Barra minn hekk, ir-rieżamijiet tal-infiq u rieżami tas-sussidji ser jgħinu biex tittejjeb il-kwalità tal-finanzi pubbliċi. |
|
(33) |
Is-sett ta' riformi u investimenti li jirfdu l-estensjoni jindirizza l-prijoritajiet komuni tal-UE kif meħtieġ mill-Artikolu 14(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2024/1263. Il-biċċa l-kbira tal-miżuri mistennija jikkontribwixxu għar-reżiljenza soċjali u ekonomika, f'konformità mal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Barra minn hekk, il-liġijiet dwar l-aċċellerazzjoni għall-investiment fl-enerġija ġeotermali u fl-idroġenu jikkontribwixxu għal tranżizzjoni ekoloġika u diġitali ġusta kif ukoll għall-iżgurar tas-sigurtà tal-enerġija flimkien mal-Att dwar l-Enerġija mir-Riħ lil hinn mill-Kosta. Is-simplifikazzjoni tal-liġi dwar l-akkwist u l-użu tat-teknoloġiji diġitali fil-proċessi tal-akkwist għall-Forzi Armati tindirizza l-bini tal-mezzi tad-difiża. |
|
(34) |
Is-sett ta' riformi u investimenti li jirfdu l-estensjoni jindirizza s-CSRs rilevanti (15) maħruġa bħala parti mis-Semestru Ewropew kif meħtieġ mill-Artikolu 14(2), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2024/1263. B'mod partikolari, is-sett ta' riformi u investimenti li jirfdu estensjoni jindirizzaw is-CSRs marbuta ma':
|
|
(35) |
Il-pjan jiżgura li jinżamm il-livell ġenerali ppjanat ta' investiment pubbliku ffinanzjat fil-livell nazzjonali mwettaq bħala medja matul il-perjodu kopert mill-RRP, kif meħtieġ mill-Artikolu 14(2), il-punt (e), tar-Regolament (UE) 2024/1263. Tabella 6: Investiment pubbliku ffinanzjat fil-livell nazzjonali skont il-pjan (% tal-PDG)
|
|||||||||||||||||||||
|
(36) |
Fl-aħħar nett, is-sett ta' impenji ta' riforma u investiment li jirfdu estensjoni jista' jitqies bħala konsistenti mal-impenji fl-RRP u l-Ftehim ta' Sħubija miftiehem skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali kif meħtieġ mill-Artikolu 14(4) tar-Regolament (UE) 2024/1263. |
|
(37) |
Bħala konklużjoni, is-sett ta' riformi u investimenti li jirfdu l-estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament huwa vvalutat bħala li jissodisfa, meħuda flimkien, il-kriterji fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2024/1263. B'riżultat ta' dan, il-perjodu ta' aġġustament jista' jiġi estiż minn erba' snin għal sebgħa, kif propost fil-pjan. |
Intenzjonijiet oħrajn ta' riforma u ta' investiment fil-pjan li jirrispondu għall-isfidi ewlenin identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u li jindirizzaw il-prijoritajiet komuni tal-Unjoni
|
(38) |
Barra mis-sett ta' riformi u investimenti li jirfdu estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament, il-pjan jiddeskrivi l-intenzjonijiet ta' politika dwar riformi u investimenti oħra biex jirrispondu għall-isfidi ewlenin identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, speċjalment is-CSRs, u biex jindirizzaw il-prijoritajiet komuni tal-Unjoni. Il-pjan jinkludi 35 riforma u investiment, li erbgħa minnhom huma appoġġati finanzjarjament mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Ir-riformi u l-investimenti tal-pjan huma parzjalment ibbażati fuq dokument ta' strateġija eżistenti tal-gvern (“Responsabbiltà għall-Ġermanja, Ftehim ta' Koalizzjoni bejn is-CDU, is-CSU u l-SPD, il-21 Perjodu Leġiżlattiv”). (16) |
|
(39) |
Fir-rigward tal-prijorità komuni ta' tranżizzjoni ekoloġika u diġitali ġusta, inkluż l-objettivi klimatiċi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119, il-pjan jipprevedi miżuri ta' taħriġ, pereżempju, fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni tat-taħriġ u biex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni diġitali tal-istudenti. Barra minn hekk, il-pjan jinkludi riformi u investimenti li għandhom l-għan li jespandu n-networks diġitali billi jiddeterminaw interess pubbliku prevalenti għall-espansjoni tan-network u jissimplifikaw l-ippjanar u l-approvazzjoni. Barra minn hekk, il-pjan għandu l-għan li jtejjeb l-aċċess għall-ġustizzja billi jintroduċi proċeduri online fil-ġustizzja ċivili kif ukoll is-simplifikazzjoni tal-proċeduri notarili bl-introduzzjoni ta' proċedura ta' awtentikazzjoni diġitali għan-nutara u atti oħra. Il-pjan jinkludi wkoll l-adozzjoni ta' standards diġitali komuni għall-amministrazzjoni pubblika biex jiġi żgurat aċċess uniformi u mingħajr ostakli għas-servizzi amministrattivi (inkluż fl-RPP), u liġi li timmodernizza u tiddiġitalizza l-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat. Il-pjan jiddeskrivi wkoll miżuri li jinkoraġġixxu l-kostruzzjoni ta' impjanti tal-enerġija konsenjabbli, l-iżvilupp, il-konverżjoni u l-kostruzzjoni ġdida ta' networks tas-sħana newtrali għall-klima (inklużi fl-RRP) kif ukoll l-espansjoni mmirata tan-networks tal-elettriku. Barra minn hekk, il-pjan fih pakkett ta' miżuri mmirati biex inaqqsu l-komponenti tat-taxxa tal-prezzijiet tal-elettriku għall-konsumaturi kummerċjali u jiżguraw involviment akbar tal-Istat fil-kostijiet tan-network biex jikkontribwixxu għall-kompetittività u l-elettrifikazzjoni, itejbu l-ambjent regolatorju għas-CCS/CCU, u l-kontinwazzjoni tal-finanzjament għat-tisħin u r-rinnovazzjoni għal bini effiċjenti (inkluż fl-RRP) kif ukoll żieda fil-finanzjament federali għal networks tat-tisħin effiċjenti u newtrali għall-klima. Il-pjan jipprevedi r-riabilitazzjoni tan-network ferrovjarju billi jtejjeb il-kurituri ta' prestazzjoni għolja. Sabiex jissaħħu l-governanza u l-ippjanar tal-investiment fit-tul fis-settur ferrovjarju, il-pjan jintroduċi l-“Infraplan” bħala għodda ta' finanzjament vinkolanti li tipprijoritizza proġetti futuri. L-elettromobbiltà ser tiġi promossa permezz ta' inċentivi tat-taxxa, eżenzjonijiet mit-taxxa fuq il-karozzi, appoġġ immirat għal unitajiet domestiċi b'introjtu baxx, u investiment fl-infrastruttura tal-iċċarġjar u l-mobbiltà tal-merkanzija b'emissjonijiet żero (inklużi fl-RRP). Fl-aħħar nett, il-pjan jappoġġa l-innovazzjoni u l-progress teknoloġiku billi jipprijoritizza l-finanzjament tar-riċerka skont l-aġenda ta' teknoloġija avvanzata, b'enfasi fuq teknoloġiji ewlenin bħall-IA, il-bijoteknoloġija u s-soluzzjonijiet klimatiċi, u billi jrawwem rabtiet aktar b'saħħithom bejn ir-riċerka u l-industrija. Dawn il-miżuri u oħrajn fil-pjan għandhom l-għan li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tas-CSRs tal-2025 dwar il-ħiliet, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-apprendiment għall-adulti, l-amministrazzjoni pubblika, l-infrastruttura diġitali, id-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika u tas-servizzi pubbliċi, l-effiċjenza enerġetika, it-trasport, l-enerġija rinnovabbli, in-networks tal-infrastruttura tal-enerġija u r-riċerka u l-innovazzjoni. |
|
(40) |
Fir-rigward tal-prijorità komuni tar-reżiljenza soċjali u ekonomika, inkluż il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-pjan jinkludi riformi u investimenti li għandhom l-għan li jtejbu l-inċentivi għall-impjiegi u jħaffu l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol billi jirristrutturaw l-appoġġ bażiku għall-introjtu (Grundsicherung) għal dawk li qed ifittxu impjieg. Il-Kummissjoni dwar ir-riforma tal-istat soċjali mistennija tippreżenta rakkomandazzjonijiet għall-immodernizzar u t-tnaqqis tal-burokrazija fis-sistema ta' protezzjoni soċjali u fl-amministrazzjoni tagħha. Biex jiżdiedu l-inċentivi għall-espansjoni tal-impjieg bi qligħ, il-pjan jipprevedi l-introduzzjoni ta' eżenzjonijiet mit-taxxa għas-supplimenti tas-sahra. Barra minn hekk, il-pjan jipprevedi wkoll miżuri għall-ekwità permezz tal-edukazzjoni, bħall-għoti ta' appoġġ immirat lill-iskejjel bi proporzjon għoli ta' studenti soċjalment żvantaġġati, appoġġ addizzjonali għall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal (ECEC, edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal) f'żoni żvantaġġati u għal dawk li jiffukaw fuq il-promozzjoni tal-iżvilupp lingwistiku tat-tfal kif ukoll għat-titjib tal-infrastruttura għall-ECEC kollha. Barra minn hekk, il-pjan jipprevedi pakkett ta' miżuri ta' taħriġ ta' titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid, pereżempju, biex jissaħħu t-taħriġ vokazzjonali, l-apprendiment tul il-ħajja, fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni tat-taħriġ u l-appoġġ għat-taħriġ fuq il-post tax-xogħol. Biex jittejbu l-opportunitajiet edukattivi, il-pjan jestendi l-programm ta' investiment għall-kura skolastika matul il-ġurnata kollha. Barra minn hekk, il-proċeduri tal-infrastruttura ser jiġu aċċellerati permezz ta' liġi proċedurali armonizzata. Bħala pass ieħor biex titnaqqas il-burokrazija, ser jiġu introdotti rieżamijiet tat-titjib tal-proċess sabiex jiġu identifikati u indirizzati l-akbar ostakli fil-proċeduri amministrattivi. Il-benefiċċji soċjali iridu jiġu allinjati u diġitalizzati aħjar biex jiġi ssimplifikat l-aċċess u titnaqqas il-burokrazija. Il-pjan għandu l-għan li jnaqqas il-kostijiet tal-elettriku permezz ta' ħelsien mit-taxxa u kofinanzjament federali tat-tariffi tal-grilja, filwaqt li jappoġġa l-elettrifikazzjoni. It-tfaddil privat fit-tul ser ikun appoġġat bl-introduzzjoni ta' pensjoni b'bidu bikri għat-tfal. Il-pjan jipprevedi l-inklużjoni ta' persuni ġodda b'impjieg indipendenti fis-sistema statutorja tal-pensjonijiet li għandha l-għan li ssaħħaħ is-sigurtà tax-xjuħija. Għandha wkoll l-għan li żżid il-provvista ta' ħaddiema billi tipprovdi inċentivi fiskali għax-xogħol lil hinn mill-età tal-irtirar. L-aċċess għall-kura ser jittejjeb permezz ta' sistema tal-kura primarja, riforma tas-servizz ta' emerġenza u salvataġġ, u ristrutturar tal-isptarijiet, filwaqt li riforma tal-kura fit-tul għandha l-għan li tiżgura s-sostenibbiltà u tnaqqas il-piżijiet fuq il-kontributuri. In-network ferrovjarju jrid jiġi mmodernizzat permezz ta' riabilitazzjoni mmirata tal-kurituri. L-investiment kummerċjali ser jiġi stimulat bl-introduzzjoni mill-ġdid tad-deprezzament aċċellerat u bit-tnaqqis tar-rati tat-taxxa korporattiva. L-aċċess għall-finanzjament ser jiġi estiż billi jittejjeb il-finanzjament għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u għall-kumpaniji start-ups. Fl-aħħar nett, il-pjan jappoġġa l-innovazzjoni billi jipprijoritizza r-riċerka f'teknoloġiji ewlenin bħall-IA, il-bijoteknoloġija u t-teknoloġija klimatika. Dawn il-miżuri u oħrajn fil-pjan għandhom l-għan li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tas-CSRs tal-2025 dwar il-politika tat-tassazzjoni, l-ambjent tan-negozju, is-sistemi tal-pensjonijiet u l-anzjanità attiva, l-amministrazzjoni pubblika, il-funzjonament tas-suq tax-xogħol, il-ħiliet, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-apprendiment għall-adulti, l-edukazzjoni, l-infrastruttura u n-networks tal-enerġija, ir-riċerka u l-innovazzjoni u t-trasport. Il-miżuri fil-pjan huma maħsuba wkoll biex jgħinu fit-titjib tal-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni billi jimmiraw li jżidu l-provvista tal-akkomodazzjoni. |
|
(41) |
Fir-rigward tal-prijorità komuni tas-sigurtà tal-enerġija, il-pjan jinkludi riformi u investimenti li għandhom l-għan li jtejbu r-reżiljenza u l-flessibbiltà tas-sistema tal-enerġija. Il-pjan jiddeskrivi miżuri li jħeġġu l-kostruzzjoni ta' impjanti tal-enerġija konsenjabbli kif ukoll l-iżvilupp, il-konverżjoni u l-kostruzzjoni ġdida ta' networks tas-sħana newtrali għall-klima (inklużi fl-RRP). Il-pjan jinkludi wkoll miżuri għall-varar immirat u favur is-sistema ta' networks u ħżin, maħsuba biex jallinjaw l-espansjoni tal-grilja mad-domanda elettrika u l-ġenerazzjoni rinnovabbli. Dawn il-miżuri u oħrajn fil-pjan għandhom l-għan li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tas-CSRs tal-2025 dwar l-enerġija rinnovabbli, l-infrastruttura u n-networks tal-enerġija, l-effiċjenza enerġetika u t-trasport. |
|
(42) |
Fir-rigward tal-prijorità komuni tal-mezzi tad-difiża, il-pjan jinkludi riformi u investimenti li jirfdu l-estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament (ara l-premessa 32). |
|
(43) |
Barra minn hekk, il-pjan jinkludi miżuri oħra ta' politika li jmorru lil hinn mill-prijoritajiet komuni tal-UE, inkluż patt Federal-Länder biex jiġu aċċellerati l-proċeduri tal-ippjanar u tal-għoti tal-permessi, l-estensjoni tar-regoli biex jiġi limitat il-piż regolatorju ġenerali, u t-tisħiħ tal-Kunsill Nazzjonali għall-Kontroll Regolatorju bl-għan li tittejjeb is-sorveljanza tal-impatti regolatorji. |
|
(44) |
Il-pjan jipprovdi informazzjoni dwar il-konsistenza u fejn xieraq, il-komplementarjetà, mal-RRP tal-Ġermanja. Il-pjan jinkludi miżuri mill-RRP bħall-iżvilupp, il-konverżjoni u l-kostruzzjoni ġdida ta' networks tas-sħana newtrali għall-klima u l-kontinwazzjoni tal-finanzjament għat-tisħin u r-rinnovazzjoni għal bini effiċjenti. Barra minn hekk, dan jinkludi l-promozzjoni tal-elettromobbiltà permezz ta' inċentivi tat-taxxa, eżenzjonijiet mit-taxxa fuq il-karozzi, appoġġ immirat għal unitajiet domestiċi b'introjtu baxx, u investiment fl-infrastruttura tal-iċċarġjar u mobbiltà tal-merkanzija b'emissjonijiet żero. Fl-aħħar nett, fih l-adozzjoni ta' standards diġitali komuni għall-amministrazzjoni pubblika biex jiġi żgurat aċċess uniformi u mingħajr ostakli għas-servizzi amministrattivi. |
|
(45) |
Il-pjan jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-ħtiġijiet ta' investiment pubbliku tal-Ġermanja marbuta mal-prijoritajiet komuni tal-UE. Biex tiġi appoġġata tranżizzjoni ekoloġika u diġitali ġusta, il-pjan jiddikjara li huma meħtieġa investimenti sostanzjali fl-enerġija rinnovabbli, fil-grilji elettriċi, fl-effiċjenza enerġetika, fl-infrastruttura tal-idroġenu, fit-teknoloġiji b'emissjonijiet żero netti, u fil-modernizzazzjoni diġitali tas-servizzi pubbliċi. Biex tissaħħaħ ir-reżiljenza soċjali u ekonomika, huwa meħtieġ investiment biex jitnaqqsu d-dipendenzi strateġiċi, tingħata spinta lir-riċerka u l-innovazzjoni, u tissaħħaħ il-kompetittività, b'mod partikolari permezz ta' appoġġ għal teknoloġiji ewlenin bħall-mikroelettronika, l-IA, il-quantum, u l-bijoteknoloġija. Sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-enerġija, l-awtoritajiet Ġermaniżi jaraw il-ħtiġijiet ta' investiment rigward l-infrastruttura tal-importazzjoni tal-gass naturali likwifikat (LNG) u l-impjanti tal-enerġija tal-gass flessibbli u b'emissjonijiet baxxi, maħsuba biex jappoġġaw it-tranżizzjoni u jnaqqsu d-dipendenza fuq fornituri uniċi. Biex jinbnew il-mezzi tad-difiża, il-pjan jipprevedi investiment sinifikanti biex jitnaqqsu d-diskrepanzi fit-tagħmir, tissaħħaħ il-prontezza tal-Bundeswehr, u jiġu ssodisfati l-impenji tan-NATO, appoġġati mill-fond speċjali tal-Bundeswehr u nfiq sostnut ogħla fid-difiża. |
ATTIVAZZJONI TAL-KLAWŻOLA LIBERATORJA NAZZJONALI
|
(46) |
Il-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern, li ltaqgħu f'Versailles fl-10 u l-11 ta' Marzu 2022, impenjaw ruħhom li jsaħħu l-mezzi tad-difiża Ewropej fid-dawl tal-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna. Dawn l-għanijiet ġew imtennija fil-Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża. Fil-Konklużjonijiet tiegħu dwar id-difiża Ewropea tas-6 ta' Marzu 2025, il-Kunsill Ewropew laqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirrakkomanda l-attivazzjoni, b'mod koordinat u bħala miżura immedjata, tal-klawżola liberatorja nazzjonali skont il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. |
|
(47) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha tad-19 ta' Marzu 2025 (17), il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri kollha jagħmlu użu mill-flessibbiltà pprovduta mill-klawżola liberatorja nazzjonali b'mod ikkoordinat bil-ħsieb li jiġi massimizzat l-impatt fuq il-mezzi tad-difiża tal-UE. Din il-flessibbiltà għandha l-għan li tiffaċilita t-tranżizzjoni lejn livelli ogħla ta' nfiq fid-difiża fuq bażi permanenti. Dik il-Komunikazzjoni tgħid li l-attivazzjoni tal-klawżola liberatorja nazzjonali tippermetti lill-Istati Membri jiddevjaw mir-rati massimi ta' tkabbir fin-nefqa netta kif stabbiliti mill-Kunsill meta japprovaw il-pjanijiet fiskali-strutturali fuq terminu medju jew meta jistabbilixxu l-perkorsi korrettivi skont il-proċedura ta' defiċit eċċessiv, sal-punt li din id-devjazzjoni tkun iġġustifikata minn żieda fl-infiq fid-difiża meta mqabbla mas-sena ta' referenza, u li l-eċċess annwali sal-2028 ma jaqbiżx il-1,5 % tal-PDG. Żidiet lil hinn minn dak l-ammont ikunu soġġetti għall-valutazzjonijiet normali tal-konformità. Massimu bħal dan huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li s-sostenibbiltà fiskali ma tiġix ipperikolata, filwaqt li l-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-flessibbiltà hekk kif jimxu lejn livell ogħla ta' nefqa fid-difiża. L-ammonti eżatti ser jiġu ddeterminati meta d-data tal-eżitu ssir disponibbli, biex jiġi żgurat li l-flessibbiltà addizzjonali tintuża biss għall-iskop maħsub tagħha. |
|
(48) |
Fl-24 ta' April 2025, il-Ġermanja ressqet talba lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, biex tattiva l-klawżola liberatorja nazzjonali skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2024/1263. |
|
(49) |
Fit-talba tagħha, il-Ġermanja tistabbilixxi li, f'kuntest ta' tensjonijiet ġeopolitiċi akbar, il-gwerra ta' aggressjoni kontinwa tar-Russja kontra l-Ukrajna u t-theddida tagħha għas-sigurtà Ewropea jikkostitwixxu sfida eżistenzjali għall-Unjoni, li tirrikjedi żieda sinifikanti fl-infiq fid-difiża. Din is-sitwazzjoni hija ċirkostanza eċċezzjonali barra mill-kontroll ta' kull Stat Membru. |
|
(50) |
In-nefqa totali tal-gvern estiż għad-difiża (id-diviżjoni 02 tal-Klassifikazzjoni tal-Funzjonijiet tal-Gvern (COFOG)) fil-Ġermanja ammontat għal 1,0 % tal-PDG fl-2021, 1,0 % fl-2022 u 1,1 % fl-2023 (Tabella 7). Abbażi tal-informazzjoni pprovduta fil-pjan fuq terminu medju, il-Ġermanja qed tonfoq 1,2 % u 1,5 % tal-PDG fid-difiża fl-2024 u fl-2025 rispettivament. Barra minn hekk, il-Ġermanja tipprevedi li żżid b'mod sostanzjali n-nefqa fid-difiża tagħha lejn il-mira tan-NATO u li żżomm iż-żieda fin-nefqa fid-difiża matul il-leġiżlatura attwali. Għalhekk, iż-żieda fin-nefqa fid-difiża għandha impatt kbir fuq il-finanzi pubbliċi tal-Ġermanja. Tabella 7: L-infiq totali fid-difiża fil-Ġermanja
|
||||||||||||||||||
|
(51) |
Il-Ġermanja tistma li ż-żieda fin-nefqa totali fid-difiża bħala proporzjon għall-PDG mill-2021 sal-2025 ser tkun ta' madwar 0,5 punti perċentwali u għalhekk tikkontribwixxi għal deterjorament tal-bilanċ tal-gvern u għaż-żieda tad-dejn tal-gvern. |
|
(52) |
Jekk kollox jibqa' kif inhu, żieda fin-nefqa matul il-perjodu kopert mill-klawżola liberatorja nazzjonali ser twassal għal dejn ogħla tal-gvern u għal defiċit ogħla sa tmiem dak il-perjodu. Il-projezzjonijiet indikattivi tal-Kummissjoni u s-suppożizzjoni li sal-2028 jkun hemm adozzjoni lineari taż-żieda sħiħa fin-nefqa tal-gvern permessa mill-klawżola liberatorja nazzjonali jissuġġerixxu li l-proporzjon tad-defiċit għall-PDG u l-proporzjon tad-dejn għall-PDG fl-2028 ikunu 2,5 punti perċentwali u 4,8 punti perċentwali ogħla, rispettivament, milli jekk in-nefqa netta tikber skont il-gwida preċedenti tal-Kummissjoni. Dan x'aktarx ikun jeħtieġ aġġustament fiskali addizzjonali wara l-perjodu ta' attivazzjoni tal-klawżola liberatorja nazzjonali sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-qafas fiskali (18), inkluż biex jiġi żgurat li l-proporzjon tad-dejn jitqiegħed jew li jibqa' fuq perkors plawżibbli 'l isfel sa tmiem il-perjodu ta' aġġustament jew jibqa' f'livelli prudenti taħt is-60 % tal-PDG, u li jġib u jżomm id-defiċit tal-gvern taħt it-3 % tal-PDG fuq it-terminu medju. Il-Ġermanja tirrikonoxxi li, fil-futur, nefqa strutturali ogħla fid-difiża tista' tirrikjedi politiki li jippreservaw is-sostenibbiltà fiskali u l-konformità mar-regoli fiskali fuq terminu medju. Iż-żieda limitata projettata fil-livelli tad-defiċit u tad-dejn ikkawżata mill-klawżola liberatorja nazzjonali, flimkien mal-impenn tal-Ġermanja li timplimenta l-aġġustament meħtieġ biex tissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-qafas fiskali fiċ-ċiklu ta' pjanijiet li jmiss, tiżgura li s-sostenibbiltà fiskali tiġi ppreservata fuq terminu medju. |
|
(53) |
Id-data dwar in-nefqa fid-difiża tal-gvern estiż tiġi kkompilata u rilaxxata mill-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika u mill-Eurostat, skont il-COFOG Internazzjonali fil-qafas tas-Sistema Ewropea tal-Kontijiet Nazzjonali (ESA2010). Din id-data hija xierqa biex jiġi vvalutat l-impatt tal-infiq fid-difiża fuq id-defiċit, id-dejn u n-nefqa netta tal-gvern, u kunċetti relatati. Il-Eurostat, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, ser jistabbilixxi proċess ta' ġbir ta' data. Il-punt tat-tluq għandu jkun il-kategoriji ta' Difiża COFOG, filwaqt li titqies ukoll id-definizzjoni tan-NATO u tinżamm il-possibbiltà li jiġu indirizzati anomaliji li jistgħu jkunu attribwibbli għal differenzi fis-sistemi ta' rapportar annwali rispettivi. Il-proċess tal-ġbir tad-data jeħtieġ li jkun allinjat mal-iskadenzi għar-rapportar tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (PDE). |
|
(54) |
Barra minn hekk, għal xi wħud mill-kuntratti għal tagħmir militari ffirmati matul il-perjodu ta' attivazzjoni tal-klawżola liberatorja nazzjonali, il-kunsinna tista' sseħħ fi stadju aktar tard, u għalhekk ikollha impatt fuq il-finanzi pubbliċi biss wara l-perjodu ta' attivazzjoni tal-klawżola. Biex tiġi indirizzata din l-eventwalità, il-flessibbiltà mogħtija skont il-klawżola liberatorja nazzjonali għandha tapplika wkoll għan-nefqa fid-difiża marbuta ma' tali konsenja aktar tard, dment li l-kuntratti korrispondenti jkunu ġew iffirmati matul il-perjodu ta' attivazzjoni tal-klawżola u li dan id-dewmien fl-infiq fid-difiża jibqa' fil-massimu ġenerali msemmi hawn fuq. |
|
(55) |
In-nefqa ffinanzjata mis-self ipprovdut mill-istrument il-ġdid ta' Azzjoni għas-Sigurtà tal-Ewropa (SAFE) għat-tisħiħ tal-industrija Ewropea tad-difiża, ser tibbenefika awtomatikament mill-flessibbiltà msemmija hawn fuq. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jirrapportaw lill-Eurostat in-nefqiet kollha relatati mad-difiża li jsiru skont l-istrument SAFE skont il-kategoriji “prodotti tad-difiża” u “prodotti oħra għal skopijiet ta' difiża” kif definit fil-proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-istrument SAFE. |
|
(56) |
Din ir-rakkomandazzjoni ma timmodifikax id-definizzjonijiet tad-defiċit, id-dejn u n-nefqa netta tal-gvern, u l-kunċetti relatati. Id-data bbażata fuq dawn il-kunċetti trid tiġi kkompilata u rrapportata mill-Ġermanja f'konformità mar-Regolamenti (UE) 2024/1263, (KE) Nru 479/2009 u (UE) Nru 549/2013. |
Konklużjoni tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-pjan fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju tal-Ġermanja
|
(57) |
B'mod ġenerali, minħabba l-attivazzjoni tal-klawżola liberatorja nazzjonali, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-pjan tal-Ġermanja jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2024/1263. |
KONKLUŻJONI ĠENERALI TAL-KUNSILL DWAR IL-PJAN FISKALI-STRUTTURALI NAZZJONALI FUQ TERMINU MEDJU TAL-ĠERMANJA
|
(58) |
Il-Kunsill jilqa' l-pjan fiskali-strutturali fuq terminu medju tal-Ġermanja u jqis li l-implimentazzjoni sħiħa tiegħu jwassal għall-iżgurar ta' finanzi pubbliċi sodi u għall-appoġġ tas-sostenibbiltà tad-dejn pubbliku u tkabbir sostenibbli u inklużiv. |
|
(59) |
Il-Kunsill jieħu nota tal-valutazzjoni tal-pjan mill-Kummissjoni. Madankollu, il-Kunsill jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta l-valutazzjoni tagħha tal-pjanijiet futuri f'dokument separat mir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għal rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill. |
|
(60) |
Il-Kunsill jieħu nota tal-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-perkors tan-nefqa netta u tas-suppożizzjonijiet makroekonomiċi ewlenin fil-pjan, inkluż b'rabta mal-gwida preċedenti mill-Kummissjoni, kif ukoll tal-implikazzjonijiet tal-perkors tan-nefqa netta tal-pjan għad-defiċit u d-dejn tal-gvern. Il-Kunsill jieħu nota tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi u fiskali, filwaqt li f'xi istanzi jvarjaw mis-suppożizzjonijiet tal-Kummissjoni billi jqisu data makroekonomika u fiskali aġġornata, inġenerali huma debitament iġġustifikati u msejsa fuq argumenti ekonomiċi sodi. Il-Kunsill jieħu nota tal-istrateġija fiskali ġenerali tal-pjan u tar-riskji għall-prospettiva, li jistgħu jaffettwaw il-materjalizzazzjoni tax-xenarju makroekonomiku u s-suppożizzjonijiet sottostanti u t-twettiq tal-perkors tan-nefqa netta tal-pjan. Il-Kunsill jinnota wkoll li r-riskji ġeopolitiċi jistgħu joħolqu pressjoni fuq in-nefqa fid-difiża. |
|
(61) |
Il-Kunsill jistenna li l-Ġermanja tkun lesta li taġġusta l-istrateġija fiskali tagħha kif meħtieġ biex tiżgura t-twettiq tal-perkors tan-nefqa netta. Il-Kunsill iwiegħed li jimmonitorja mill-qrib l-iżviluppi ekonomiċi u fiskali, inkluż dawk li fuqhom huwa bbażat ix-xenarju tal-pjan. |
|
(62) |
Il-Kunsill iqis li huma ġustifikati aktar diskussjonijiet biex jinstab fehim komuni dwar l-implikazzjonijiet tas-sorveljanza annwali tar-rati ta' tkabbir kumulattiv tan-nefqa netta, biżżejjed żmien qabel iċ-ċiklu li jmiss tas-sorveljanza fiskali. |
|
(63) |
Il-Kunsill japprova s-sett ta' impenji ta' riforma u investiment ippreżentati mill-Ġermanja fil-pjan fuq terminu medju tagħha li jirfed l-estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament u jilqa' l-isforzi biex jiġi kkwantifikat l-impatt fuq it-tkabbir u s-sostenibbiltà fiskali. Il-Kunsill jaqbel mal-Kummissjoni li s-sett ta' impenji ta' riformi u investiment ppreżentati mill-Ġermanja jiġġustifikaw estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament minn erba' snin għal sebgħa. Il-Kunsill jieħu nota tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li tindika l-issodisfar, meħuda flimkien, tal-kriterji fl-Artikolu 14, b'kont meħud ukoll tad-dispożizzjoni tranżizzjonali tal-Artikolu 36(1), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2024/1263, mis-sett ta' riformi u investimenti li jirfdu l-estensjoni. Il-Kunsill jieħu nota tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li tindika li l-impenji ta' riforma u investiment mistennija jtejbu l-potenzjal tat-tkabbir u r-reżiljenza tal-ekonomija b'mod sostenibbli u jappoġġaw is-sostenibbiltà fiskali. Il-Kunsill jirrakkomanda lill-Ġermanja timplimenta bis-sħiħ is-sett ta' impenji ta' riformi u investimenti biex jippreserva l-estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament. |
|
(64) |
Il-Kunsill jieħu nota tad-deskrizzjoni tal-Kummissjoni tar-riformi u l-ħtiġijiet u l-intenzjonijiet ta' investiment, minbarra l-valutazzjoni tas-sett ta' impenji ta' riformi u investiment li jirfdu estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament, b'reazzjoni għall-isfidi ewlenin identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, u jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat it-twettiq ta' tali riformi u investimenti. Abbażi tar-rapporti ppreżentati mill-Kummissjoni, il-Kunsill ser jivvaluta dawn ir-riformi u l-investimenti u jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom fil-qafas tas-Semestru Ewropew. |
|
(65) |
Il-Kunsill jistenna b'interess ir-rapporti ta' progress annwali mill-Ġermanja li għandhom jinkludu, b'mod partikolari, informazzjoni dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-perkors tan-nefqa netta kif stabbilit mill-Kunsill, u l-implimentazzjoni ta' riformi u investimenti usa' fil-kuntest tas-Semestru Ewropew kif ukoll l-implimentazzjoni tas-sett ta' riformi u investimenti li jirfdu estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament. |
|
(66) |
F'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2024/1263, ir-rati massimi ta' tkabbir fin-nefqa netta skont l-impenn meħud fil-pjan għandhom jiġu rrakkomandati mill-Kunsill lill-Ġermanja, u għandu jiġi approvat is-sett ta' riformi u investimenti li jirfdu l-estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament għal seba' snin. |
B'DAN JIRRAKKOMANDA LI:
|
1. |
matul il-perjodu 2025–2029, il-Ġermanja tiżgura li t-tkabbir fin-nefqa netta ma jaqbiżx il-massimi stabbiliti fl-Anness I ta' din ir-Rakkomandazzjoni; |
|
2. |
matul il-perjodu 2025–2028, il-Ġermanja titħalla tiddevja minn, u taqbeż, ir-rati massimi ta' tkabbir fin-nefqa netta stabbiliti mill-punt 1 ta' din ir-Rakkomandazzjoni sa fejn:
|
|
3. |
fis-snin ta' wara l-2028, il-Ġermanja xorta tista' titħalla tiddevja minn u taqbeż ir-rati massimi ta' tkabbir fin-nefqa netta kif stabbiliti minn Rakkomandazzjoni tal-Kunsill f'konformità mal-Artikoli 17 jew 19 tar-Regolament (UE) 2024/1263, sal-punt li n-nefqa netta li taqbeż dawn ir-rati massimi ta' tkabbir tkun relatata ma' konsenji ta' tagħmir militari kkuntrattat qabel tmiem l-2028 u tibqa' fil-massimu ġenerali imsemmi hawn fuq; |
|
4. |
f'konformità mal-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) 2024/1263, id-devjazzjonijiet mir-rati massimi ta' tkabbir fin-nefqa netta kif stabbiliti mill-Kunsill li huma permessi b'din ir-Rakkomandazzjoni mhux ser jiġu rreġistrati bħala debiti fil-kont ta' kontroll tal-Ġermanja; |
|
5. |
sabiex tiġi żgurata r-reġistrazzjoni korretta tan-nefqa addizzjonali, il-Ġermanja tinkludi data attwali u ppjanata dwar in-nefqa totali fid-difiża (id-diviżjoni 02 tal-COFOG) inkluż l-investiment fid-difiża (id-diviżjoni 02 P.51 tal-COFOG) u kwalunkwe nefqa li għandha tiġi ffinanzjata mis-self SAFE li mhix koperta fil-COFOG-02:
|
|
6. |
il-Ġermanja timplimenta s-sett ta' riformi u investimenti li jirfdu l-estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament fiskali għal seba' snin, kif stabbilit fl-Anness II ta' din ir-Rakkomandazzjoni, sal-iskadenzi indikati. |
Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta’ Ottubru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
S. LOSE
(1) Ir-Regolament (UE) 2024/1263 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2024 dwar il-koordinazzjoni effettiva tal-politiki ekonomiċi u dwar is-sorveljanza baġitarja multilaterali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 (ĠU L, 2024/1263, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1263/oj).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (ĠU L, 209, 2.8.1997, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/1467/2024-04-30).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta' Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (ĠU L, 306, 23.11.2011, p. 41, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/85/2024-04-30).
(4) In-nefqa netta kif definita fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2024/1263, jiġifieri n-nefqa tal-gvern netta minn (i) in-nefqa fuq l-imgħax, (ii) il-miżuri tad-dħul diskrezzjonali, (iii) in-nefqa fuq programmi tal-Unjoni ffinanzjati bis-sħiħ mid-dħul mill-fondi tal-Unjoni, (iv) in-nefqa nazzjonali fuq il-kofinanzjament ta' programmi ffinanzjati mill-Unjoni, (v) l-elementi ċikliċi tan-nefqa fuq il-benefiċċji tal-qgħad u (vi) miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħra.
(5) Il-gwida preliminari trażmessa lill-Istati Membri u lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju tinkludi trajettorji mingħajr estensjoni u b'estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament (li jkopri erba' u seba' u snin, rispettivament). Din tinkludi wkoll il-kundizzjonijiet inizjali ewlenin u s-suppożizzjonijiet sottostanti użati fil-qafas tal-projezzjoni tal-Kummissjoni tad-dejn tal-gvern fuq terminu medju. It-trajettorja referenzjarja ġiet ikkalkulata abbażi tal-metodoloġija deskritta fid-dokument Debt Sustainability Monitor 2023 tal-Kummissjoni (https://economy-finance.ec.europa.eu/publications/debt-sustainability-monitor-2023_en). Hija bbażata fuq it-Tbassir tar-Rebbiegħa 2025 tal-Kummissjoni u l-estensjoni tiegħu fuq terminu medju sal-2034, u t-tkabbir tal-PDG u l-kostijiet tat-tixjiħ fit-tul jikkonformaw mar-rapport konġunt tal-Kummissjoni u tal-Kunsill 2024 Ageing Report (https://economy-finance.ec.europa.eu/publications/2024-ageing-report-economic-and-budgetary-projections-eu-member-states-2022-2070_en).
(6) https://economy-finance.ec.europa.eu/economic-and-fiscal-governance/national-medium-term-fiscal-structural-plans_en#Germany.
(7) Inkluż fil-pjan tal-Ġermanja, p. 106 ctd., https://economy-finance.ec.europa.eu/document/download/07601136-78f2-41dc-a188-4a5127acdb9c_en?filename=2025-08-19_MTFSP_Final_EN_BF_a.pdf.
(8) L-Opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-Abbozz ta' Pjan Baġitarju tal-Ġermanja, 26.11.2024, C(2024) 9051 final.
(9) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politiki ekonomiċi, soċjali, tal-impjiegi, strutturali u baġitarji tal-Ġermanja, 8.7.2025.
(10) L-Uffiċċju Federali Ġermaniż tal-Istatistika (DESTATIS) irreveda d-data għall-indikaturi makroekonomiċi rilevanti, bħaċ-ċifri tal-PDG mill-2008 sal-2024. Ir-riżultati tar-reviżjoni huma disponibbli fuq https://www.destatis.de/DE/Presse/Pressemitteilungen/2025/07/PD25_278_811.html.
(11) Sors: il-Eurostat.
(*1) Ir-rati ta' tkabbir kumulattiv huma kkalkulati b'referenza għas-sena bażi tal-2024.
(*2) Il-perjodu ta' attivazzjoni tal-klawżola liberatorja nazzjonali huwa 2025–2028.
(12) Id-data għat-tieni trimestru, ippubblikata wara li ġie ppreżentat il-pjan, tiġġustifika wkoll id-differenza fid-deflatur tal-PDG tal-2025. Ara pereż.
(13) Ara eż. Roeger et al (2008): Structural Reforms in the EU: A simulation-based analysis using the QUEST model with endogenous growth, https://ec.europa.eu/economy_finance/publications/pages/publication13531_en.pdf.
(14) Institut für Weltwirtschaft Kiel (2021): Analyse und Prognose von Migrationsbewegungen, https://www.ifw-kiel.de/fileadmin/Dateiverwaltung/IfW-Publications/fis-import/712bf76b-fed4-4ad6-b827-4a5a04f42a3b-wipo_34.pdf; Destatis: 15. Koordinierte Bevölkerungsvorausberechnung, https://www.destatis.de/DE/Themen/Gesellschaft-Umwelt/Bevoelkerung/Bevoelkerungsvorausberechnung/begleitheft.html.
(15) is-CSRs meqjusa bħala “rilevanti” huma rakkomandazzjonijiet: (i) imsemmija fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-miżuri inklużi fl-RRP u (ii) adottata mill-Kunsill fl-2025.
(*3) Huwa preżunt u aċċettat li ż-żewġ perjodi ser jikkoinċidu. Ir-rekwiżit li jinżamm il-livell ta' investiment huwa maħsub li japplika għas-snin wara t-tmiem tal-ħajja tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.
(16) Verantworung für Deutschland, Koalitionsvertrag zwischen CDU, CSU und SPD, 21. Legislaturperiode, https://www.koalitionsvertrag2025.de/sites/www.koalitionsvertrag2025.de/files/koav_2025.pdf.
(17) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (C(2025) 2000 final) tad-19 ta' Marzu 2025.
(18) Ara l-addendum tad-Dokument Istituzzjonali 321 tal-ECFIN: “Assessment of the Fiscal Sustainability Condition for Member States Requesting the Activation of the National Escape Clause”, disponibbli hawn: https://economy-finance.ec.europa.eu/publications/assessment-fiscal-sustainability-condition-member-states-requesting-activation-national-escape_en.
ANNESS I
Rati massimi ta' tkabbir fin-nefqa netta
(rati ta' tkabbir annwali u kumulattiv, f'termini nominali)
Il-Ġermanja
|
Snin |
2025 |
2026 |
2027 |
2028 |
2029 |
|
|
Rati ta' tkabbir (%) |
Annwali |
4,4 |
4,5 |
2,3 |
1,7 |
1,6 |
|
Kumulattiv (*1) |
4,4 |
9,0 |
11,5 |
13,3 |
15,2 |
|
(*1) Ir-rati ta' tkabbir kumulattiv huma kkalkulati b'referenza għas-sena bażi tal-2024. Ir-rati ta' tkabbir kumulattiv huma użati fil-monitoraġġ annwali tal-konformità ex post fil-kont ta' kontroll.
ANNESS II
Sett ta' riformi u investimenti li jirfed l-estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament għal seba' snin
|
Riforma/investiment |
Objettiv ewlieni |
Deskrizzjoni u twaqqit tal-passi ewlenin |
Indikatur(i) ta' monitoraġġ |
|
L-operazzjonalizzazzjoni tal-Fond Speċjali għall-Infrastruttura u n-Newtralità Klimatika (miżura ġdida) |
Tispeċifika l-qafas finanzjarju biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet urġenti ta' investiment pubbliku għall-infrastruttura nazzjonali. |
Wara l-ħolqien tal-Fond Speċjali għall-Infrastruttura u n-Newtralità Klimatika, ser ikun hemm leġiżlazzjoni li tistabbilixxi r-regoli dwar kif għandhom jintefqu l-fondi, b'mod partikolari l-kriterju tal-addizzjonalità għall-investiment. Pass 1: Sat-tielet trimestru tal-2025, jiġu adottati l-liġijiet għall-ħolqien tal-Fond Speċjali għall-Infrastruttura u n-Newtralità Klimatika. |
Pass 1: Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni |
|
Allowance għar-riċerka biex tappoġġa r-R&Ż (miżura ġdida) |
Issaħħaħ l-attivitajiet kummerċjali tar-R&Ż permezz ta' inċentivi fiskali. |
Pass 1: Sal-ewwel trimestru tal-2026, tiġi adottata liġi dwar l-estensjoni tal-bażi għat-taxxa u n-nefqa eliġibbli tal-allowance għar-riċerka. |
Pass 1: Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni |
|
Tnaqqis tal-piż amministrattiv (miżura ġdida) |
Tnaqqas il-piżijiet burokratiċi fuq in-negozji, iċ-ċittadini u l-amministrazzjoni. |
Il-miżuri ta' rimedju ser jiġu raggruppati f'liġijiet dwar it-tnaqqis tal-piż amministrattiv. Pass 1: Sar-raba' trimestru tal-2027, tiġi adottata leġiżlazzjoni dwar it-tnaqqis tal-piż amministrattiv. |
Pass 1: Adozzjoni ta' leġiżlazzjoni |
|
Simplifikazzjoni tal-liġi dwar l-akkwist għall-Forzi Armati (miżura ġdida) |
Tnaqqas il-burokrazija żejda u tippermetti l-investiment billi tissimplifika l-liġi tal-akkwist għall-Forzi Armati Federali. |
Pass 1: Sat-tieni trimestru tal-2026, jiġu ssimplifikati l-liġijiet dwar l-akkwist għall-Forzi Armati billi jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni għal proċeduri ta' akkwist simplifikati, jitħaffu u jiġu diġitalizzati l-proċeduri. |
Pass 1: Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni |
|
Simplifikazzjoni tal-liġi dwar l-akkwist (miżura ġdida) |
Tnaqqas il-burokrazija żejda u tippermetti l-investiment billi tissimplifika l-liġi tal-akkwist. |
Pass 1: Sat-tieni trimestru tal-2026, jiġu ssimplifikati l-liġijiet tal-akkwist billi jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni għal proċeduri ta' akkwist simplifikati, jitħaffu u jiġu diġitalizzati l-proċeduri. |
Pass 1: Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni |
|
L-iffaċilitar tal-impjieg wara li tintlaħaq l-età tal-irtirar (miżura ġdida) |
Ittejjeb il-provvista ta' ħaddiema billi tneħħi d-diżinċentivi biex jitkompla x-xogħol wara l-età regolari tal-irtirar. |
Pass 1: Sat-tieni trimestru tal-2026, titneħħa l-projbizzjoni ta' qabel l-impjieg biex jiġi ffaċilitat ir-ritorn temporanju fis-suq tax-xogħol wara li tintlaħaq l-età tal-irtirar billi tinbidel il-leġiżlazzjoni rilevanti. |
Pass 1: Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni |
|
Punt uniku ta' servizz diġitali għal ċittadini kwalifikati ta' pajjiżi terzi (miżura ġdida) |
Ittejjeb il-provvista ta' ħaddiema billi tiffaċilita l-migrazzjoni ta' dawk bi kwalifiki għoljin. |
Pass 1: Sar-raba' trimestru tal-2029, issir tnedija operattiva ta' pjattaforma ċentrali tal-IT għall-professjonisti barranin. |
Pass 1: Tnedija ta' pjattaforma pubblika online tal-IT |
|
L-espansjoni tal-opportunitajiet ta' xogħol għar-residenti temporanji (miżura ġdida) |
Ittejjeb il-provvista ta' ħaddiema billi żżid il-parteċipazzjoni tar-refuġjati fis-suq tax-xogħol. |
Pass 1: Sar-raba' trimestru tal-2028, jitnaqqsu l-projbizzjonijiet fuq ix-xogħol għar-refuġjati għal massimu ta' tliet xhur billi tinbidel il-leġiżlazzjoni rilevanti. |
Pass 1: Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni |
|
Estensjoni tat-taxxa fuq it-tabakk (miżura ġdida) |
Tissalvagwardja d-dħul mit-taxxa u ssaħħaħ il-protezzjoni tas-saħħa pubblika. |
Pass 1: Sar-raba' trimestru tal-2026, tiġi adottata liġi għal estensjoni tal-mudell tat-taxxa fuq it-tabakk. |
Pass 1: Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni |
|
L-iffaċilitar tal-investiment fl-akkomodazzjoni (Akkomodazzjoni Turbo) (miżura ġdida) |
Iżżid l-investiment fl-akkomodazzjoni billi tissimplifika r-regolamenti dwar il-kostruzzjoni tal-akkomodazzjoni. |
Pass 1: Sal-ewwel trimestru tal-2026, tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni għall-kostruzzjoni tal-akkomodazzjoni permezz ta' eżenzjonijiet temporanji mir-regoli, ippjanar aktar flessibbli, regolamenti speċjali estiżi, u linji gwida aktar ċari dwar il-kunflitti tal-istorbju. |
Pass 1: Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni |
|
Twaqqif ta' fond ta' kapital ta' riskju appoġġat mill-gvern (miżura ġdida) |
Ittejjeb l-aċċess għall-finanzjament għall-kumpaniji start-ups billi timmobilizza l-kapital minn investituri istituzzjonali. |
Pass 1: Sar-raba' trimestru tal-2026, jibda l-ġbir ta' fondi għall-“Fond għat-Tkabbir II” immirat lejn l-investituri istituzzjonali bil-gvern bħala investitur ankra. |
Pass 1: Ittra ta' speċifikazzjoni għal fond ta' kapital ta' riskju |
|
Rapport dwar is-sussidji tal-gvern (miżura ġdida) |
Tiffaċilita t-tfassil tal-politika fiskali, billi turi l-effiċjenza u l-effettività tas-sussidji. |
Pass 1: Sar-raba' trimestru tal-2025, jiġi ppubblikat l-ewwel rapport federali dwar is-sussidji li janalizza l-impatt tal-programmi sussidjati skont il-linji gwida tal-politika dwar is-sussidji. Pass 2: Sat-tielet trimestru tal-2027, jiġi ppubblikat it-tieni rapport federali dwar is-sussidji li janalizza l-impatt tal-programmi sussidjati skont il-linji gwida tal-politika dwar is-sussidji. |
Pass 1: Pubblikazzjoni tal-ewwel rapport dwar is-sussidji Pass 2: Pubblikazzjoni tat-tieni rapport dwar is-sussidji |
|
Rieżamijiet tal-infiq (miżura ġdida) |
Tinforma t-tfassil tal-politika fiskali, billi tidentifika oqsma potenzjali għall-iffrankar tal-kostijiet jew l-allinjament mill-ġdid tal-infiq eżistenti ma' prijoritajiet ġodda ta' nfiq. |
L-ewwel rieżami tal-infiq (li huwa t-12-il rieżami tal-infiq tal-MoF) ser jkun dwar it-titjib tal-ibbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni. Iż-żewġ rieżamijiet tal-infiq li jmiss mill-anqas, ser ikunu fuq oqsma ta' politika importanti li jkopru miżuri eżistenti, programmi ta' appoġġ, servizzi statutorji kif ukoll suġġetti trażversali identifikati fi ħdan l-ambitu sħiħ tal-baġit. Il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-rieżamijiet tal-infiq ser jiġu applikati fil-proċess tal-ippjanar tal-baġit. Pass 1: Sar-raba' trimestru tal-2025, jiġi ppubblikat l-ewwel rieżami tal-infiq. Pass 2: Sar-raba' trimestru tal-2028, jiġi ppubblikat it-tieni rieżami tal-infiq. Pass 3: Sar-raba' trimestru tal-2029, jiġi ppubblikat it-tielet rieżami tal-infiq. Il-valutazzjoni ser issir fil-ħin tal-pubblikazzjoni. |
Pass 1: Pubblikazzjoni tal-ewwel rieżami tal-infiq. Pass 2: Pubblikazzjoni tat-tieni rieżami tal-infiq. Pass 3: Pubblikazzjoni tat-tielet rieżami tal-infiq. |
|
It-titjib tal-kundizzjonijiet għall-investimenti fl-enerġija ġeotermali (miżura ġdida) |
Tneħħi l-ostakli għall-investiment billi tissimplifika r-regolament għall-investimenti fl-enerġija ġeotermali. |
Pass 1: Sat-tieni trimestru tal-2026, jiġu ssimplifikati l-proċeduri ta' awtorizzazzjoni permezz ta' Att dwar l-Aċċellerazzjoni tal-Enerġija Ġeotermali. |
Pass 1: Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni |
|
It-titjib tal-kundizzjonijiet għall-investimenti fl-idroġenu (miżura ġdida) |
Tneħħi l-ostakli għall-investiment billi tissimplifika r-regolament għall-investimenti fl-idroġenu. |
Pass 1: Sat-tielet trimestru tal-2026, jiġu ssimplifikati l-proċeduri tal-ippjanar, tal-għoti ta' permessi u tal-akkwist relatati permezz ta' Att dwar l-Aċċellerazzjoni tal-Idroġenu. |
Pass 1: Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni |
|
Grupp ta' ħidma Federal-Länder għal amministrazzjoni pubblika effiċjenti (riforma tal-RRP 6.2.1) |
Tagħmel il-governanza aktar effettiva, orjentata lejn il-futur u favur l-innovazzjoni; Tikkoordina l-proċeduri tal-ippjanar u l-għoti tal-permessi fil-livell Federali u tal-Länder. |
Il-grupp ta' ħidma huwa stabbilit biex jippubblika rapporti mill-grupp ta' ħidma b'rakkomandazzjonijiet dwar l-għotjiet, l-ippjanar u l-għoti tal-permessi. Pass 1: Sat-tieni trimestru tal-2021, jintemm l-ewwel rapport ta' progress b'rakkomandazzjoni Pass 2: Sat-tieni trimestru tal-2022, jintemm it-tieni rapport ta' progress Pass 3: Sal-ewwel trimestru tal-2025, jiġu ffinalizzati mill-inqas 80 % tal-miżuri mit-tieni rapport ta' progress. |
Pass 1: Pubblikazzjoni tal-ewwel rapport ta' progress Pass 2: Pubblikazzjoni tat-tieni rapport ta' progress Pass 3: Jitlestew 80 % tal-azzjonijiet mit-tieni rapport ta' progress (monitoraġġ permezz tal-RRF) |
|
L-Att dwar l-Enerġija mir-Riħ lil Hinn mill-Kosta (riforma tal-RRP 7.1.5) |
Toħloq il-kundizzjonijiet għal varar aċċellerat ta' turbini eoliċi lil hinn mill-kosta. |
Pass 1: Sal-ewwel trimestru tal-2023, jitnaqqsu l-ostakli għall-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli u l-infrastruttura tal-grilja meħtieġa billi jiġu ssimplifikati l-proċeduri tal-ippjanar u l-għoti tal-permessi għall-proġetti rilevanti. |
Pass 1: Dħul fis-seħħ tal-Att dwar l-Enerġija mir-Riħ lil Hinn mill-Kosta (monitoraġġ permezz tal-RRF) |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5635/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)